This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1242
Commission Implementing Regulation (EU) No 1242/2013 of 25 November 2013 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Cordero Segureño (PGI)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2013 tal- 25 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero Segureño (IĠP)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2013 tal- 25 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero Segureño (IĠP)]
ĠU L 323, 4.12.2013, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/12/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32013R1242R(01) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV) |
4.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1242/2013
tal-25 ta’ Novembru 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cordero Segureño (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u speċjalment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 l-applikazzjoni ta’ Spanja biex tirreġistra l-isem “Cordero Segureño” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Cordero Segureño” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament b’dan qed tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 180, 26.6.2013, p. 21.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, iffumigati, eċċ.)
SPANJA
Cordero Segureño (IĠP)