Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0401

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat- 2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008

    ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/09/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/401/oj

    3.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 121/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 401/2013

    tat-2 ta’ Mejju 2013

    dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar (2) jipprovdi li jittieħdu ċerti miżuri dwar il-Mjanmar/Burma, inklużi restrizzjonijiet fuq ċerta merkanzija għall-esportazzjoni mill-Mjanmar/Burma u l-iffriżar tal-assi ta’ ċerti individwi u entitajiet.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni 2013/184/PESK, il-Kunsill qabel li, bħala meżż ta' inkoraġġiment għall-issoktar ta' bidliet pożittivi, dawk il-miżuri restrittivi kollha għandhom jitneħħew, bl-eċċezzjoni tal-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 għandu għalhekk jitħassar, u wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sostitwiti minn dan ir-Regolament.

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-għanjiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizjonijiet li ġejjin japplikaw:

    (1)

    "importazzjoni" tfisser kull dħul ta’ oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat, skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 349 u 355 tiegħu. Dan jinkludi, fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), it-tqegħid f’żona ħielsa, jew maħżen ħieles, it-tqegħid fi proċedura ta’ sospensjoni u r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, iżda jeskludi t-transitu u l-ħżin temporanju.

    (2)

    “esportazzjoni” tfisser kull tluq ta’ oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat, skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 349 u 355 tiegħu. Dan jinkludi, fit-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, it-tluq ta’ oġġetti li jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u t-tluq ta’ oġġetti wara l-ħażna tagħhom f’żona ħielsa tat-tip ta’ kontroll I jew f’maħżen ħieles, iżda jeskludi t-transitu;

    (3)

    “esportatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li f’isimha ssir dikjarazzjoni dwar esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, għandha kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz u għandha s-setgħa li tiddetermina l-esportazzjoni tal-oġġett ‘l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat.

    (4)

    “assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista’ tieħu forom bħal tagħlim, konsulenza, taħriġ, trażmissjoni ta’ konoxxenza tax-xogħol jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; l-assistenza teknika għandha tinkludi forom verbali ta’ assistenza;

    (5)

    “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.

    KAPITOLU 1

    Artikolu 2

    1.   Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, sew jekk joriġina fl-Unjoni jew le, lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma.

    2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi, esportati temporanjament lejn il-Mjanmar/Burma minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

    Artikolu 3

    1.   Għandu jkun projbit:

    (a)

    li tkun ipprovduta jew ittrasferita assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet tal-bdil għal dawn imsemmija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;

    (b)

    li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esprtazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;

    2.   Għandu jkun projbit:

    (a)

    l-għoti ta’ assistenza teknika relatata mat-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma;

    (b)

    l-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mat-tagħmir elenkat fl-Anness I, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esprtazzjoni, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma.

    3.   Il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 hija pprojbita.

    4.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1(b) u 2(b) m’għandhom iwasslu għal ebda xorta ta’ responsabbiltà fuq il-parti tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet ikkonċernati, jekk ma kienux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru dawk il-projbizzjonijiet.

    Artikolu 4

    1.   B’deroga mill-Artikoli 2(1) u 3(2), u soġġett għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn il-kundizzjonijiet kif iqisu xieraq:

    (a)

    il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

    (b)

    il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal għal użu fil-ħidma għat-tneħħija tal-mini, u u

    (c)

    l-għoti ta’ finanzjamenti jew ta’ assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatata ma’ tagħmir, materjal, programmi u operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

    2.   B'deroga mill-Artikolu 3(1), u soġġett għall-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif imniżżel fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skond il-kondizzjonijiet li huma jikkunsidraw xierqa, l-għoti ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja u assistenza teknika fir-rigward ta’:

    (a)

    tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Ewropea;

    (b)

    materjal maħsub għall-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ maniġġar ta’ kriżijiet.

    KAPITOLU 2

    Artikolu 5

    L-awtorizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 m’għandhomx jingħataw għal attivitajiet li diġà twettqu.

    Artikolu 6

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom immedjatament jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija għad-disposizzjoni tagħhom, partikolarment informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mgħotija mill-qrati nazzjonali.

    Artikolu 7

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

    Artikolu 8

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

    Artikolu 9

    1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz, tal-websajts elenkati fl-Anness II.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinfurmawha b’kull tibdil sussegwenti.

    Artikolu 10

    Dan ir-Regolament għandu japplika:

    (a)

    fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

    (b)

    abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

    (c)

    għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta' Stat Membru;

    (d)

    għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

    (e)

    għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Unjoni.

