Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1420

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1420/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 347/96, (KE) Nru 1924/2000, (KE) Nru 1925/2000, (KE) Nru 2508/2000, (KE) Nru 2509/2000, (KE) Nru 2813/2000, (KE) Nru 2814/2000, (KE) Nru 150/2001, (KE) Nru 939/2001, (KE) Nru 1813/2001, (KE) Nru 2065/2001, (KE) Nru 2183/2001, (KE) Nru 2318/2001, (KE) Nru 2493/2001, (KE) Nru 2306/2002, (KE) Nru 802/2006, (KE) Nru 2003/2006, (KE) Nru 696/2008 u (KE) Nru 248/2009 wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

ĠU L 353, 28.12.2013, p. 48–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1420/oj

28.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 353/48


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1420/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 347/96, (KE) Nru 1924/2000, (KE) Nru 1925/2000, (KE) Nru 2508/2000, (KE) Nru 2509/2000, (KE) Nru 2813/2000, (KE) Nru 2814/2000, (KE) Nru 150/2001, (KE) Nru 939/2001, (KE) Nru 1813/2001, (KE) Nru 2065/2001, (KE) Nru 2183/2001, (KE) Nru 2318/2001, (KE) Nru 2493/2001, (KE) Nru 2306/2002, (KE) Nru 802/2006, (KE) Nru 2003/2006, (KE) Nru 696/2008 u (KE) Nru 248/2009 wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(4), 5(4), 6(7), 7(10), 9(5), 10(4), 12(5), 13(7), 17(5), 21(8), 23(5), 24(8), 25(6), 26(3), 27(6), 29(5), 34(2) u 35(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li japplika sat-12 ta’ Diċembru 2014.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 biddel b’mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni għall-konsumaturi, l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-estensjoni tar-regoli, l-ippjanar tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-għarfien tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali, il-prezzijiet, l-intervent, in-notifiki u l-finanzjament.

(3)

Għaldaqstant huwa xieraq li jitħassru r-Regolamenti ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 347/96 tas-27 ta’ Frar 1996 li jistabbilixxi sistema ta’ rappurtar malajr tar-rilaxx ta’ salamun għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità Ewropea (4),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1924/2000 tal-11 ta’ Settembru 2000 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ għarfien speċifiku ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tas-sajd sabiex titjieb il-kwalità tal-prodotti tagħhom (5),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1925/2000 tal-11 ta’ Settembru 2000 li jistabbilixxi l-okkażjonijiet tal-ħidma sabiex jiġu applikati r-rati tal-kambju meta jiġu kkalkolati ċerti ammonti pprovduti bil-mekkaniżmi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (6),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2508/2000 tal-15 ta’ Novembru 2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta’ ħidma fis-settur tas-sajd (7),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta’ Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ kumpens finanzjarju għall-irtirar ta’ ċerti prodotti tas-sajd (8),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata ta’ xi prodotti tas-sajd (9),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ għajnuna li tinġieb ‘il quddiem ta’ ċerti prodotti tas-sajd (10),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 150/2001 tal-25 ta’ Jannar 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-pieni li għandhom jiġu imposti fuq organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur mis-sajd għal irregolarità fil-mekkaniżmi tal-intervent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 142/98 (11),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta’ għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd (12),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1813/2001 tal-14 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-irtirar tal-għarfien ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali (13),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2065/2001 tat-22 ta’ Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward it-tagħrif lill-konsumatur dwar prodotti tas-sajd u akkwakultura (14),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2183/2001 tad-9 ta’ Novembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 fir-rigward tal-għoti ta’ ħlas kompensatorju għal tonn għall-industrija tal-ipproċessar (15),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2318/2001 tad-29 ta’ Novembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 fir-rigward tal-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura (16),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-eliminazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (17),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2306/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar in-notifikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti impurtati tas-sajd (18),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2006 tat-30 ta’ Mejju 2006 li jiffissal-fatturi ta’ konverżjoni applikabbli għall-ħut tal-ispeċi Thunnus u Euthynnus  (19),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2003/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tan-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (20),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/2008 tas-23 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-estensjoni għal min mhux membru ta’ ċerti regoli adottati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tas-sajd (21),

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 fejn jirrigwarda n-notifiki li jikkonċernaw l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-iffissar tal-prezzijiet u l-intervent fi ħdan l-iskop tal-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (22).

(4)

Minħabba li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-estensjoni tar-regoli, l-ippjanar tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-għarfien tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali, il-prezzijiet, l-intervent u n-notifiki japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014, ir-Regolamenti (KE) Nru 347/96, (KE) Nru 1924/2000, (KE) Nru 1925/2000, (KE) Nru 2508/2000, (KE) Nru 2509/2000, (KE) Nru 2813/2000, (KE) Nru 2814/2000, (KE) Nru 150/2001, (KE) Nru 939/2001, (KE) Nru 1813/2001, (KE) Nru 2183/2001, (KE) Nru 2318/2001, (KE) Nru 2493/2001, (KE) Nru 2306/2002, (KE) Nru 802/2006, (KE) Nru 2003/2006, (KE) Nru 696/2008 u (KE) Nru 248/2009 għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Minħabba li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-informazzjoni għall-konsumaturi japplikaw mit-13 ta’ Diċembru 2014, ir-Regolament (KE) Nru 2065/2001 għandu jitħassar b’effett mit-13 ta’ Diċembru 2014.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Eżaminazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tħassir

1.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 347/96, (KE) Nru 1924/2000, (KE) Nru 1925/2000, (KE) Nru 2508/2000, (KE) Nru 2509/2000, (KE) Nru 2813/2000, (KE) Nru 2814/2000, (KE) Nru 150/2001, (KE) Nru 939/2001, (KE) Nru 1813/2001, (KE) Nru 2183/2001, (KE) Nru 2318/2001, (KE) Nru 2493/2001, (KE) Nru 2306/2002, (KE) Nru 802/2006, (KE) Nru 2003/2006, (KE) Nru 696/2008 u (KE) Nru 248/2009 għandhom jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2001 għandu jitħassar b’effett mit-13 ta’ Diċembru 2014.

3.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti mħassra gћandhom jibqgħu japplikaw gћall-ispejjeż imġarrba skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU L 49, 28.2.1996, p. 7.

(5)  ĠU L 230, 12.9.2000, p. 5.

(6)  ĠU L 230, 12.9.2000, p. 7.

(7)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 8.

(8)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.

(9)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 30.

(10)  ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.

(11)  ĠU L 24, 26.1.2001, p. 10.

(12)  ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10.

(13)  ĠU L 246, 15.9.2001, p. 7.

(14)  ĠU L 278, 23.10.2001, p. 6.

(15)  ĠU L 293, 10.11.2001, p. 11.

(16)  ĠU L 313, 30.11.2001, p. 9.

(17)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.

(18)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 94.

(19)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 15.

(20)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 49.

(21)  ĠU L 195, 24.7.2008, p. 6.

(22)  ĠU L 79, 25.3.2009, p. 7.


Top