This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0123
Commission Implementing Regulation (EU) No 123/2013 of 12 February 2013 amending for the 186th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 123/2013 tat- 12 ta’ Frar 2013 li jemenda għall-186 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 123/2013 tat- 12 ta’ Frar 2013 li jemenda għall-186 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
ĠU L 42, 13.2.2013, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Emenda | anness I | 13/02/2013 |
13.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 42/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 123/2013
tat-12 ta’ Frar 2013
li jemenda għall-186 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-5 ta' Frar 2013 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika waħda mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji. |
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan, |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01 p. 294)
ANNESS
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
‘Djamel Akkacha (alias (a) Yahia Abou el Hoummam, (b) Yahia Abou el Hammam). Data tat-twelid: 9.5.1978. Post tat-twelid: Rouiba, Algiers, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Indirizz: Mali. Informazzjoni oħra Isem il-missier hu Slimane. Isem l-omm hu Akrouf Khadidja. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 5.2.2013.’