This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0081
Commission Implementing Regulation (EU) No 81/2013 of 29 January 2013 amending Implementing Regulation (EU) No 1051/2011 as regards the micro-data files for the transmission of data Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2013 tad- 29 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1051/2011 fir-rigward tal-fajls tal-mikrodejta għat-trażmissjoni tad-dejta Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2013 tad- 29 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1051/2011 fir-rigward tal-fajls tal-mikrodejta għat-trażmissjoni tad-dejta Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 28, 30.1.2013, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R1051 | Sostituzzjoni | anness III P.80 Test | 19/02/2013 |
30.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 81/2013
tad-29 ta’ Jannar 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1051/2011 fir-rigward tal-fajls tal-mikrodejta għat-trażmissjoni tad-dejta
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 9(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata hija ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tinżamm ir-rilevanza tal-istatistiċi Ewropej, billi jitqiesu l-iżviluppi u t-tibdil fil-qasam tal-edukazzjoni. |
(2) |
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (Unesco) irrevediet il-verżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni (ISCED) li ntużat sa issa (ISCED 1997) bl-iskop li jkun żgurat li hija konsistenti mal-iżviluppi fil-politiki u l-istrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ. |
(3) |
Il-bżonn għall-komparabbiltà internazzjonali tal-istatistika tal-edukazzjoni jitlob li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jużaw klassifikazzjonijiet tal-edukazzjoni li huma kompatibbli mal-verżjoni riveduta tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED 2011 (ISCED 2011), kif adottata mill-Istati Membri tal-Unesco fis-36 Konferenza Ġenerali f’Novembru 2011. |
(4) |
Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1051/2011 (2) għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1051/2011 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.
(2) ĠU L 276, 21.10.2011, p. 13.
ANNESS
Id-deskrizzjoni tal-kolonna 80 (Livell edukattiv) tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1051/2011 tinbidel b’dan li ġej:
Kolonna |
Identifikatur |
Deskrizzjoni |
Filtru/kummenti |
“80 |
|
Il-livell edukattiv milħuq |
Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess: kodiċi = Vojta” |
|
1 |
Mhux aktar minn livell sekondarju baxx (ISCED 2011 livelli 0-2) |
|
|
2 |
Skola sekondarja għolja u post-sekondarja (mhux terzjarja) (ISCED 2011 livelli 3 u 4) |
|
|
3 |
Terzjarja (ISCED 2011 livelli 5-8 |
|