This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0151
Commission Delegated Regulation (EU) No 151/2013 of 19 December 2012 supplementing Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council on OTC derivatives, central counterparties and trade repositories, with regard to regulatory technical standards specifying the data to be published and made available by trade repositories and operational standards for aggregating, comparing and accessing the data Text with EEA relevance
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id- dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d- dejta Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2013 tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad- data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id- dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d- dejta Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 52, 23.2.2013, pp. 33–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
29/04/2024
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32017R1800 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 9 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32017R1800 | Tħassir | artikolu 4 paragrafu 2 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32017R1800 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 1 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32017R1800 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 5 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32017R1800 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 6 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32017R1800 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 4 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32017R1800 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 3 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32017R1800 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 7 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32017R1800 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 8 | 01/11/2017 | |
| Modified by | 32019R0361 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 11/04/2019 | |
| Modified by | 32022R1856 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 7 | 29/04/2024 | |
| Modified by | 32022R1856 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 3 | 27/10/2022 | |
| Modified by | 32022R1856 | Tħassir | artikolu 5 paragrafu 4 | 27/10/2022 | |
| Modified by | 32022R1856 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 27/10/2022 | |
| Modified by | 32022R1856 | Sostituzzjoni | artikolu 4 | 27/10/2022 | |
| Modified by | 32022R1856 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 5 | 27/10/2022 | |
| Modified by | 32022R1856 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 6 | 29/04/2024 |
|
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/33 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2013
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 81(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa essenzjali li jiġu identifikati b’mod ċar il-kuntratti rilevanti u l-kontropartijiet rispettivi tagħhom. Wara approċċ funzjonali, l-entitajiet li jaċċessaw id-dejta miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jitqiesu skont il-kompetenzi li għandhom u l-funzjonijiet imwettqa minnhom. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandu jkollha aċċess għad-dejta kollha fil-livell tat-tranżazzjonijiet miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, għall-fini ta’ superviżjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, biex tkun tista’ tagħmel talbiet għal informazzjoni, tieħu miżuri superviżorji xierqa u timmonitorja wkoll jekk reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandhiex tinżamm jew tiġi rtirata. |
|
(3) |
Minħabba r-responsabbiltajiet tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (3) u r-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-AETS għandha tingħata aċċess fuq mandati differenti. L-aċċess għad-dejta minn membri individwali tal-persunal tal-AETS għandu jkun konformi ma’ kull wieħed minn dawk il-mandati speċifiċi. |
|
(4) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), l-AETS u l-membri rilevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inklużi wħud mill-banek ċentrali nazzjonali u l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni, għandhom mandat għall-monitoraġġ u l-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, u għalhekk għandu jkollhom aċċess għal dejta dwar it-tranżazzjonijiet għall-kontropartijiet kollha għall-fini tal-kompiti rispettivi tagħhom f’dak ir-rigward. |
|
(5) |
Is-superviżuri u s-sorveljaturi tal-kontropartijiet ċentrali (CCPs) jeħtieġu aċċess li jippermettilhom jeżerċitaw b’mod effettiv il-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ tali entitajiet, u għalhekk għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja għal mandat ta’ dan it-tip. |
|
(6) |
L-aċċess mill-membri rilevanti tas-SEBĊ iservi biex jitwettqu l-kompiti bażiċi tagħhom, partikolarment ta’ bank ċentrali ta’ ħruġ, il-mandat ta’ stabbiltà finanzjarja tagħhom, u f’xi każijiet is-superviżjoni prudenzjali fuq xi kontropartijiet. Billi ċerti membri tas-SEBĊ għandhom kompiti differenti taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, dawn għandhom jingħataw aċċess għad-dejta skont mandati differenti elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(7) |
