Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0053

Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90–131 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/53/oj

28.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/90


DIRETTIVA 2013/53/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Novembru 2013

dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni (3) ġiet adottata fil-kuntest tal-istabbiliment tas-suq intern sabiex jiġu armonizzati l-karatteristiċi ta’ sikurezza tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni fl-Istati Membri kollha u biex jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ fid-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bejn l-Istati Membri.

(2)

Oriġinarjament, id-Direttiva 94/25/KE kopriet biss id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li għandhom tul tal-buq minimu ta’ 2,5 m u tul massimu ta’ 24 m. Id-Direttiva 2003/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttiva 94/25/KE (4) estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 94/25/KE biex tinkludi fid-Direttiva emendata l-inġenji tal-ilma personali u r-rekwiżiti integrati għall-protezzjoni tal-ambjent billi jiġu adottati limiti għall-emissjonijiet tal-egżost (CO, HC, NOx u l-partikulati) u l-livelli tal-limiti għall-ħsejjes għal magni tal-propulsjoni, kemm għall-magni li jaqbdu bil-kompressjoni kif ukoll għall-magni li jaqbdu bl-ispark.

(3)

Id-Direttiva 94/25/KE hija bbażata fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandards tekniċi (5). Għalhekk, din tistipula biss ir-rekwiżiti essenzjali li japplikaw għad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, filwaqt li d-dettalji tekniċi huma adottati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elektroteknika (Cenelec) skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (6). Il-konformità mal-istandards armonizzati stabbiliti b’dan il-mod, li n-numri ta’ referenza tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 94/25/KE. L-esperjenza wriet li dawn il-prinċipji bażiċi ħadmu sewwa f’dan is-settur u għandhom jinżammu u anki jiġu promossi aktar.

(4)

L-iżviluppi teknoloġiċi fis-suq, madankollu, qajmu kwistjonijiet ġodda fir-rigward tar-rekwiżiti ambjentali tad-Direttiva 94/25/KE. Sabiex jitqiesu dawk l-iżviluppi u biex ikun hemm kjarifika fir-rigward tal-qafas li fih il-prodotti koperti minn din id-Direttiva jistgħu jiġu kkumerċjalizzati, ċerti aspetti tad-Direttiva 94/25/KE għandhom jiġu riveduti u mtejba u, fl-interessi taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi revokata u sostitwita minn din id-Direttiva.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (7) jistipula dispożizzjonijiet orizzontali dwar l-akkreditament tal-korpi li jivvalutaw il-konformità, dwar il-marka CE u dwar il-qafas tal-Unjoni għas-sorveljanza tas-suq, u l-kontrolli ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, li huma wkoll applikabbli għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva.

(6)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (8) tipprovdi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza għall-finijiet ta’ leġislazzjoni bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġislazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, ir-regoli dwar il-marki CE, ir-rekwiżiti għall-korpi li jivvalutaw il-konformità u l-proċeduri ta’ notifika u d-dispożizzjonijiet dwar proċeduri li jittrattaw prodotti li jippreżentaw riskju għandhom jiġu allinjati ma’ dik id-Deċiżjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea (9) jipprevedi proċedura għal oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

(7)

Il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet tad-Direttiva 94/25/KE għandhom jiġu ċċarati sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva mill-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, għandu jiġi ċċarat li vetturi anfibji huma esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. Huwa wkoll neċessarju li jiġi speċifikat liema tip ta’ kenuri u kayaks huma esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva u li jiġi ċċarat li huma biss l-inġenji tal-ilma personali maħsuba għall-isport u d-divertiment li huma koperti minn din id-Direttiva.

(8)

Jixraq ukoll li jingħataw definizzjonijiet ta’ “inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali”, ta’ “tul tal-buq” u ta’ “importatur privat” li huma speċifiċi għal dan is-settur sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva. Huwa neċessarju li tiġi estiża d-definizzjoni attwali ta’ ‘magni ta’ propulsjoni’ biex tkopri wkoll is-soluzzjonijiet ta’ propulsjoni innovattivi.

(9)

Il-prodotti koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew li jitħaddmu għandhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-Unjoni rilevanti, u l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza, u l-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, u biex tiġi garantita kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(10)

L-operaturi ekonomiċi li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent meta mibnija u mantenuti b’mod korrett, u li jagħmlu disponibbli fis-suq dawk il-prodotti biss li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti. Din id-Direttiva għandha tipprovdi tqassim ċar u proporzjonat ta’ obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(11)

Billi ċerti kompiti jistgħu jitwettqu mill-manifattur biss, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-manifattur u l-operaturi iktar ‘l isfel fil-katina ta’ distribuzzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-importatur u d-distributur, peress li l-importatur idaħħal prodotti minn pajjiżi terzi fis-suq tal-Unjoni. L-importatur għalhekk għandu jassigura li dawn il-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni.

(12)

Il-manifattur, li jkollu konoxxenza dettaljata tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jesegwixxi l-proċedura kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha, għalhekk, tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(13)

Jeħtieġ li jiġi assigurat li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva li jidħlu fis-suq tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni, u b’mod partikolari li l-manifatturi jkunu wettqu l-proċeduri ta’ valutazzjoni xierqa fir-rigward ta’ dawk il-prodotti. Għaldaqstant, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli u biex dawn ma jqiegħdux fis-suq prodotti li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti jew li jippreżentaw riskju. Għall-istess raġuni, għandu jsir provvediment għall-importaturi biex jiġi assigurat li jkunu twettqu l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u li l-marka CE u d-dokumentazzjoni magħmulin mill-manifatturi jkunu disponibbli għall-ispezzjoni mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza.

(14)

Fejn id-distributur jagħmel prodott kopert b’din id-Direttiva disponibbli fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, dan għandu jaġixxi bil-kura dovuta sabiex jassigura li t-trattament tal-prodott min-naħa tiegħu ma jolqotx ħażin il-konformità tiegħu. Iżda kemm l-importaturi kif ukoll id-distributuri huma mistennija li jaġixxu bil-kura dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli meta huma jqiegħdu jew jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq.

(15)

Meta jqiegħdu prodott kopert b’din id-Direttiva fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-prodott isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet fejn id-daqs jew in-natura ta’ komponent ma jippermettux din l-identifikazzjoni.

(16)

Kwalunkwe operatur ekonomiku li jew iqiegħed prodott fis-suq f’ismu stess jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika prodott b’tali mod li dan jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(17)

Id-distributuri u l-importaturi, minħabba li huma qrib tas-suq, għandhom ikunu aktar involuti fil-kompiti ta’ sorveljanza tas-suq li jsiru minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u għandhom jitħejjew biex jipparteċipaw b’mod attiv billi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-prodott ikkonċernat.

