Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0144

    2014/144/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Anness tal-Ftehim Addizzjonali konkluż bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein

    ĠU L 78, 17.3.2014, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/144(1)/oj

    17.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 78/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Marzu 2014

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Anness tal-Ftehim Addizzjonali konkluż bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein

    (2014/144/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (1) (minn hawn ’il quddiem il-"Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

    (2)

    L-Artikolu 6 tal-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat") li hu responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu.

    (3)

    Ftehim Addizzjonali konkluż bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (2) (minn hawn 'il quddiem il-"Ftehim Addizzjonali"), daħal fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2007.

    (4)

    Skont l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Addizzjonali, il-Kumitat jista' jimmodifika l-Anness tal-Ftehim Addizzjonali, skont l-Artikoli 6 u 11 tal-Ftehim.

    (5)

    Jeħtieġ li l-Anness tal-Ftehim Addizzjonali jiġi emendat sabiex jaġġorna d-dettalji tal-aġenzija kompetenti tal-Gvern tal-Liechtenstein u sabiex jirrifletti l-emendi għall-Anness 7 u l-Anness 12 għall-Ftehim.

    (6)

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-Deċiżjoni.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat jistgħu jilħqu ftehim dwar tibdiliet tekniċi fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li tittieħed Deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2014

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. STOURNARAS


    (1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

    (2)  ĠU L 270, 13.10.2007, p. 6.


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

    ta' …

    dwar l-emendi ta' Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta' Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli

    IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat ta' Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn ’il quddiem il-"Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

    (2)

    Il-Ftehim Addizzjonali konkluż bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim Addizzjonali"), daħal fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2007.

    (3)

    L-Anness tal-Ftehim Addizzjonali għandu jiġi emendat sabiex jiġi aġġornat l-indirizz tal-aġenzija tal-Gvern tal-Liechtenstein kompetenti għal kwistjonijiet ittrattati mill-awtoritajiet agrikoli kantonali sabiex jirrifletti d-deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura dwar l-emenda tal-Anness 7 (il-kummerċ ta' prodotti tal-inbid) li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Mejju 2012 u sabiex titlesta l-lista tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw minn Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness tal-Ftehim Addizzjonali huwa emendat kif ġej:

    1)

    It-tieni paragrafu taħt it-titlu "Prinċipju" huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Meta jingħataw doveri, responsabbiltajiet jew poteri lil cantons Svizzeri, dawn jobbligaw ukoll lill-aġenziji kompetenti tal-gvern ta’ Liechtenstein. Għalhekk fir-rigward ta' suġġetti trattati mill-awtoritajiet tal-agrikoltura tal-canton, dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Ambjent diviżjoni agrikoltura ("Amt für Umwelt, Abteilung Landwirtschaft "), Dr. Grass-Strasse 12, FL-9490 Vaduz, filwaqt li fir-rigward tas-suġġetti trattati mill-awtoritajiet veterinarji u tal-ikel tal-canton dawn jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Ispezzjoni tal-Ikel u tal-Affarijiet Veterinarji (" Amt für Lebensmittelkontrolle und Veterinärwesen "), Postplatz 2, FL-9494 Schaan.”

    2)

    Taħt l-intestatura "Anness 7 Kummerċ tal-prodotti tal-inbid", is-sottotitlu "Ismijiet protetti tal-prodotti tal-inbid li joriġinaw minn Liechtenstein (skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-Anness 7)" jinbidel bis-sottotitlu li ġej:

    “Ismijiet protetti tal-prodotti tal-inbid li joriġinaw minn Liechtenstein (skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tal-Anness 7)”

    3)

    Tiżdied l-indikazzjoni ġeografika li ġejja mal-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi Svizzeri protetti skont l-Appendiċi 1 tal-Anness 12 tal-Ftehim, li ż-żona ġeografika tagħhom tinkludi wkoll it-territorju ta' Liechtenstein:

    “Werdenberger Sauerkäse/Liechtensteiner Sauerkäse/Bloderkäse (DPO)”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ….2014.

    Magħmul fi …, ….

    Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

    Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

    Is-Segretarju tal-Kumitat


    Top