EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0132

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 132/2013 tal- 15 ta’ Frar 2013 li jemenda għall-187 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

ĠU L 45, 16.2.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/132/oj

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 132/2013

tal-15 ta’ Frar 2013

li jemenda għall-187 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-11 ta' Frar 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01 p. 294)


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni naturali":

‘Suliman Hamd Suleiman Al-Buthe (alias (a) Soliman H.S. Al Buthi, (b) Sulayman Hamad Sulayman Al Batha). Indirizz: Riyadh, l-Arabja Sawdija. Data tat-twelid: 8.12.1961. Post tat-twelid: il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-passaport: (a) B049614 (l-Arabja Sawdija), (b) C 536660 (passaport tal-Arabja Sawdija maħruġ fil-5.5.2001, skada fil-11.5.2006). Informazzjoni oħra: Direttur tad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali tal-Muniċipalità ta' Riyadh, l-Arabja Sawdija (sa minn Frar 2010). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 23.6.2004.’


Top