(18)

L-importazzjoni tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni minn pajjiżi terzi għall-Unjoni minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni hija karatteristika speċifika ta’ dan is-settur. Madankollu, id-Direttiva 94/25/KE fiha ftit dispożizzjonijiet li japplikaw jew li jista’ jitqies li japplikaw għall-importaturi privati fir-rigward tat-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità (valutazzjoni ta’ wara l-bini). Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu ċċarati l-obbligi l-oħra tal-importaturi privati li fil-prinċipju għandhom jiġu armonizzati ma’ dawk tal-manifatturi, b’ċerti eċċezzjonijiet relatati man-natura mhux kummerċjali tal-attivitajiet tagħhom.

(19)

Meta tkun assigurata t-traċċabbiltà ta’ prodott fil-katina kollha tal-provvista, dan jgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u effikaċi. Sistema effikaċi ta’ traċċabbiltà tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq prodotti mhux konformi.

(20)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza mad-Direttivi l-oħra dwar l-Approċċ il-Ġdid, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat espliċitament li l-prodotti koperti minn din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu fis-suq jew jitħaddmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali li ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent, u dan biss jekk jissodisfaw ir-rewkiżiti essenzjali stabbiliti f’din id-Direttiva.

(21)

Għall-magni adattati għall-użu fil-baħar bħala magni tal-propulsjoni, fejn il-magna ta’ oriġini diġà jkollha l-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni ta’ kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (10), jew ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (11), il-persuni li jadattaw il-magni għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq il-prova ta’ konformità maħruġa mill-manifattur oriġinali tal-magna meta dawn l-adattamenti ma jkunux bidlu il-karatteristiċi tal-emissjoni tal-egżost.

(22)

L-opzjonijiet biex ikomplu jitnaqqsu l-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost tal-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni ġew ivvalutati fir-rapport dwar il-possibilitajiet ta’ aktar titjib fil-karatteristiċi ambjentali tal-magni ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, imressaq skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/44/KE. Dak ir-rapport ikkonkluda li huwa xieraq li jkun hemm limiti aktar stretti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 2003/44/KE. Il-limiti għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jirrifletti l-iżvilupp tekniku ta’ teknoloġiji tal-magni tal-baħar u li jippermetti progress lejn l-armonizzazzjoni ta’ limiti għall-emissjonijiet tal-egżost madwar id-dinja kollha. Il-limiti tas-CO, madankollu, għandhom jiżdiedu sabiex jippermettu li jkun hemm tnaqqis sinifikanti ta’ inkwinanti tal-arja oħra biex tiġi riflessal-fattibbiltà teknoloġika u biex tinkiseb l-aktar implimentazzjoni rapida filwaqt li jiġi żgurat li l-impatt soċjo-ekonomiku fuq dan is-settur ekonomiku jkun aċċettabbli.

(23)

Skont il-kategorija ta’ fjuwil u ta’ qawwa, għandhom jintużaw iċ-ċikli tat-test għall-magni f’applikazzjonijiet tal-baħar deskritti fl-istandard armonizzat rilevanti, u sakemm ikunu disponibbli, dawk deskritti fl-istandard ta’ ISO rilevanti, b’kont meħud tal-valuri stabbiliti fl-Anness I, Parti B, punt 2.3. Iċ-ċikli tat-test għandhom jiġu żviluppati għall-magni kollha ta’ kombustjoni li jkunu parti mis-sistema ta’ propulsjoni, inklużi l-impjanti ibridi.

(24)

Il-fjuwils tat-test użati biex tiġi vvalutata l-konformità tad-dgħajjes mal-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost għandhom jirriflettu l-kompożizzjoni tal-fjuwils użati fis-suq rilevanti, u għaldaqstant il-fjuwils Ewropej tat-test għandhom jintużaw fl-approvazzjoni tat-tip mill-Unjoni. Madankollu, peress li l-manifatturi minn pajjiżi terzi jista’ ma jkollhomx aċċess għall-fjuwils Ewropej ta’ referenza, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet li jagħtu l-approvazzjoni jitħallew jaċċettaw li l-magni jiġu ttestjati bi fjuwils ta’ referenza oħrajn. L-għażla tal-fjuwils ta’ referenzja għandha madankollu tkun limitata għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-istandard ISO rilevanti sabiex tiġi żgurata l-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati tat-test.

(25)

Huwa xieraq li jiġi adottat rekwiżit ġdid li jimponi l-installazzjoni mandatorja għal tankijiet kontenituri għal dgħajjes li għandhom tojlit sabiex ikun hemm aktar ħarsien tal-ambjent tal-baħar.

(26)

L-istatistika dwar l-inċidenti turi li r-riskju li dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni u li jkollha aktar minn buq wieħed tinqaleb huwa baxx. Minkejja l-fatt li dan ir-riskju huwa baxx, jixraq li jiġi kkunsidrat li hemm riskju li dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni u li jkollha aktar minn buq wieħed tinqaleb u, li jekk tkun suxxettibli li tinqaleb, hi għandha tibqa’ f’wiċċ l-ilma f’pożizzjoni maqluba u jkun prattikabbli li persuna tinħeles.

(27)

F’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jistabilixxu tali rekwiżiti li huma jqisu meħtieġa għan-navigazzjoni f’ċerti ilmijiet għall-iskop tal-ħarsien tal-ambjent, inkluż mit-tniġġis bil-ħsejjes, l-istruttura tal-passaġġi tal-ilma, u l-assigurazzjoni tas-sikurezza fil-passaġġi tal-ilma, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux jeħtieġu modifika għall-inġenju tal-ilma li tkun konformi ma’ din id-Direttiva u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġustifikati u proporzjonati għall-objettivi li għandhom jinkisbu.

(28)

Il-marka CE, li tindika l-konformità ta’ prodott, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni ta’ konformità f’sens wiesa’. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-marka CE huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Ir-Regoli li jirregolaw it-twaħħil tal-marka CE fuq l-inġenju tal-ilma, il-komponenti u l-magni ta’ propulsjoni għandhom jiġu stipulati f’din id-Direttiva. Huwa xieraq li l-obbligu biex ikun hemm twaħħil tal-marka CE jitwessa’ biex jinkludi wkoll il-magni interni kollha u l-magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat li huma meqjusa li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stipulati f’din id-Direttiva.

(29)

Huwa kruċjali li l-manifatturi, l-importaturi privati u l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE mal-prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha applikabbli u jieħu r-responsabbiltà kollha tal-prodott.

(30)

Il-marka CE għandha tkun l-unika marka ta’ konformità li tindika li l-prodott kopert b’din id-Direttiva ikun konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Madankollu, għandhom jitħallew jiġu użati marki oħra sakemm dawn jikkontribwixxu biex itejbu l-ħarsien tal-konsumatur u ma jkunux koperti bil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(31)

Sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti essenzjali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu stabbiliti b’referenza għall-moduli li jivvalutaw il-konformità stipulati fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Dawn il-proċeduri għandhom jitfasslu fid-dawl tal-livell tar-riskju li jista’ jkun inerenti fl-inġenji tal-ilma, il-magni u l-komponenti. Għaldaqstant, kull kategorija ta’ konformità għandha tiġi supplimentata bi proċedura xierqa jew għażla bejn diversi proċeduri ekwivalenti.

