Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0953

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 953/2013 tas- 26 ta’ Settembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 263, 5.10.2013, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/953/oj

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 953/2013

tas-26 ta’ Settembru 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Is-subintestatura HS 852851 fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) tinkludi monitors, għajr monitors b’tubu katodiku (CRT), ta’ tip li jintuża biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għal ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471. Monitors minbarra dawk tat-tip użati biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għall-ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471 huma kklassifikati taħt is-subintestatura HS 852859.

(2)

Skont il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2), il-klassifikazzjoni ta’ monitors jew taħt HS subintestatura 852851 jew 852859 għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni kumplessiva tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta’ kull monitor partikolari.

(3)

Minħabba l-konverġenza tat-teknoloġiji diġitali, sar diffiċli ħafna biex jiġi determinat, b’referenza għal sempliċement karatteristiċi tekniċi, jekk monitor partikolari huwiex ta’ tip użat biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għal ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471. B’mod partikulari, l-iżgurar li l-klassifikazzjoni korretta u uniformi ta’ displays b’pannelli ċatti li jistgħu juru, b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità, sinjali kemm minn sistemi awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta kif ukoll minn sorsi oħra sar teknikament impossibbli.

(4)

Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u l-espansjoni tal-konsum fi ħdan it-territorju tal-Unjoni u jiġi promoss il-kummerċ bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, huwa fl-interess kemm tal-konsumaturi tal-Unjoni kif ukoll tal-industrija tal-Unjoni li tingħata eżenzjoni mid-dazju għal monitors imsemmija hawn fuq.

(5)

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-emendi għas-subintestaturi NM previsti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli bħala subintestaturi TARIC sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GUSTAS


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2009 fil-Każ C-376/07, Staatssecretaris van Financiën v Kamino International Logistics BV. ([2009] Ġabra I-1167).


ANNESS

Fit-Tieni Parti, Taqsima XVI, Kapitolu 85 tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ir-ringieli għall-kodiċi NM 8528 59, 8528 59 10, 8528 59 40 u 8528 59 80 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“8528 59

– – Oħrajn:

 

 

 

– – – Displays b’Pannelli Ċatti li jistgħu juru sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità:

 

 

8528 59 20  (1)

– – – – Monokrom

14  (5)

p/st

 

– – – – Kulur:

 

 

8528 59 31  (2)

– – – – – Bi skrin b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD)

14  (5)

p/st

8528 59 39  (3)

– – – – – Oħrajn

14  (5)

p/st

8528 59 70  (4)

– – – Oħrajn

14

p/st.


(1)  Kodiċi TARIC 8528591020

(2)  Kodiċi TARIC 8528594091

(3)  Kodiċi TARIC 8528598091

(4)  Kodiċi TARIC 8528591090, 8528594099 u 8528598099

(5)  Rata awtonoma ta’ dazju: B’xejn”


Top