    Artikolu 11

    Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 huwa b’dan imħassar.

    Artikolu 12

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. GILMORE


    (1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p.75.

    (2)  OJ L 66, 10.3.2008, p. 1.

    (3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS I

    Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3 u 4

    1.

    Armi tan-nar, ammunizzjon u aċċessorji relatati għalhekk, kif ġej:

    1.1.

    Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-UE (1);

    1.2.

    Munizzjon iddiżinjat speċjalment għall-armi tan-nar elenkati f’1.1 u komponenti ddiżinjati speċjalment għalhekk;

    1.3.

    Siti tal-armamenti (weapon-sights) mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE

    2.

    Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE

    3.

    Vetturi kif ġej:

    3.1.

    Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, diżinjat jew modifikat speċjalment bl-iskop tal-kontroll ta’ rewwixta;

    3.2.

    Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ikunu elettrifikati biex jirripellaw barrieri;

    3.3.

    Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ineħħu barrikadi, inkluż tagħmir ta’ bini bi protezzjoni ballistika;

    3.4.

    Vetturi ddiżinjati speċjalment għat-trasport u t-trasferiment ta’ priġunieri u/jew persuni arrestati;

    3.5.

    Vetturi ddiżinjati speċjalment biex jiskjeraw barrieri mobbli;

    3.6.

    Komponenti għall-vetturi speċifikati fi 3.1 sa 3.5 diżinjati speċjalment bl-iskop ta’ kontroll ta’ rewwixta.

    Nota 1:

    Dan il-punt ma jikkontrollax vetturi mfassla apposta għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

    Nota 2:

    Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

    4.

    Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej:

    4.1.

    Tagħmir u apparat mfassal apposta biex jagħti bidu lil splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur u komponenti mfasslin apposta għalihom; dawk mfasslin apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplussivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom m’hijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (per eżempju, neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);

    4.2.

    Kargi splussivi tat-tip linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE

    4.3.

    Splussivi oħrajn mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sostanzi relatati kif ġej:

    (a)

    amatol;

    (b)

    nitrocellulose (li fih aktar minn 12,5 % nitroġenu);

    (c)

    nitroglycol;

    (d)

    pentaerythritol tetranitrate (PETN);

    (e)

    picryl chloride;

    (f)

    2,4,6-trinitrotoluene (TNT).

    5.

    Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat minn ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:

    5.1.

    Korazzi tal-persuna li jipprovdi protezzjoni ballistika u/jew ta’ feriment;

    5.2.

    Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvell, tarki għal kontra l-irvell u tarki ballistiċi.

    Nota: Dan l-artiklu ma jikkontrollax:

    tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi;

    tagħmir imfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

    6.

    Simulaturi, għajr dawk ikkontrollati minn ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għat-taħriġ tal-użu ta’ armi tan-nar, u software diżinjat speċjalment għalhekk.

    7.

    Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

    8.

    Fildiferru tal-ingiegeż li jaqta'.

    9.

    Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm.

    10.

    Tagħmir ta’ produzzjoni diżinjat speċjalment għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.

    11.

    Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista.


    (1)  Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Mazu 2013) (ĠU C 30,27.3.2013, p.1).


    ANNESS II

    Siti elettroniċi li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7 u 9 u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

    BELĠJU

    http://www.diplomatie.be/eusanctions

    BULGARIJA

    http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

    REPUBBLIKA ĊEKA

    http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

    DANIMARKA

    http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

    ĠERMANJA

    http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

    ESTONJA

    http://www.vm.ee/est/kat_622/

    IRLANDA

    http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

    GREĊJA

    http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

    SPANJA

    http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

    FRANZA

    http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

    ITALJA

    http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

    ĊIPRU

    http://www.mfa.gov.cy/sanctions

    LATVJA

    http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

    LITWANJA

    http://www.urm.lt/sanctions

    LUSSEMBURGU

    http://www.mae.lu/sanctions

    UNGERIJA

    http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

    MALTA

    http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

    PAJJIŻI L-BAXXI

    http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

    AWSTRIJA

    http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

    POLONJA

    http://www.msz.gov.pl

    PORTUGALL

    http://www.min-nestrangeiros.pt

    RUMANIJA

    http://www.mae.ro/node/1548

    SLOVENJA

    http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

    SLOVAKKJA

    http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/sankcie_eu-sankcie_eu

    FINLANDJA

    http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

    SVEZJA

    http://www.ud.se/sanktioner

    RENJU UNIT

    www.fco.gov.uk/competentauthorities

    Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

    European Commission

    Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

    EEAS 02/309

    B-1049 Brussels

    Belgium

    E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu


    Top