(32)

L-esperjenza wriet li huwa xieraq li jkun hemm varjetà akbar ta’ moduli li jivvalutaw il-konformità għall-komponenti. Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità tal-emissjoni tal-egżost u r-rekwiżiti tal-emissjoni tal-ħsejjes, għandha issir distinzjoni bejn il-każijiet fejn l-istandards armonizzati ġew użati u l-każijiet fejn dawn ma ġewx użati, peress li f’dawn tal-aħħar jagħmel sens li tintalab proċedura li tivvaluta l-konformità li tkun aktar stretta. Barra minn hekk, il-possibbiltà li tintuża d-data ta’ referenza dwar id-dgħajjes għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għandha titqies superfluwa, peress li ma ntużatx fil-prattika.

(33)

Sabiex tingħata informazzjoni ċara dwar l-ambjent operattiv aċċettabbli tal-inġenji tal-ilma, it-titoli tal-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma għandhom ikunu bbażati biss fuq il-kundizzjonijiet ambjentali essenzjali għan-navigazzjoni, jiġifieri il-forza tar-riħ u għoli sinifikanti tal-mewġ. L-erba’ kategoriji ta’ disinn, A, B, C u D, jispeċifikaw meded tal-forza tar-riħ u tal-għoli sinifikanti tal-mewġ għall-iskop ta’ disinn b’noti ta’ spjegazzjoni.

(34)

Id-Direttiva 94/25/KE tinkludi regoli dwar il-valutazzjoni ta’ wara l-bini ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li titwettaq minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed il-prodott fis-suq jew tużah f’każijiet, fejn il-manifattur ma jwettaqx ir-responsabbiltajiet għall-konformità tal-prodott mad-Direttiva. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li l-ambitu tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini jiġi estiż biex ikopri mhux biss dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni imma wkoll inġenji tal-ilma personali. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi speċifikat f’liema sitwazzjonijiet tista’ tintuża l-valutazzjoni ta’ wara l-bini. Barra minn hekk, fir-rigward tal-importazzjoni, l-użu tiegħu għandu jkun ristrett għal każijiet ta’ importazzjoni mhux kummerċjali minn importaturi privati biex jevitaw l-abbuż tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini għal skopijiet kummerċjali. Tinħass ukoll il-ħtieġa li l-obbligi tal-persuna li titlob valutazzjoni ta’ wara l-bini jitwessgħu biex il-persuna tintalab tipprovdi dokumenti lill-korp innotifikat sabiex tiġi żgurata valutazzjoni affidabbli tal-konformità tal-prodott mill-korp innotifikat.

(35)

Billi jinħtieġ li jiġi żgurat livell għoli b’mod uniformi ta’ rendiment mill-korpi li jwettqu l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva madwar l-Unjoni, u billi dawn l-entitajiet kollha għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istess livell u f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi li jivvalutaw il-konformità li jkunu jixtiequ li jiġu nnotifikati sabiex jipprovdu servizzi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont din id-Direttiva.

(36)

Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ kwalità fir-rendiment tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva, jeħtieġ mhux biss li jiġu konsolidati r-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw l-entitajiet li jivvalutaw il-konformità li jixtiequ jiġu nnotifikati, imma wkoll, b’mod parallel, li jkunu stabbiliti r-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw l-awtoritajiet li jinnotifikaw u korpi oħra involuti fil-valutazzjoni, fin-notifika u fil-monitoraġġ ta’ korpi nnotifikati.

(37)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jikkomplementa u jsaħħaħ il-qafas eżistenti għas-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti koperti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, inklużi l-prodotti koperti minn din id-Direttiva. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq ta’ dawk il-prodotti b’konformità ma’ dak ir-Regolament, u fejn applikabbli, b’konformità mad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (12).

(38)

Sabiex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar, jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura ta’ salvagwardja eżistenti li tippermetti lill-Kummissjoni li teżamina l-ġustifikazzjoni għall-miżura meħuda minn Stat Membru kontra prodotti li huwa jikkunsidra li mhumiex konformi, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u biex jintużaw il-ħiliet esperti disponibbli fl-Istati Membri.

(39)

Is-sistema eżistenti għandha tkun ikkomplementata bi proċedura li tħalli partijiet interessati li jkunu infurmati b’miżuri meħuda fir-rigward ta’ prodotti koperti minn din id-Direttiva li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni jew għal aspetti oħra ta’ ħarsien tal-interess pubbliku. Għandha tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta’ dawn il-prodotti.

(40)

Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, mhux meħtieġ l-involviment ulterjuri tal-Kummissjoni.

(41)

Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u evidenza xjentifika ġdida, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda l-punti 2.3, 2.4 u 2.5 kif ukoll it-Taqsima 3 tal-Parti B u t-Taqsima 3 tal-Parti C tal-Anness I, u l-Annessi V, VII and IX. Fil-futur, dan ser jippermetti lill-Kummissjoni tinkludi ċikli tat-test għal magni ibridi u tintroduċi fjuwils tat-test mħallta mal-bijofjuwils fit-tabella tal-fjuwils tat-test ladarba dawk il-fjuwils tat-test ikunu aċċettati internazzjonalment. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.

(42)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (13).

(43)

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu lill-Istat Membru notifikanti biex jieħu l-miżuri korettivi meħtieġa fir-rigward tal-korpi nnotifikati li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifika tagħhom.

(44)

Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jiżguraw li din id-Direttiva tkun applikata b’mod uniformi, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet supplimentari stipulati fl-Artikolu 25 dwar il-proċeduri li jivvalutaw il-konformità, u fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma, l-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma, il-pjanċa ta’ min jibni, il-manwal tal-proprjetarju, is-sistema tal-gass, il-prevenzjoni tal-iskariki, il-kwestjonarju dwar ir-rappurtar u d-dwal ta’ navigazzjoni.

(45)

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, filwaqt li taġixxi barra l-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiddetermina jekk il-miżuri meħudin mill-Istati Membri fir-rigward tal-prodott li jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent humiex iġġustifikat.

(46)

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, f’każijiet debitament iġġustifikati relatati mal-valutazzjoni tal-konformità, il-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma, id-dwal tan-navigazzjoni, il-prevenzjoni tal-iskariki u l-apparat li jaħdem bil-gass li jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, dan hu meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza.

