Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0073

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2013 tal- 25 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

    ĠU L 26, 26.1.2013, p. 11–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2014; Impliċitament imħassar minn 32012R0649

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/73/oj

    26.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/11


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 73/2013

    tal-25 ta’ Jannar 2013

    li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem (“proċedura PIC”) għal ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

    (2)

    Huwa xieraq li tittieħed inkonsiderazzjoni azzjoni regolatorja fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (3), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 rigward ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (5) tal-Kummissjoni.

    (3)

    Deċiżjonijiet li ttieħdu rigward ċerti sustanzi kimiċi taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar pollutanti organiċi persistenti (“il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma”), iffirmata fit-22 ta’ Mejju 2001 u approvata, f’isem il-Komunità, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (6) u azzjoni regolatorja sussegwenti li ttieħdet fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (7).għandhom jittieħdu wkoll inkonsiderazzjoni.

    (4)

    Is-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite ma ġewx approvati bħala sustanzi attivi fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda tas-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite mal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8) mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (9). Dik l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra wasslet għad-deċiżjoni li s-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite ma jiġux approvati bħala sustanzi attivi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bir-riżultat li s-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite jibqgħu projbiti għall-użu bħala pestiċidi u li r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanzi acetochlor, asulam, chloropicrin u propargite għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (5)

    Is-sustanza flufenoxuron ma ġietx approvata bħala sustanza attiva taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u s-sustanza flufenoxuron ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tat-tip 18, bl-effett li l-flufenoxuron huwa ristrett severament għall-użu bħala pestiċida u għalhekk għandu jiġi miżjud mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għaliex virtwalment l-użu kollu huwa projbit minkejja l-fatt li l-flufenoxuron ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE għall-prodotti tat-tip 8 u għalhekk jista’ jiġi awtorizzat mill-Istati Membri għall-użu fil-preservattivi tal-injam soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi. Iż-żieda tal-flufenoxuron mal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Dik l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra wasslet għad-deċiżjoni li s-sustanza flufenoxuron ma tiġix approvata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bl-effett li r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanza flufenoxuron għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (6)

    Is-sustanza naled ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE u s-sustanza naled ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I tad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li s-sustanza naled hija pprojbita għall-użu bħala pestiċida u għalhekk għandha tiġi miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (7)

    Is-sustanzi aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil ma ġewx approvati bħala sustanzi attivi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Iż-żieda ta’ aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil mal-Parti 2 tal-Anness I ġiet sospiża minħabba applikazzjoni ġdida għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mressqa skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Din l-applikazzjoni l-ġdida għal darb’oħra wasslet għad-deċiżjoni li s-sustanzi aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil ma jiġux inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bl-effett li s-sustanzi aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil jibqgħu projbiti għall-użu bħala pestiċidi u r-raġuni għas-sospensjoni taż-żieda mal-Parti 2 tal-Anness I ma baqgħetx valida. Għalhekk, is-sustanzi aċidu 2-naftilossiaketiku, diphenylamine u propanil għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li tinsab fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (8)

    Fil-ħames laqgħa tagħha f’Ġunju 2011, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet li tinkludi l-alachlor, l-aldicarb u l-endosulfan fl-Anness III ta’ dik il-Konvenzjoni, bl-effett li l-alachlor, l-aldicarb u l-endosulfan ġew soġġetti għall-proċedura tal-PIC skont dik il-Konvenzjoni u għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista ta’ kimiċi li hemm fil-Parti 2 u jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (9)

    Is-sustanza dichlorvos ma ġietx inkluża bħala sustanza attiva fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE u d-dichlorvos ma ġiex inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bl-effett li d-dichlorvos huwa projbit għall-użu bħala pestiċida. Minħabba li d-dichlorvos huwa diġà inkluż fil-listi ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008, dawk l-entrati għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-aktar żviluppi legali riċenti.

    (10)

    Is-sustanzi bifenthrin u metam ġew approvati bħala sustanzi attivi taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-bifenthrin u l-metam ma għadhomx aktar projbiti għall-użu bħala pestiċidi. Konsegwentement is-sustanzi attivi għandhom jitħassru mill-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (11)

    Is-sustanza cyanamide għandha titneħħa mill-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 minħabba li ġiet imressqa evidenza li l-projbizzjoni fis-subkategorija “pestiċidi fil-grupp ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti” ma tirrappreżentax restrizzjoni severa dwar l-użu tas-sustanza fil-livell tal-kategorija “pestiċidi” minħabba l-fatt li s-cyanamide għandha użi importanti bħala bijoċida. Is-cyanamide ġiet identifikata u notifikata għal evalwazzjoni skont id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk, prodotti bijoċidali li fihom is-cyanamide jistgħu jibqgħu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri skont ir-regoli nazzjonali tagħhom, sakemm tittieħed deċiżjoni taħt dik id-Direttiva.

