This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0492
Commission Implementing Regulation (EU) No 492/2013 of 28 May 2013 amending Regulations (EC) No 533/2007, (EC) No 536/2007 and (EC) No 442/2009 as regards the quantities available for the import tariff quotas under those Regulations
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 492/2013 tat- 28 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 533/2007, (KE) Nru 536/2007 u (KE) Nru 442/2009 fejn jidħlu l-kwantitajiet disponibbli għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni skont dawn ir-Regolamenti
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 492/2013 tat- 28 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 533/2007, (KE) Nru 536/2007 u (KE) Nru 442/2009 fejn jidħlu l-kwantitajiet disponibbli għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni skont dawn ir-Regolamenti
ĠU L 142, 29.5.2013, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007R0533 | Emenda | anness I | 01/07/2013 | |
Modifies | 32007R0536 | Emenda | anness I | 01/07/2013 | |
Modifies | 32009R0442 | Emenda | anness I | 01/07/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R0760 | 01/01/2021 |
29.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 492/2013
tat-28 ta’ Mejju 2013
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 533/2007, (KE) Nru 536/2007 u (KE) Nru 442/2009 fejn jidħlu l-kwantitajiet disponibbli għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni skont dawn ir-Regolamenti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (2), (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti tal-Amerika, (3) u (KE) Nru 442/2009 tas-27 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tal-majjal (4), jiftħu kwoti tariffarji għal ċerti kwantitajiet ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur u tal-laħam tal-majjal. |
(2) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/125/UE (5), jipprovdi għal aktar kwantitajiet koperti mill-kwota tariffarja tal-importazzjoni għall-prodotti tal-laħam tat-tjur u tal-laħam tal-majjal li jridu jingħataw mill-Unjoni. Għaldaqstant għandhom jiġu aġġustati l-kwantitajiet disponibbli għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni għal-laħam tat-tjur u għal-laħam tal-majjal. |
(3) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 533/2007, (KE) Nru 536/2007 u (KE) Nru 442/2009 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 533/2007 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 536/2007 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 442/2009 huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena tal-kwota li tibda fl-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.
(3) ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.
(4) ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13.
ANNESS I
It-Tabella fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 533/2007 hija emendata kif ġej:
(1) |
fir-ringiela tal-Grupp Nru P2, l-annotazzjoni fil-kolonna “Kwantitajiet annwali (f’tunnellati)” hija sostitwita bi “8 570”; |
(2) |
fir-ringiela tal-Grupp Nru P3, l-annotazzjoni fil-kolonna “Kwantitajiet annwali (f’tunnellati)” tinbidel bi “2 705”; |
(3) |
fir-ringiela tal-Grupp Nru P4, l-annotazzjoni fil-kolonna “Kwantitajiet annwali (f’tunnellati)” tinbidel bi “1 781”; |
ANNESS II
Fit-tabella fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 536/2007, l-annotazzjoni fil-kolonna “Kwantità totali mill-1 ta’ Lulju 2006 ’il quddiem (f’tunnellati)” tinbidel bi “21 345” u t-titolu ta’ dik il-kolonna jinbidel bi “Kwantità annwali (f’tunnellati)”.
ANNESS III
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 442/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti A tat-tabella, fir-ringiela għall-ordni bin-numru 09.0123, l-annotazzjoni fir-raba’ kolonna “Kwantità f’tunnellati (il-piż tal-prodott)” tinbidel bi “6 135”; |
(2) |
fil-Parti B tat-tabella, fir-ringiela għall-ordni bin-numru 09.4170, l-entrata fir-raba’ kolonna “Kwantità f’tunnellati (il-piż tal-prodott)” hija sostitwita bi “4 922”. |