(47)

F’konformità mal-prattika stabbilita, il-kumitat stabbilit b’din id-Direttiva jista’ jkollu rwol utli fl-eżaminazzjoni ta’ materji rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li jkunu tqajmu jew mill-president tiegħu jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(48)

Sabiex jiġu infurzati l-monitoraġġ u l-effiċjenza ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jimlew kwestjonarju dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tfassal u tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(49)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(50)

Sabiex il-manifatturi u operaturi ekonomiċi oħra jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti b’din id-Direttiva, jeħtieġ li jiġi previst perijodu transizzjonali suffiċjenti wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva li matulhom il-prodotti li jkunu konformi mad-Direttiva 94/25/KE xorta jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

(51)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva minn manifatturi żgħar u ta’ daqs medju ta’ magni tal-propulsjoni ta’ fuq barra li jaqbdu bl-ispark b’saħħa ekwivalenti jew għal 15 kW jew inqas minn hekk u biex ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, jixraq li jiġi previst perijodu transizzjonali speċifiku għal dawk il-manifatturi.

(52)

Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent filwaqt li jkun garantit il-funzjonament tas-suq intern billi jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati għall-prodotti koperti b’din id-Direttiva u rekwiżiti minimi għas-sorveljanza tas-suq, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda li jista’, minħabba fl-iskala u l-effett tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(53)

Id-Direttiva 94/25/KE għandha għaldaqstant tiġi rrevokata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-manifattura tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) u r-regoli dwar il-moviment liberu tagħhom fl-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni parzjalment kompletati;

(b)

inġenji tal-ilma personali u inġenji tal-ilma personali parzjalment kompletati;

(c)

il-komponenti elenkati fl-Anness II meta jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni separatament, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “komponenti”;

(d)

magni ta’ propulsjoni li huma installati jew speċifikament maħsuba għal installazzjoni fuq inġenji tal-ilma jew fihom;

(e)

magni ta’ propulsjoni installati fuq l-inġenji tal-ilma jew fihom li huma soġġetti għal modifika kbira fil-magna;

(f)

inġenji tal-ilma li huma soġġetti għal konverżjoni kbira tal-inġenju tal-ilma.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

fir-rigward tar-rekwiżiti tad-disinn u l-bini stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I:

(i)

inġenji tal-ilma maħsuba biss għat-tlielaq, inklużi dgħajjes tal-qdif għat-tlielaq u dgħajjes tal-qdif għat-taħriġ, identifikati bħala tali mill-manifattur;

(ii)

kenuri u kayaks iddisinjati biex jitmexxew biss permezz ta’ saħħa fiżika tal- bniedem, gondoli u pedalos;

(iii)

surfboards iddisinjati biex jitmexxew biss permezz tar-riħ u biex ikunu operati minn persuna jew persuni bil-wieqfa;

(iv)

surfboards;

(v)

inġenji tal-ilma storiċi oriġinali u repliki individwali tagħhom iddisinjati qabel l-1950, mibnija prinċipalment bil-materjal oriġinali u identifikati bħala tali mill-manifattur;

(vi)

inġenji tal-ilma sperimentali, dment li ma jitqiegħdux fis-suq tal-Unjoni;

(vii)

inġenji tal-ilma mibnija għall-użu proprju, bil-kundizzjoni li ma jitqiegħdux sussegwentement fis-suq tal-Unjoni matul perijodu ta’ ħames snin minn meta l-inġenji tal-ilma jkunu bdew jintużaw;

(viii)

inġenji tal-ilma maħsuba speċifikament biex ikollhom ekwipaġġ u jġorru passiġġieri għal finijiet kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, irrispettivament min-numru ta’ passiġġieri

(ix)

sommerġibbli;

(x)

vetturi bil-kuxxinett tal-arja;

(xi)

aliskafi;

(xii)

inġenji tal-ilma ta’ kombustjoni esterna misjuqa bil-fwar, li jaħdmu bil-faħam, il-kokk, l-injam, iż-żejt jew il-gass3;

(xiii)

vetturi amfibji, jiġifieri vetturi bil-mutur, bir-roti jew bic-ċinga, li kapaċi jaħdmu kemm fuq l-ilma kif ukoll fuq art solida;

(b)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I:

(i)

magni ta’ propulsjoni installati jew speċifikament maħsuba għal installazzjoni fuq il-prodotti li ġejjin:

inġenji tal-ilma maħsuba biss għat-tlielaq u identifikati bħala tali mill-manifattur;

inġenji tal-ilma sperimentali, dment li ma jitqiegħdux fis-suq tal-Unjoni;

inġenji tal-ilma maħsuba speċifikament biex ikollhom ekwipaġġ u jġorru passiġġieri għal finijiet kummerċjali, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, irrispettivament min-numru ta’ passiġġieri;

sommerġibbli;

vetturi bil-kuxxinett tal-arja;

aliskafi;

vetturi amfibji, jiġifieri vetturi bil-mutur, bir-roti jew bic-ċinga, li kapaċi jaħdmu kemm fuq l-ilma kif ukoll fuq art solida;

(ii)

repliki oriġinali u individwali ta’ magni storiċi ta’ propulsjoni, li huma bbażati fuq disinn li jimur lura għal qabel l-1950, mhux prodotti fis-serje u mgħammra fuq inġenji tal-ilma msemmija fil-punti (v) jew (vii) tal-punt (a);

(iii)

magni ta’ propulsjoni mibnija għall-użu proprju, bil-kundizzjoni li ma jkunux sussegwentement imqiegħda fis-suq tal-Unjoni matul perijodu ta’ ħames snin minn meta l-inġenji tal-ilma jkunu bdew jintużaw;

(c)

fir-rigward tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-ħsejjes imsemmija fil-Parti C tal-Anness I:

(i)

l-inġenji tal-ilma kollha msemmija fil-punt (b),

(ii)

inġenji tal-ilma mibnija għall-użu proprju, dment li ma jitqiegħdux sussegwentement fis-suq tal-Unjoni matul perijodu ta’ ħames snin minn meta l-inġenji tal-ilma jkunu bdew jintużaw.

