This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1421
Commission Delegated Regulation (EU) No 1421/2013 of 30 October 2013 amending Annexes I, II and IV to Regulation (EU) No 978/2012 of the European Parliament and of the Council applying a scheme of generalised tariff preferences
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013 tat- 30 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013 tat- 30 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
ĠU L 355, 31.12.2013, p. 1–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0978 | Sostituzzjoni | anness I | 01/01/2014 | |
Modifies | 32012R0978 | Sostituzzjoni | anness II | 01/01/2014 | |
Modifies | 32012R0978 | Sostituzzjoni | anness IV | 01/01/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32013R1421R(01) | (PT) |
31.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 355/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1421/2013
tat-30 ta’ Ottubru 2013
li jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(2), 5(3) u 17(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistipula li l-lista ta’ pajjiż eliġibbli għandha tiġi emendata biex jitqiesu tibdiliet fl-istatus internazzjonali jew fil-klassifikazzjoni ta’ pajjiżi. Il-lista ta’ pajjiżi eliġibbli hija stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tas-Sistema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ). Skont it-tali kriterji, pajjiż li kien ikklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi m’għandux jibbenefika mit-tali preferenzi. Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali tas-SPĠ hija stabbilita fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistipula li pajjiż, li jkun identifikat min-Nazzjonijiet Uniti bħala pajjiż l-anqas żviluppat jibbenefika mill-preferenzi tariffarji taħt l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (EBA — Kollox Barra l-Armi). Il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji EBA hija stabbilita fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Ir-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn’ il quddiem il-Kroazja) saret membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013. Għalhekk, il-Kroazja titneħħa mill-Anness I. |
(5) |
Ir-Repubblika tas-Sudan t’Isfel (minn hawn ‘il quddiem is-Sudan t’Isfel) saret Stat indipendenti. Fl-14 ta’ Lulju 2011 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni A/RES/65/308 li daħħlet is-Sudan t’Isfel bħala membru fin-Nazzjonijiet Uniti. Fit-18 ta’ Diċembru 2012 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżolużjoni A/RES/67/136 li żiedet lis-Sudan t’Isfel mal-lista tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati. Għalhekk, is-Sudan ta’ Isfel jiddaħħal fl-Anness I, l-Anness II u l-Anness IV. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 607/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma (2) ħassar it-tneħħija temporanja tal-aċċess tal-Mjanmar/Burma għat-tariffi preferenziarji tal-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP). Għalhekk, il-Mjanmar/Burma għandha titneħħew mit-tabella fl-Anness I, li telenka l-“Pajjiżi eliġibbli għall-iskema msemmija fl-Artikolu 3 li ġew temporanjament irtirati mill-iskema, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi”, mit-tabella tal-Anness II li telenka l-“Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) ġew temporanjament irtirati mill-iskema, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi” u mit-tabella tal-Anness IV li telenka l-“Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) li ġew temporanjament irtirati mill-iskema, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi” |
(7) |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn’ il quddiem “iċ-Ċina), ir-Repubblika tal-Ekwador (minn hawn’ il quddiem l-Ekwador), ir-Repubblika tal-Maldivi (minn hawn ‘l quddiem il-Maldivi) u r-Renju tat-Tajlandja (minn hawn’ il quddiem it-Tajlandja) ġew klassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi bi dħul medju superjuri fl-2011, il-2012 u l-2013. Għaldaqstant, iċ-Ċina, l-Ekwador, il-Maldivi u t-Tajlandja għandhom jitneħħew mill-Anness II minnsena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2010 (3) jistabbilixxi perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin għall-irtirar tal-Maldivi mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (Kollox barra armi (EBA)) u jistipula t-tneħħija tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji EBA mill-1 ta’ Jannar 2014. Għalhekk, il-Maldivi għandhom jitneħħew mill-Anness IV. |
(9) |
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament SĠP jistipula li l-pajjiż benefiċjarju tal-SĠP u l-operaturi ekonomiċi jkollhom żmien biżżejjed għall-adattament ordnat għall-bidla fl-istatus tal-pajjiż skont l-iskema. Dan il-perjodu għandu jkun indikat għal kull pajjiż benefiċjarju tal-SĠP ikkonċernat fl-Anness rispettiv tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I jiġi sostitwit bit-test kif jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Annex II jiġi sostitwit bit-test kif jidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Anness IV jiġi sostitwit bit-test kif jidher fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 13.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar 2009 sal- 31 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 318, 4.12.2010, p. 15).