L-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni għandhom, bħala kompitu ewlieni, il-protezzjoni tal-investitur fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom u għandhom jingħataw aċċess għal dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ swieq, parteċipanti, prodotti u elementi sottostanti koperti mill-mandati ta’ sorveljanza u infurzar tagħhom. |
|
(8) |
L-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (4) għandhom jingħataw aċċess għal tranżazzjonijiet f’derivattivi ta’ ekwità fejn is-sottostanti huwa jew ammess għan-negozjar f’suq regolat fil-ġurisdizzjoni tagħhom, għandu l-indirizz legali tiegħu fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom jew huwa offerent għal tali impriża u l-kunsiderazzjoni li joffri tinkludi titoli. |
|
(9) |
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tingħata aċċess għall-fini ta’ monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija fil-livell tal-operaturi sabiex tindividwa u tiskoraġġixxi abbuż mis-suq b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u l-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija fil-livell tal-operaturi sabiex tindividwa u tiskoraġġixxi l-abbuż mis-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija fil-livell tal-operaturi (REMIT) (5). L-ACER għandha għalhekk ikollha aċċess għad-dejta kollha miżmuma minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tad-derivattivi tal-enerġija. |
|
(10) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikopri biss id-dejta dwar it-tranżazzjonijiet u mhux dik ta’ qabel it-tranżazzjonijiet bħal ordnijiet għal tranżazzjonijiet kif meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011. Għalhekk, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala s-sors xieraq ta’ informazzjoni lill-ACER f’dak ir-rigward. |
|
(11) |
Taħt approċċ funzjonali għall-aċċess għad-dejta miżmuma mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, is-superviżjoni prudenzjali hija komponent essenzjali. Bl-istess mod, awtoritajiet differenti jista’ jkollhom mandat ta’ superviżjoni prudenzjali. Għalhekk, l-aċċess għal dejta tat-tranżazzjonijiet dwar l-entitajiet rilevanti għandu jiġi żgurat għall-awtoritajiet kollha elenkati taħt l-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
|
(12) |
L-entitajiet li jaċċessaw repożitorju tad-dejta tat-tranżazzjonijiet taħt l-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandhom jiżguraw li jżommu u jinfurzaw politiki sabiex jiżguraw li huma biss il-persuni rilevanti li jaċċessaw l-informazzjoni għal fini ddefinita tajjeb u legalment fondata, filwaqt li jkunu ċari wkoll dwar persuni oħra possibbli awtorizzati li jaċċessaw tali dejta. |
|
(13) |
L-aċċess għad-dejta għandu jitqies fi ħdan it-tliet livelli ta’ aggregazzjoni. Id-dejta tat-tranżazzjonijiet għandha tinkludi dettalji individwali tat-tranżazzjonijiet; dejta tal-pożizzjoni għandha tqis dejta aggregata tal-pożizzjoni skont is-sottostanti/il-prodott għal kontropartijiet individwali; u dejta nozzjonali aggregata għandha tikkorrispondi għal pożizzjonijiet kumplessivi skont is-sottostanti/il-prodott mingħajr dettalji tal-kontroparti. Aċċess għal dejta tat-tranżazzjonijiet għandu jagħti aċċess ukoll għal-livell tal-pożizzjoni u dejta aggregata. Aċċess għal dejta tal-pożizzjoni ikun qed jagħti aċċess ukoll għal dejta aggregata, iżda mhux dejta fil-livell tat-tranżazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, l-aċċess għal dejta nozzjonali aggregata għandu jkun il-kategorija l-anqas granulari u ma għandux jippermetti aċċess għal dejta tal-pożizzjoni jew tat-tranżazzjoni. |
|
(14) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
|
(15) |
B’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS ikkonsultat l-awtoritajiet rilevanti u l-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) qabel ma ssottomettiet abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa msejjes dan ir-Regolament. L-AETS għamlet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq tal-AETS stabbilit skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Pubblikazzjoni ta’ dejta aggregata
1. Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jippubblikaw id-dejta prevista fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inklużi mill-inqas:
|
(a) |
tqassim tal-pożizzjonijiet miftuħa aggregati għal kull klassi ta’ dervivattivi kif ġej:
|
|
(b) |
tqassim ta’ volumi ta’ tranżazzjonijiet aggregati għal kull klassi ta’ derivattivi kif ġej:
|
|
(c) |
tqassim ta’ valuri ta’ tranżazzjonijiet aggregati għal kull klassi ta’ derivattivi kif ġej:
|
2. Id-dejta tiġi ppubblikata fuq websajt jew portal onlajn li jkunu faċilment aċċessibbli mill-pubbliku u tiġi aġġornata għall-inqas darba fil-ġimgħa.
Artikolu 2
Aċċess għad-dejta minn awtoritajiet rilevanti
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għall-fini li tissodisfa l-kompetenzi superviżorji tagħha.
2. L-AETS tistabbilixxi proċeduri interni sabiex tiżgura l-aċċess xieraq mill-persunal u kwalunkwe limitazzjoni ta’ aċċess fir-rigward ta’ attivitajiet mhux superviżorji taħt il-mandat tal-AETS.
3. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lill-Awtorità għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) aċċess għad-dejta kollha tat-transazzjonijiet fir-rigward ta’ derivattivi fejn is-sottostanti huma kwoti tal-enerġija jew tal-emissjonijiet.
4. Fejn applikabbli, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil awtorità kompetenti li tissuperviżjona CCP u lil membru rilevanti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li jissorvelja s-CCP, aċċess għad-dejta kollha tat-transazzjonijiet kollha kklerjati jew irrappurtati mis-CCP.
5. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil awtorità kompetenti li tissuperviżjona ċ-ċentri ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti rrappurtati aċċess għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet dwar kuntratti eżegwiti f’dawk iċ-ċentri.
6. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil awtorità superviżorja maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE aċċess għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet dwar derivattivi fejn is-sottostanti huwa titolu maħruġ minn kumpanija li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
hija ammessa għan-negozjar f’suq irregolat fil-ġurisdizzjoni tagħhom; |
|
(b) |
ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew, fejn ma jkollhiex uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju prinċipali tagħha, fil-ġurisdizzjoni tagħhom; |
|
(c) |
hija offerent għall-entitajiet previsti fil-punti (a) jew (b) u l-kunsiderazzjoni li toffri tinkludi titoli. |
7. Id-dejta li tingħata skont il-paragrafu 6 għandha tinkludi informazzjoni dwar:
|
(a) |
it-titoli sottostanti; |
|
(b) |
il-klassi tad-derivattiva; |
|
(c) |
is-sinjal tal-pożizzjoni; |
|
(d) |
in-numru ta’ titoli ta’ referenza; |
|
(e) |
il-kontropartijiet għad-derivattiva. |
8. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 81(3)(h) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 aċċess għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tas-swieq, il-parteċipanti, il-kuntratti u s-sottostanti li jinsabu fl-ambitu ta’ dik l-awtorità skont ir-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħha.
9. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, l-AETS u l-membri rilevanti tas-SEBĊ dejta tat-tranżazzjonijiet:
|
(a) |
għall-kontropartijiet kollha fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom; |
|
(b) |
għal kuntratti ta’ derivattivi fejn l-entità ta’ referenza tal-kuntratt ta’ derivattiva tinsab fi ħdan il-ġuriżdizzjoni rispettiva tagħhom jew fejn l-obbligu ta’ referenza huwa d-dejn sovran tal-ġurisdizzjoni rispettiva. |
10. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil membru rilevanti tas-SEBĊ aċċess għal dejta tal-pożizzjoni għal kuntratti ta’ derivattivi fil-munita maħruġa minn dak il-membru.
11. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess, għas-superviżjoni prudenzjali ta’ kontropartijiet soġġetti għall-obbligu tar-rapportar, lill-entitajiet rilevanti elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għad-dejta kollha tat-tranżazzjonijiet ta’ tali kontrapartijiet.
Artikolu 3
Awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi
1. Fir-rigward ta’ awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz li jkun daħal fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għad-dejta, filwaqt li jitqiesu l-mandat u r-responsabbiltajiet tal-awtorità f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim internazzjonali rilevanti.
2. Fir-rigward ta’ awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz li jkun daħlal f’arranġament ta’ kooperazzjoni mal-AETS kif imsemmi fl-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għad-dejta, filwaqt li jitqiesu l-mandat u r-responsabbiltajiet tal-awtorità f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ kooperazzjoni rilevanti.
Artikolu 4
Standards operazzjonali għall-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dejta
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi aċċess għall-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 skont il-proċeduri ta’ komunikazzjoni, l-istandards għall-messaġġi u d-dejta ta’ referenza li jintużaw komunement fil-livell internazzjonali.
2. Il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni jiġġeneraw identifikatur uniku tat-tranżazzjoni għal kull kuntratt ta’ derivattiva biex jippermettu lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet jaggregaw u jqabblu d-dejta kollha differenti tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet.
Artikolu 5
Standards operazzjonali għal aċċess għad-dejta
1. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jirreġistra informazzjoni dwar l-aċċess għad-dejta mogħtija lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
|
(a) |
l-ambitu tad-dejta aċċessata; |
|
(b) |
referenza għad-dispożizzjonijiet legali li jagħtu aċċess għal tali dejta skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u dan ir-Regolament. |
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.