3.   Il-fatt li l-istess inġenji tal-ilma jistgħu jintużaw ukoll għall-kiri jew għat-taħriġ sportiv u ta’ divertiment ma għandux iżommhom milli jkunu koperti minn din id-Direttiva meta jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni għal finijiet ta’ rikreazzjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“inġenju tal-ilma” tfisser kwalunkwe inġenju għar-rikreazzjoni jew inġenju tal-ilma personali;

(2)

“dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ilma ta’ kwalunkwe tip, esklużi inġenji tal-ilma personali, maħsub għal finijiet ta’ sports u divertiment, li l-buq tiegħu jkun twil bejn 2,5 m u 24 m, irrispettivament mill-mezzi ta’ propulsjoni;

(3)

“inġenju tal-ilma personali” tfisser inġenju tal-ilma maħsub għal finijiet ta’ sports u divertiment li t-tul tal-buq tiegħu jkun inqas minn 4 m li juża magna ta’ propulsjoni li għandha pompa bil-ġett tal-ilma bħala s-sors primarju ta’ propulsjoni tagħha u maħsub biex jitħaddem minn persuna jew persuni bilqiegħda, bilwieqfa jew għarkopptejhom fuq il-buq, minflok ġewwa fih;

(4)

“inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali” tfisser inġenju tal-ilma mibni b’mod predominanti mill-utent futur tiegħu għall-użu proprju tiegħu;

(5)

“magna ta’ propulsjoni” tfisser kwalunkwe magna ta’ kombustjoni interna, li tistartja bl-ispark jew bil-kompressjoni, użata direttament jew indirettament għal finijiet ta’ propulsjoni;

(6)

“modifika kbira tal-magna“ tfisser il-modifika ta’ magna ta’ propulsjoni li tista’ potenzjalment twassal biex il-magna taqbeż il-limiti ta’ emissjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I jew iżżid is-saħħa nominali b’aktar minn 15 %;

(7)

“konverżjoni kbira tal-inġenju tal-ilma” tfisser konverżjoni ta’ inġenju tal-ilma li tbiddel il-mezz ta’ propulsjoni tal-inġenju tal-ilma, tinvolvi modifika kbira tal-magna, jew tbiddel l-inġenju tal-ilma sa tali punt li ma jkunx jista’ jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli tas-sikurezza u tal-ambjent li huma stipulati f’din id-Direttiva;

(8)

“mezz ta’ propulsjoni” tfisser il-metodu li bih jitmexxa l-inġenju tal-ilma;

(9)

“familja tal-magna” tfisser ir-raggruppament tal-magni mill-manifattur, li, permezz tad-disinn tagħhom, ikollhom karatteristiċi simili ta’ emissjonijiet tal-egżost jew tal-ħsejjes;

(10)

“tul tal-buq” tfisser it-tul tal-buq imkejjel skont l-istandard armonizzat,

(11)

“isir disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk bla ħlas;

(12)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(13)

“it-tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu ta’ prodott kopert minn din id-Direttiva fl-Unjoni mill-utent aħħari tiegħu;

(14)

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha tali prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha;

(15)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub mill-manifattur biex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifiċi;

(16)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(17)

“importatur privat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li matul attività mhux kummerċjali, timporta fl-Unjoni prodott minn pajjiż terz, bil-ħsieb li tqiegħdu fis-servizz għall-użu tagħha stess;

(18)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, li mhijiex il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq;

(19)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(20)

“standard armonizzat” tfisser standtard armonizzat kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012,

(21)

“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(22)

“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(23)

“valutazzjoni ta’ konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva marbuta ma’ prodott ikunux ġew sodisfatti;

(24)

“korp tal-valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inklużi l-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;

(25)

“teħid lura” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(26)

“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(27)

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u li dawn ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku;

(28)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

(29)

“leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti.

Artikolu 4

Rekwiżiti essenzjali

1.   Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) jistgħu biss isiru disponibbli jew jitqiegħdu fis-servizz biss jekk ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent meta jinżammu b’mod korrett u jintużaw f’konformità mal-fini maħsub tagħhom, u biss bil-kondizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) ma jkunux disponibbli fis-suq jew ma jintużawx sakemm ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet nazzjonali dwar in-navigazzjoni

Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi li l-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet dwar in-navigazzjoni f’ċerti ilmijiet bl-għan li jitħarsu l-ambjent, l-istruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, u jiżguraw is-sikurezza tal-passaġġi fuq l-ilma, dment li dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux il-modifika tal-inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġustifikati u proporzjonati.

Artikolu 6

Libertà ta’ moviment

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, it-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom ta’ inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ inġenji tal-ilma parzjalment kompletati fejn il-manifattur jew l-importatur jiddikjara, skont l-Anness III, li dawn huma maħsuba biex jiġu kompletati minn oħrajn.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ komponenti li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, li huma maħsuba biex jiġu inkorporati fl-inġenji tal-ilma, skont id-dikjarazzjoni tal-manifattur jew l-importatur, kif imsemmija fl-Artikolu 15.

4.   L-Istati Membri ma għandhom jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-ebda waħda mill-magni ta’ propulsjoni li ġejjin:

(a)

magni, kemm jekk installati fl-inġenji tal-ilma kemm jekk le, li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva;

(b)

magni installati f’inġenji tal-ilma u tat-tip approvat skont id-Direttiva 97/68/KE li huma konformi mal-istadju III A, l-istadju III B jew l-istadju IV tal-limiti ta’ emissjoni għall-magni CI użati f’applikazzjonijiet oħra għajr il-propulsjoni ta’ bastimenti fuq passaġġi tal-ilma interni, lokomottivi u vaguni tal-ferrovija kif previst fil-punt 4.1.2. tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, skont din id-Direttiva, bl-esklużjoni tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I;

(c)

magni installati f’inġenji tal-ilma u tat-tip approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009, li huma konformi ma’ din id-Direttiva, bl-esklużjoni tar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Barti B tal-Anness I.

Il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw soġġett għall-kondizzjoni li meta magna tiġi adattata għall-installazzjoni f’inġenju tal-ilma, il-persuna li twettaq l-adattament għandha tiżgura li jittieħed kont b’mod sħiħ tad-data u ta’ informazzjoni oħra disponibbli mill-manifattur tal-magna sabiex jiġi żgurat li, meta tiġi installata f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-persuna li tadatta l-magna, dik il-magna ser tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost jew tad-Direttiva 97/68/KE jew tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, kif iddikjarat mill-manifattur tal-magna. Il-persuna li tadatta l-magna għandha tiddikjara, kif imsemmi fl-Artikolu 15, li l-magna tkompli tissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost jew tad-Direttiva 97/68/KE jew tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, kif iddikjarat mill-manifattur tal-magna meta tiġi installata f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni forniti mill-persuna li tadatta l-magna.

5.   F’fieri kummerċjali, wirjiet, dimostrazzjonijiet u avvenimenti oħra simili, l-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1) li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, dment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li dawn il-prodotti ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva u mhumiex ser ikunu disponibbli jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni qabel ma jkunu konformi magħha.

KAPITOLU II

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI U L-IMPORTATURI PRIVATI

Artikolu 7

Obbligi tal-manifatturi

1.   Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti4 stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.

2.   Il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 25 u jwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli, jew jiżguraw li din titwettaq skont l-Artikoli 19 sa 22 u l-Artikolu 24.

Fejn ikun intwera, permezz ta’ dik il-proċedura, li prodott ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15 u jimmarkaw u jwaħħlu l-marka CE, kif stabbilit fl-Artikoli 17 u 18.

3.   Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15, għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ konformi. It-tibdil fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott u t-tibdil fl-istandards armonizzati li b’referenza għalihom il-konformità ta’ prodott tiġi ddikjarata, għandhom jitqiesu b’mod xieraq.

