Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1044

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2013 tal- 25 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fejn jidħol iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-konsenji ta’ naħal reġina u rġejjen tan-naħal bagħal Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 284, 26.10.2013, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1044/oj

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1044/2013

tal-25 ta’ Ottubru 2013

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fejn jidħol iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-konsenji ta’ naħal reġina u rġejjen tan-naħal bagħal

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux soġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2)(b) u l-Artikolu 19(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fl-Unjoni u l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux soġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fl-atti speċifiċi tal-Unjoni msemmija fl-Anness F tagħha.

(2)

Il-varroażi fin-naħal hi mniżżla fl-Anness B tad-Direttiva 92/65/KEE. Din jikkawżaha dud ektoparassita tal-ġeneru Varroa u ġiet rappurtata mad-dinja kollha.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja biex jiddaħħlu konsenji ta’ ċerti annimali ħajjin fl-Unjoni. Il-Parti 2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tistabbilixxi ċ-ċertifikat veterinarju QUE li jrid jintuża għal konsenji ta’ naħal reġina u rġejjen tan-naħal bagħal (Apis mellifera u Bombus spp.).

(4)

Ċerti territorji tal-Istati Membri ġew rikonoxxutoi bħala ħielsa minn varroażi bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE (3). Il-garanziji addizzjonali meħtieġa fil-kummerċ stipulati f’dik id-Deċiżjoni għall-protezzjoni tal-qagħda ħielsa mill-varroażi f’dawk it-territorji, jipprovdu li l-Istati Membri jridu jipprojbixxu l-introduzzjoni ta’ konsenji ta’ naħal reġina u l-qaddejja tiegħu fl-Unjoni, meta d-destinazzjoni finali tagħhom tkun territorju ħieles mill-varroażi.

(5)

Għalhekk iċ-ċertifikat veterinarju QUE stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti 2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, iċ-ċertifikat veterinarju QUE jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu ta’ tranżizzjoni sat-30 ta’ Mejju 2014, għandha tiġi awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji tan-naħal imsemmi fl-Artikolu 7(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju mimli u ffirmat skont il-mudell QUE stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, fil-verżjoni tagħha qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE tal-11 ta’ Ottubru 2013 li tirrikonoxxi partijiet tal-Unjoni bħala ħielsa mill-varroażi fin-naħal u li tistabbilixxi garanziji addizzjonali mitluba fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-importazzjonijiet biex titħares il-qagħda ħielsa mill-varroażi tagħhom (ĠU L 273, 15.10.2013, p. 38).


ANNESS

“Il-Mudell QUE

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top