    (12)

    Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 (10) jimplimenta d-deċiżjoni meħuda taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma biex l-endosulfan tiġi elenkata fil-Parti 1 tal-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma billi s-sustanza kimika tiżdied mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Konsegwentement, dik il-kimika għandha tiġi miżjuda mal-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (13)

    Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu għalhekk jiġi emendat b’dan il-mod.

    (14)

    Sabiex l-industrija tingħata biżżejjed żmien biex tieħu l-miżuri neċessarji għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u biex l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għandu jiġi diferit.

    (15)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

    (3)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (4)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

    (5)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (6)  ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1.

    (7)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

    (8)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    (9)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

    (10)  ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1.


    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008, huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    għandhom jiġu miżjuda l-entrati li ġejjin:

    Sustanza kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Subkategorija

    (*)

    Limitazzjoni fl-użu

    (**)

    Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

    “Acetochlor +

    34256-82-1

    251-899-3

    2924 29 98

    p(1)

    b

     

    Asulam +

    3337-71-1

    222-077-1

    2935 00 90

    p(1)

    b

     

    2302-17-2

    218-953-8

    Chloropicrin +

    76-06-2

    200-930-9

    2904 90 40

    p(1)

    b

     

    Flufenoxuron +

    101463-69-8

    417-680-3

    2924 29 98

    p(1)-p(2)

    b-sr

     

    Naled +

    300-76-5

    206-098-3

    2919 90 00

    p(1)-p(2)

    b-b

     

    Propargite +

    2312-35-8

    219-006-1

    2920 90 85

    p(1)

    b”

     

    (b)

    l-entrati għal alachlor u aldicarb għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    Sustanza kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Subkategorija

    (*)

    Limitazzjoni tal-użu

    (**)

    Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

    “Alachlor #

    15972-60-8

    240-110-8

    2924 29 98

    p(1)

    b

     

    Aldicarb #

    116-06-3

    204-123-2

    2930 90 99

    p(1)-p(2)

    b-b”

     

    (c)

    l-entrata għal dichlorvos għandha tinbidel b’dan li ġej:

    Sustanza kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Subkategorija

    (*)

    Limitazzjoni tal-użu

    (**)

    Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

    “Dichlorvos +

    62-73-7

    200-547-7

    2919 90 00

    p(1)-p(2)

    b-b”

     

    (d)

    l-entrata għal endosulfan għandha tinbidel b’dan li ġej:

    Sustanza kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Subkategorija

    (*)

    Limitazzjoni tal-użu

    (**)

    Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

    “Endosulfan #

    115-29-7

    204-079-4

    2920 90 85

    p(1)-p(2)

    b-b”

     

    (e)

    l-entrata għal bifenthrin għandha titħassar.

    (f)

    l-entrata għal metam għandha titħassar.

    (2)

    Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    għandhom jiġu miżjuda l-entrati li ġejjin:

    Sustanza kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Kategorija

    (*)

    Limitazzjoni tal-użu

    (**)

    “aċidu 2-naftilossiaketiku

    120-23-0

    204-380-0

    2918 99 90

    p

    b

    Acetochlor

    34256-82-1

    251-899-3

    2924 29 98

    p

    b

    Asulam

    3337-71-1

    222-077-1

    2935 00 90

    p

    b

    2302-17-2

    218-953-8

    Chloropicrin

    76-06-2

    200-930-9

    2904 90 40

    p

    b

    Diphenylamine

    122-39-4

    204-539-4

    2921 44 00

    p

    b

    Flufenoxuron

    101463-69-8

    417-680-3

    2924 29 98

    p

    sr

    Naled

    300-76-5

    206-098-3

    2919 90 00

    p

    b

    Propanil

    709-98-8

    211-914-6

    2924 29 98

    p

    b

    Propargite

    2312-35-8

    219-006-1

    2920 90 85

    p

    b”

    (b)

    l-entrata għal dichlorvos għandha tinbidel b’dan li ġej:

    Kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Kategorija

    (*)

    Limitazzjoni tal-użu

    (**)

    “Dichlorvos

    62-73-7

    200-547-7

    2919 90 00

    p

    b”

    (c)

    l-entrata għal alachlor għandha titħassar.

    (d)

    l-entrata għal aldicarb għandha titħassar.

    (e)

    l-entrata għal cyanamide għandha titħassar.

    (f)

    l-entrata għal endosulfan għandha titħassar.

    (3)

    fil-Parti 3 għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Sustanza kimika

    Numru/i CAS rilevanti

    Kodiċi HS

    Sustanza pura

    Kodiċi HS

    Taħlitiet, preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza

    Kategorija

    “Alachlor

    15972-60-8

    2924.29

    3808.93

    Pestiċida

    Aldikarb

    116-06-3

    2930.90

    3808.91

    Pestiċida

    Endosulfan

    115-29-7

    2920.90

    3808.91

    Pestiċida”


    ANNESS II

    Fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandha tiżdied l-entrata li ġejja:

    Deskrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi/prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni

    Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

     

    “Endosulfan

    Nru KE 204-079-4

    Nru CAS: 115-29-7

    Kodiċi NM 2920 90 85 ”


    Top