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ prodotti1 disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom fuqhom in-numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew kull element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, jekk id-daqs jew in-natura tal-komponenti ma tagħmilx dan possibbli, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

6.   Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur.

7.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza fil-manwal tas-sid pprovduti b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

8.   Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.   Il-manifatturi għandhom, wara talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 8

Rappreżentanti awtorizzati

1.   Manifattur, permezz ta’ mandat bil-miktub, jista’ jaħtar rappreżentant awtorizzat.

2.   L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

3.   Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat mogħti lilu mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex jagħmel mill-inqas dan li ġej:

(a)

li jżomm kopja tad-dikjarazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15, u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq;

(b)

fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, huwa għandu jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ prodott;

(c)

jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji ppreżentati minn prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 9

Obbligi tal-importaturi

1.   L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni biss dawk il-prodotti li jkunu konformi.

2.   Qabel ma prodott jitqiegħad fis-suq, l-importatur għadu jiżgura li l-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet mill-manifattur. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott ikollu fuqu l-marka CE, kif imsemmi fl-Artikolu 17, u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 15 u l-punt 2.5 tal-Parti A tal-Anness I, il-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I u l-punt 2 tal-Parti C tal-Anness I u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6).

Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jgħarraf lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

3.   L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, fil-każ tal-komponenti, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

4.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza fil-manwal tas-sid pprovduti b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.

6.   Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, l-importaturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji ta’ prodotti li jsiru disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ teħid lura ta’ prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar tali monitoraġġ.

7.   L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

8.   L-importaturi, għal perijodu ta’ 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha.

9.   L-importaturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 10

Obbligi tad-distributuri

1.   Meta jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.   Qabel ma jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu l-marka CE, kif imsemmi fl-Artikolu 17, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 15 u l-punt 2.5 tal-Parti A tal-Anness I, il-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I u l-punt 2 tal-Parti C tal-Anness I kif ukoll minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru li fih il-prodott irid isir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3).

Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, dan ma għandux jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jgħarraf lill-manifattur jew l-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, dwar dan.

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kondizzjonijiet ta’ ħżin jew trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I.

4.   Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli fis-suq għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

5.   Id-distributuri għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdu lil dik l-awtorità, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott. Dawm għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 11

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 7, fejn ikun qiegħed prodott fis-suq taħt ismu jew il-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika prodott li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 12

Obbligi tal-importaturi privati

1.   Jekk il-manifattur ma jissodisfax ir-responsabbiltajiet marbuta mal-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva, qabel ma jqiegħed il-prodott fis-servizz, l-importatur privat għandu jiżgura li dan ġie ddisinjat u manifatturat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Anness I u jwettaq jew jitlob li jitwettqu l-obbligi tal-manifattur stabbiliti fl-Artikolu 7(2), (3), (7) u (9).

2.   Jekk id-dokumentazzjoni teknika rikjesta ma tkunx disponibbli mill-manifattur, l-importatur privat għandu jagħmel mod li titħejja billi tintuża kompetenza esperta adatta.

3.   L-importatur privat għandu jiżgura li l-isem u l-indirizz tal-korp innotifikat li jkun wettaq il-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott ikun immarkat fuq il-prodott.

Artikolu 13

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

1.   L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)

kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott;

(b)

kwalunkwe operatur ekonomiku li huma jkunu fornew bi prodott.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.

2.   L-importaturi privati għandhom, meta rikjesti, jidentifikaw lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-operatur ekonomiku li jkun fornihom bil-prodott.

L-importaturi privati għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal perijodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott.

KAPITOLU III

KONFORMITÀ TAL-PRODOTT

Artikolu 14

Preżunzjoni ta’ konformità

Il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-Anness I.

Artikolu 15

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u dikjarazzjoni skont l-Anness III

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I jew dawk imsemmija fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 6(4) ġew sodisfatti.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell speċifikat fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE kif ukoll fl-Anness V għal din id-Direttiva, u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Din għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu l-prodott ikun disponibbli jew imqiegħed fis-servizz.

3.   Permezz tat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur jew l-importatur privat jew il-persuna li tadatta l-magna li tissemma fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(4) għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott.

4.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fil-paragrafu 3 għandha takkumpanja l-prodotti li ġejjin meta dawn ikunu disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz:

(a)

inġenju tal-ilma;

(b)

komponenti meta jitqiegħdu fis-suq separatament;

(c)

magni ta’ propulsjoni.

5.   Id-dikjarazzjoni mill-manifattur jew l-importatur stabbilita fl-Anness III għall-inġenji tal-ilma parzjalment ikkompletati għandu jkun fiha l-elementi speċifikati f’dak l-Anness u għandha takkumpanja l-inġenji tal-ilma parzjalment ikkompletati. Din għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn il-prodott ikun disponibbli fis-suq tiegħu.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali tal-immarkar CE

Il-marka CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 17

Prodotti soġġetti għall-immarkar CE

1.   Il-prodotti li ġejjin għandu huma soġġetti għall-immarkar CE meta jsiru disponibbli fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz:

(a)

inġenji tal-ilma;

(b)

komponenti;

(c)

magni ta’ propulsjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jassumu li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom il-marka CE jkunu konformi ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 18

Regoli u kondizzjonijiet għat-twaħħil tal-immarkar CE

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal b’mod li tkun tidher, tista’ tinqara u ma titħassarx, mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 17(1). Fil-każ tal-komponenti, fejn dan mhuwiex possibbli jew mhuwiex iġġustifikat minħabba d-daqs jew in-natura ta’ dak il-prodott, din għandha titwaħħal mal-imballaġġ jew mad-dokumenti ta’ akkumpanjament. Fil-każ tal-inġenji tal-ilma, l-immarkar CE għandu jitwaħħal fuq il-plakka tal-bennej tal-inġenju tal-ilma, li titwaħħal separatament min-numru ta’ identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma. Fil-każ ta’ magni ta’ propulsjoni, l-immarkar CE għandu jitwaħħal fuq il-magna.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Il-marka CE u n-numru ta’ identifikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, jistgħu jiġu segwiti minn pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

3.   Taħt il-marka CE għandu jkun hemm in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat, fejn dak il-korp ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni jew fil-valutazzjoni ta’ wara l-bini.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, taħt struzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentattiv awtorizzat tiegħu, jew mill-persuna msemmija fl-Artikolu 19(2), (3) jew (4).

KAPITOLU IV

VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 19

Proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-manifattur għandu japplika l-proċeduri stabbiliti fil-moduli msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22 qabel ma jqiegħed fis-suq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1).

2.   L-importatur privat għandu japplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 qabel ma jqiegħed fis-servizz il-prodott imsemmi fl-Artikolu 2(1) jekk il-manifattur ma jkunx wettaq il-valutazzjoni ta’ konformità għall-prodott ikkonċernat.