ANNESS I
“ANNESS I
Pajjiżi eliġibbli (1) għall-iskema msemmija fl-Artikolu 3
Kolonna A |
: |
kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni |
Kolonna B |
: |
isem |
A |
B |
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
AF |
L-Afganistan |
AG |
Antigwa u Barbuda |
AL |
L-Albanija |
AM |
L-Armenja |
AO |
L-Angola |
AR |
L-Arġentina |
AZ |
L-Ażerbajġan |
BA |
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
BB |
Il-Barbados |
BD |
Il-Bangladexx |
BF |
Burkina Faso |
BH |
Il-Baħrejn |
BI |
Il-Burundi |
BJ |
Il-Benin |
BN |
Il-Brunej Darussalam |
BO |
Il-Bolivja |
BR |
Il-Brażil |
BS |
Il-Baħamas |
BT |
Il-Butan |
BW |
Il-Botswana |
BY |
Il-Belarus |
BZ |
Il-Beliże |
CD |
Il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika ta' |
CF |
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana |
CG |
Il-Kongo |
CI |
Il-Côte d’Ivoire |
CK |
Il-Gżejjer Cook |
CL |
Iċ-Ċilì |
CM |
Il-Kamerun |
CN |
Iċ-Ċina, ir-Repubblika Popolari ta' |
CO |
Il-Kolombja |
CR |
Il-Kosta Rika |
CU |
Kuba |
CV |
Il-Kap Verde |
DJ |
Ġibuti |
DM |
Dominika |
DO |
Ir-Repubblika Dominikana |
DZ |
L-Alġerija |
EC |
L-Ekwador |
EG |
L-Eġittu |
ER |
L-Eritrea |
ET |
L-Etjopja |
FJ |
Fiġi |
FM |
Il-Mikroneżja, l-Istati Federati ta' |
GA |
Il-Gabon |
GD |
Grenada |
GE |
Il-Ġeorġja |
GH |
Il-Gana |
GM |
Il-Gambja |
GN |
Il-Ginea |
GQ |
Il-Ginea Ekwatorjali |
GT |
Il-Gwatemala |
GW |
Il-Ginea Bissaw |
GY |
Il-Gujana |
HK |
Ħong Kong |
HN |
Il-Ħonduras |
HT |
Ħaiti |
ID |
L-Indoneżja |
IN |
L-Indja |
IQ |
L-Iraq |
IR |
L-Iran |
JM |
Il-Ġamajka |
JO |
Il-Ġordan |
KE |
Il-Kenja |
KG |
Ir-Repubblika Kirgiża |
KH |
Il-Kambodja |
KI |
Il-Kiribati |
KM |
Il-Komoros |
KN |
St Kitts u Nevis |
KW |
Il-Kuwajt |
KZ |
Il-Kazakistan |
LA |
Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos |
LB |
Il-Libanu |
LC |
Santa Luċija |
LK |
Is-Sri Lanka |
LR |
Il-Liberja |
LS |
Il-Lesoto |
LY |
Il-Ġamaħirija Għarbija Libjana |
MA |
Il-Marokk |
MD |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
ME |
Il-Montenegro |
MG |
Il-Madagaskar |
MH |
Il-Gżejjer Marshall |
MK |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
ML |
Il-Mali |
MM |
Burma/Mjanmar |
MN |
Il-Mongolja |
MO |
Il-Makaw |
MR |
Il-Mawritanja |
MU |
Il-Mawrizju |
MV |
Il-Maldive |
MW |
Il-Malawi |
MX |
Il-Messiku |
MY |
Il-Malasja |
MZ |
Il-Możambik |
NA |
In-Namibja |
NE |
In-Niġer |
NG |
In-Niġerja |
NI |
In-Nikaragwa |
NP |
In-Nepal |
NR |
Nauru |
NU |
Nju |
OM |
L-Oman |
PA |
Il-Panama |
PE |
Il-Perù |
PG |
Il-Papwa Ginea Ġdida |
PH |
Il-Filippini |
PK |
Il-Pakistan |
PW |
Il-Palaw |
PY |
Il-Paragwaj |
QA |
Il-Qatar |
RU |
Il-Federazzjoni Russa |
RW |
Ir-Rwanda |
SA |
L-Arabja Sawdija |
SB |
Il-Gżejjer Solomon |
SC |
Is-Seychelles |
SD |
Is-Sudan |
SL |
Sjerra Leone |
SN |
Is-Senegal |
SO |
Is-Somalja |
SR |
Is-Surinam |
SS |
Is-Sudan t’Isfel |
ST |
Sao Tomé u Prinċipe |
SV |
El Salvador |
SY |
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana |
