Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1215

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1215/2013 tat- 28 ta’ Novembru 2013 i jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 rigward l-estensjoni tat-tariffa ta’ kwoti tal-Unjoni għall-prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi

    ĠU L 319, 29.11.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1215/oj

    29.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 319/3


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1215/2013

    tat-28 ta’ Novembru 2013

    i jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 rigward l-estensjoni tat-tariffa ta’ kwoti tal-Unjoni għall-prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-offerta li għamlet fi ħdan il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) flimkien mal-iskema tagħha ta’ preferenzi ġeneralizzati (SPĠ), fl-1971 l-Unjoni introduċiet preferenzi ta’ tariffi għall-prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi li joriġinaw f’ċerti pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw. Dawn il-preferenzi ħadu l-għamla ta’ tnaqqis gradwali tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u, mill-1978 sal-31 ta’ Diċembru 1994, ta’ sospensjoni sħiħa ta’ dawn id-dazji.

    (2)

    Sa mid-dħul fis-seħħ tal-SPĠ fl-1995, l-Unjoni, flimkien mal-GATT, fetħet kwoti ta’ tariffa awtonomi ta’ dazju-żero tal-Unjoni għal kwanitajiet speċifiċi ta’ prodotti tal-ġuta u tal-fibra tal-ġewż tal-Indi. Il-kwoti ta’ tariffi li nfetħu għal dawk il-prodotti skont ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 ġew estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2013 mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2012 (2).

    (3)

    Peress li SPĠ ġdida għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2023 skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-arranġament għal kwoti ta’ tariffi għall-prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewża tal-Indi għandu jiġi estiż skont dan.

    (4)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-ħames kolonna (“Perjodu tal-kwota”) tat-tabella fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 hija emendata kif ġej:

    1.

    It-test għan-numru tas-serje 09.0107 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena sal-31 ta’ Diċembru 2023”,

    2.

    It-test għan-numru tas-serje 09.0109 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena sal-31 ta’ Diċembru 2023”,

    3.

    It-test għan-numru tas-serje 09.0111 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena sal-31 ta’ Diċembru 2023”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1.

    (2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 17/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 fir-rigward tal-estensjoni tal-kwoti ta’ tariffi tal-Unjoni għal prodotti magħmulin mill-ġuta u mill-fibra tal-ġewż tal-Indi (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 31).

    (3)  Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).


    Top