3.   Kwalunkwe persuna li tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz magna ta’ propulsjoni jew inġenju tal-ilma wara modifikazzjoni jew konverżjoni kbira tagħhom jew kwalunkwe persuna li tbiddel l-iskop maħsub ta’ inġenju tal-ilma mhux kopert b’din id-Direttiva b’mod li jaqa’ fl-ambitu tagħha, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 qabel ma tqiegħed il-prodott fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz.

4.   Kwalunkwe persuna li tqiegħed fis-suq inġenju tal-ilma mibni għall-użu proprju qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin imsemmi fil-punt (vii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2(2) għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 qabel ma tqiegħed il-prodott fis-suq.

Artikolu 20

Disinn u bini

1.   Fir-rigward tad-disinn u l-bini ta’ dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE li ġejjin:

(a)

Għall-kategoriji ta’ disinn A u B imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I:

(i)

Għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bit-tul tal-buq minn 2,5 m sa inqas minn 12 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

il-Modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ ttestjar b’superviżjoni tal- prodott);

il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F;

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

(ii)

Għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bit-tul tal-buq, minn 12 m sa 24 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F;

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

(b)

Għall-kategorija ta’ disinn C imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I:

(i)

Għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bit-tul tal-buq minn 2,5 m sa inqas minn 12 m kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

fejn ikun hemm konformità mal-istandards armonizzati marbuta mal-punti 3.2 u 3.3 tal-Parti A tal-Anness I: il-Modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni), Modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ ttestjar b’superviżjoni tal-prodott), il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F, il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità) jew il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

fejn ma jkunx hemm konformità mal-istandards armonizzati marbuta mal-punti 3.2 u 3.3 tal-Parti A tal-Anness I: il-Modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ ttestjar b’superviżjoni tal-prodott), il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F, il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità) jew il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

(ii)

Għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bit-tul tal-buq minn 12 m sa 24 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F;

il- Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

il- Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

(c)

Għall-kategorija ta’ disinn D imsemmija fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I:

għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni bit-tul tal-buq minn 2,5 m sa 24 m, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

il-Modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni);

il-Modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ ttestjar b’superviżjoni tal- prodott);

il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F;

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa).

2.   Fir-rigward tad-disinn u l-bini ta’ inġenji tal-ilma personali, għandha tapplika kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

(a)

il-Modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni);

(b)

il-Modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ ttestjar b’superviżjoni tal- prodott);

(c)

il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F;

(d)

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

(e)

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa).

3.   Fir-rigward tad-disinn u l-bini ta’ komponenti, għandha tapplika kwalunkwe waħda mill-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

(a)

il-Modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F;

(b)

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

(c)

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa).

Artikolu 21

Emissjonijiet tal-egżost

Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost, għall-prodotti msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 2(1), il-manifattur tal-magna għandu japplika l-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

(a)

meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

(i)

il-Modulu B (l-eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C, D, E jew F;

(ii)

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

(iii)

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

(b)

meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

(i)

il-Modulu B (l-eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-Modulu C1;

(ii)

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità).

Artikolu 22

Emissjonijiet tal-ħsejjes

1.   Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni mgħammra b’magni ta’ propulsjoni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat jew installazzjonijiet ta’ magni ta’ propulsjoni interni u għal dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni mgħammra b’magni ta’ propulsjoni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat jew b’magni ta’ propulsjoni interni, li huma soġġetti għal konverżjoni kbira tal-inġenju u sussegwentement imqiegħda fis-suq fi żmien ħames snin mill-konverżjoni, il-manifattur għandu japplika l-proċeduri li ġejjin, stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

(a)

meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

(i)

il-Modulu A1 (il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ ttestjar b’superviżjoni tal-prodott);

(ii)

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

(iii)

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

(b)

Meta t-testijiet jitwettqu mingħajr l-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

(c)

Meta għall-valutazzjoni jintużaw in-numru Froude u l-metodu tal-proporzjon tas-saħħa u taċ-ċilindrata, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

(i)

il-Modulu A (kontroll intern tal-produzzjoni);

(ii)

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

(iii)

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa).

2.   Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għall-inġenji tal-ilma personali kif ukoll il-magni ta’ propulsjoni li jitqiegħdu fuq barra tad-dgħajsa u magni ta’ propulsjoni li jinsaqu mill-poppa bl-egżost integrat biex jiġu installati fuq dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, il-manifattur tal-inġenju tal-ilma personali jew tal-magna għandu japplika l-proċeduri li ġejjin stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE:

(a)

Meta t-testijiet jitwettqu bl-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, kwalunkwe wieħed mill-moduli li ġejjin:

(i)

il-Modulu A1 (il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ ttestjar b’superviżjoni tal-prodott);

(ii)

il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità);

(iii)

il-Modulu H (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa);

(b)

Meta t-testijiet jitwettqu mingħajr l-użu tal-istandard armonizzat biex jitkejlu l-ħsejjes, il-Modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità).

Artikolu 23

Valutazzjoni ta’ wara l-bini

Il-valutazzjoni ta’ wara l-bini msemmija fl-Artikolu 19(2), (3) u (4) għandha titwettaq kif stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 24

Rekwiżiti supplimentari

1.   Meta jintuża l-Modulu B tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, l-eżaminazzjoni tat-tip tal-UE għandha titwettaq bil-mod speċifikat fit-tieni inċiż tal-punt 2 ta’ dak il-modulu.

Tip ta’ produzzjoni msemmi fil-Modulu B jista’ jkopri diversi verżjonijiet tal-prodott bil-kondizzjoni li:

(a)

id-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jaffettwawx il-livell ta’ sikurezza u r-rekwiżiti l-oħra rigward il-prestazzjoni tal-prodott; u

(b)

il-verżjonijiet tal-prodott huma msemmija fiċ-ċertifikat tal-eżaminazzjoni tat-tip tal-UE korrispondenti, jekk neċessarju permezz ta’ emendi għaċ-ċertifikat oriġinali.

2.   Meta jintuża l-Modulu A1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-kontrolli tal-prodotti għandhom jitwettqu fuq wieħed jew diversi inġenji tal-ilma, li jirrappreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur u għandhom japplikaw ir-rekwiżiti supplimentari stabbiliti fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva.

3.   Il-possibbiltà li jintużaw korpi interni akkreditati msemmija fil-Moduli A1 u C1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE ma għandhiex tkun applikabbli.

4.   Meta jintuża l-Modulu F tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-proċedura deskritta fl-Anness VII ta’ din id-Direttiva għandha tapplika għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost.