SZ |
Is-Sważiland |
TD |
Iċ-Ċad |
TG |
It-Togo |
TH |
It-Tajlandja |
TJ |
It-Taġikistan |
TL |
Timor Leste |
TM |
It-Turkmenistan |
TN |
It-Tuneżija |
TO |
It-Tonga |
TT |
Trinidad u Tobago |
TV |
It-Tuvalu |
TZ |
It-Tanzanija |
UA |
L-Ukraina |
UG |
L-Uganda |
UY |
L-Urugwaj |
UZ |
L-Uzbekistan |
VC |
St Vincent u l-Grenadini |
VE |
Il-Venezwela |
VN |
Il-Vjetnam |
VU |
Il-Vanwatu |
WS |
Is-Samoa |
XK |
Il-Kosovo (2) |
XS |
Is-Serbja |
YE |
Il-Jemen |
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
ZM |
Iż-Żambja |
ZW |
Iż-Żimbabwe |
Pajjiżi eliġibbli għall-iskema msemmija fl-Artikolu 3 li ġew temporanjament irtirati mill-iskema, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi
Kolonna A |
: |
kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni |
Kolonna B |
: |
isem |
A |
B |
BY |
Il-Belarus” |
(1) Din il-lista tinkludi pajjiżi li mingħandhom setgħu kienu rtirati jew sospiżi preferenzi temporanjament. Irid ikun possibbli għall-Kummissjoni jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jipprovdu lista aġġornata.
(2) Din id-deżinjazzjoni hi mingħajr preġudizzjoni għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU 1244(1999) u l-Opinjoni tal-Ġustizzja Internazzjonali dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ANNESS II
“ANNESS II
Pajjiżi benefiċjarji (1) tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2)
Kolonna A |
: |
kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni |
Kolonna B |
: |
isem |
A |
B |
AF |
L-Afganistan |
AM |
L-Armenja |
AO |
L-Angola |
BD |
Il-Bangladexx |
BF |
Il-Burkina Faso |
BI |
Il-Burundi |
BJ |
Il-Benin |
BO |
Il-Bolivja |
BT |
Il-Butan |
CD |
Il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika ta' |
CF |
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana |
CG |
Il-Kongo |
CK |
Il-Gżejjer Cook |
CN |
Iċ-Ċina, or-Repubblika Popolari ta' |
CO |
Il-Kolombja |
CR |
Il-Kosta Rika |
CV |
Il-Kap Verde |
DJ |
Ġibuti |
EC |
L-Ekwador (*) |
ER |
L-Eritrea |
ET |
L-Etjopja |
FM |
Il-Mikroneżja, l-Istati Federati ta' |
GE |
Il-Ġeorġja |
GM |
Il-Gambja |
GN |
Il-Ginea |
GQ |
Il-Ginea Ekwatorjali |
GT |
Il-Gwatemala |
GW |
Il-Ginea Bissaw |
HN |
Il-Ħonduras |
HT |
Ħaiti |
ID |
L-Indoneżja |
IN |
L-Indja |
IQ |
L-Iraq |
KG |
Ir-Repubblika Kirgiża |
KH |
Il-Kambodja |
KI |
Il-Kiribati |
KM |
Il-Komoros |
LA |
Ir-Repubblika Popolari Demokratika tal-Laos |
LK |
Is-Sri Lanka |
LR |
Il-Liberja |
LS |
Il-Lesoto |
MG |
Il-Madagaskar |
MH |
Il-Gżejjer Marshall |
ML |
Il-Mali |
MM |
Burma/Mjanmar |
MN |
Il-Mongolja |
MR |
Il-Mawritanja |
MV |
Il-Maldive (*) |
MW |
Il-Malawi |
MZ |
Il-Możambik |
NE |
In-Niġer |
NG |
In-Niġerja |
NI |
In-Nikaragwa |
NP |
In-Nepal |
NR |
Nauru |
NU |
Nju |
PA |
Il-Panama |
PE |
Il-Peru |
PH |
Il-Filippini |
PK |
Il-Pakistan |
PY |
Il-Paragwaj |
RW |
Ir-Rwanda |
SB |
Il-Gżejjer Solomon |
SD |
Is-Sudan |
SL |
Sjerra Leone |
SN |
Is-Senegal |
SO |
Is-Somalja |
SS |
Is-Sudan t’Isfel |
ST |
Sao Tomé u Prinċipe |
SV |
El Salvador |
SY |
Ir-Repubblika Għarbija Sirjana |
TD |
Iċ-Ċad |
TG |
It-Togo |
TH |
It-Tajlandja (*) |
TJ |
It-Taġikistan |
TL |
Timor Leste |
TM |
It-Turkmenistan |
TO |
Tonga |
TV |
Tuvalu |
TZ |
It-Tanzanija |
UA |
L-Ukraina |
UG |
L-Uganda |
UZ |
L-Uzbekistan |
VN |
Il-Vjetnam |
VU |
Il-Vanwatu |
WS |
Is-Samoa |
YE |
Il-Jemen |
ZM |
Iż-Żambja |
Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) li ġew irtirati temporanjament minn dan l-arranġament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi
Kolonna A |
: |
kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni |
Kolonna B |
: |
isem |
A |
B” |
|
|
(1) Din il-lista tinkludi pajjiżi li mingħandhom setgħu kienu rtirati jew sospiżi preferenzi temporanjament. Irid ikun possibbli għall-Kummissjoni jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jipprovdu lista aġġornata.
(*) Dan il-pajjiż benefiċjarju għandu jitneħħa mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament
ANNESS III
“ANNESS IV
Pajjiżi benefiċjarji (1) tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2)
Kolonna A |
: |
kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni |
Kolonna B |
: |
isem |
A |
B |
AF |
L-Afganistan |
AO |
L-Angola |
BD |
Il-Bangladexx |
BF |
Il-Burkina Faso |
BI |
Il-Burundi |
BJ |
Il-Benin |
BT |
Il-Butan |
CD |
Il-Kongo, ir-Repubblika Demokratika ta' |
CF |
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana |
DJ |
Ġibuti |
ER |
L-Eritrea |
ET |
L-Etjopja |
GM |
Il-Gambja |
GN |
Il-Ginea |
GQ |
Il-Ginea Ekwatorjali |
GW |
Il-Ginea Bissaw |
HT |
Ħaiti |
KH |
Il-Kambodja |
KI |
Il-Kiribati |
KM |
Il-Gżejjer Komoros (Gżejjer) |
LA |
Laos (Ir-Repubblika Demokratika Popolari ta') |
LR |
Il-Liberja |
LS |
Il-Lesoto |
MG |
Il-Madagaskar |
ML |
Mali |
MM |
Burma/Mjanmar |
MR |
Il-Mawritanja |
MW |
Il-Malawi |
MZ |
Il-Możambik |
NE |
In-Niġer |
NP |
In-Nepal |
RW |
Ir-Rwanda |
SB |
Il-Gżejjer Solomon |
SD |
Is-Sudan |
SL |
Sjerra Leone |
SN |
Is-Senegal |
SO |
Is-Somalja |
SS |
Is-Sudan t’Isfel |
ST |
Sao Tome u Principle |
TD |
Iċ-Ċad |
TG |
It-Togo |
TL |
Timor Leste |
TV |
Tuvalu |
TZ |
It-Tanzanija (Ir-Repubblika ta’) |
UG |
L-Uganda |
VU |
Il-Vanwatu |
WS |
Is-Samoa |
YE |
Il-Jemen |
ZM |
Iż-Żambja |
Pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament ġenerali msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) li kienu rtirati temporanjament minn dan l-arranġament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta’ ċerti prodotti li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi
Kolonna A |
: |
kodiċi alfabetiku, skont in-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni |
Kolonna B |
: |
isem |
A |
B” |
|
|
(1) Din il-lista tinkludi pajjiżi li mingħandhom setgħu kienu rtirati jew sospiżi preferenzi temporanjament. Il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż konċernat ser ikunu jistgħu jipprovdu lista aġġornata.