5.   Meta jintuża l-Modulu C tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost ta’ din id-Direttiva u jekk il-manifattur ma jkunx qed jaħdem taħt sistema ta’ kwalità rilevanti kif deskritt fil-Modulu H tal-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, il-korp innotifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq il-kontrolli tal-prodott jew jassigura li dawn jitwettqu f’intervalli mhux regolari determinati minn dak il-korp, sabiex tiġi verifikata l-kwalità tal-kontrolli interni fuq il-prodott. Meta l-livell ta’ kwalità jidher mhux sodisfaċenti jew meta jidher neċessarju li tiġi verifikata l-validità tad-data ppreżentata mill-manifattur, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Anness VIII ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 25

Dokumentazzjoni teknika

1.   Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) għandha tinkludi d-data u d-dettalji rilevanti kollha tal-mezzi użati mill-manifattur biex jiġi żgurat li l-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I. Din għandha, b’mod partikolari, tinkludi d-dokumenti rilevanti fl-Anness IX.

2.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tiżgura li d-disinn, il-bini, l-operazzjoni u l-valutazzjoni tal-konformità jistgħu jinftiehmu b’mod ċar.

KAPITOLU V

NOTIFIKA TAL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 26

Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi awtorizzati li jwettqu kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi, skont din id-Direttiva.

Artikolu 27

Awtoritajiet tan-notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità tan-notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u għall-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati, inkluża l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32.

2.   l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f’konformità miegħu.

3.   Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew b’xi mod ieħor tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità ġuridika u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28. Barra minn hekk, dak il-korp għandu jkollu arranġamenti biex jagħmel tajjeb għar-reponsabbiltajiet li jiġu mill-attivitajiet tiegħu.

4.   L-awtorità tan-notifika għandha tieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 28

Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun stabbilita b’mod li ma jseħħ l-ebda konflitt ta’ interess ma’ korpi tal-valutazzjoni tal-konformità.

2.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u tiffunzjona b’mod li tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.   L-awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni marbuta man-notifika tal-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu wettqu l-valutazzjoni.

4.   L-awtorità tan-notifika ma għandha toffri jew tipprovdi l-ebda attività li titwettaq minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.   L-awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun kisbet.

6.   L-awtorità tan-notifika għandu jkollha numru biżżejjed ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha biex iwettqu l-kompiti tagħha b’mod adegwat.

Artikolu 29

Obbligu ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet tan-notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ ta’ korpi tan-notifika, u dwar kull tibdil fihom.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 30

Rekwiżiti marbuta mal-korpi nnotifikati

1.   Għall-finijiet tan-notifika skont din id-Direttiva, il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.

2.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformitá għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollhom personalità ġuridika.

3.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jivvaluta.

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kull konflitt ta’ interess, jitqies bħala tali korp.

4.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li jinħtieġu għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti għal għanijiet personali.

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn jew il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.   Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tentazzjonijiet, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19 sa 24 u li għalihom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu u kemm jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu in-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li skonthom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri.

Dan għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħra;

(c)

il-proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.   Il-persunal responsabbli mit-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha tal-valutazzjoni tal-konformità li għalih il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità adegwata biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

għarfien u komprensjoni xierqa tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli, tal-leġislazzjoni tal-Unjoni tal-armonizzazzjoni rilevanti u tal-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-evalwazzjonijiet ikunu saru.

8.   L-imparzjalità tal-korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, tal-persunal tal-ogħla livell ta’ amministrazzjoni u tal-evalwazzjoni tagħhom għandha tkun iggarantita.

Ir-remunerazzjoni tal-ogħla livell ta’ amministrazzjoni u tal-persunal tal-valutazzjoni ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.   Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jaraw li tinħarġilhom polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma jeħodhiex l-Istat Membru skont il-liġijiet nazzjonali tiegħu, jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

10.   Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 19 sa 24 jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet proprjetarji għandhom jitħarsu.

11.   Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u fl-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbilit skont l-Artikolu 42, jew jiżguraw li l-persunal ta’ valutazzjoni tagħhom ikun informat dwar dan, u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-deċiżjonijiet amministrattivi u d-dokumenti prodotti bħala riżultat tal-ħidma ta’ dak il-grupp.

Artikolu 31

Preżunzjoni ta’ konformità

Fejn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30 sakemm l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 32

Sussidjarji ta’ u sottokuntrattar ta’ korpi nnotifikati

1.   Meta korp innotifikat jagħti b’sottokuntratt xogħlijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30 u għandhu jinforma lill-awtorità tan-notifiki dwar dan.

2.   Il-korpi nnotifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.   L-attivitajiet jistgħu jiġu mogħtija b’sottokuntratt jew imwettqa minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.   Il-korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tan-notifika d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol imwettaq minnhom skont l-Artikoli 19 sa 24.

Artikolu 33

Applikazzjoni għal notifika

1.   Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jippreżenta applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew prodotti li għalihom dak il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll b’ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, jekk ikun hemm, maħruġ minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni li jafferma li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30.

3.   Jekk il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat ma jkunx jista’ jipprovdi ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, dan għandu jipprovdi lill-awtorità tan-notifika bl-evidenza dokumentata kollha meħtieġa għall-verifika, ir-rikonoxximent u l-monitoraġġ regolari tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30.

Artikolu 34

Proċedura ta’ notifika

1.   L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30.

2.   L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-għodda ta’ notifika elettronika żviluppata u mmexxija mill-Kummissjoni.

3.   In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli tal-valutazzjoni tal-konformità, il-prodott jew prodotti kkonċernati u l-attestament tal-livell ta’ kompetenza.

4.   Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 33(2), l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’evidenza dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kif ukoll l-arranġamenti li saru biex ikun żgurat li dak il-korp ikun monitorjat b’mod regolari u jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30.

5.   Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp tan-notifika biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri l-oħra fi żmien ġimagħtejn min-notifika fejn ikun intuża ċertifikat ta’ akkreditazzjoni jew fi żmien xahrejn min-notifika meta ma tkunx intużat akkreditazzjoni.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati dwar kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 35

Numru ta’ identifikazzjoni u lista ta’ korpi nnotifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil kull korp innotifikat.

Hi għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jassenjaw kodiċi ta’ identifikazzjoni lil korp innotifikat li jkun ġie awtorizzat minn awtorità tan-notifika biex iwettaq il-valutazzjonijiet tal-konformità wara l-bini.

2.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ għall-pubbliku l-lista ta’ korpi nnotifikati skont din id-Direttiva, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni u, jekk applikabbli, kodiċijiet li ġew allokati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ġew notifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 36

Tibdil fin-notifiki

1.   Fejn awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp innotifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30, jew li jkun qed jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Din għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.

2.   Fik-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru notifikanti għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp innotifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li jkunu responsabbli, soġġetti għat-talba tagħhom.

Artikolu 37

Kontestazzjoni tal-kompetenza tal-korpi nnotifikati

1.   Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubji jew fejn jinġiebu dubji għall-attenzjoni tagħha dwar il-kompetenza ta’ korp innotifikat jew dwar l-issoktar tal-konformità ta’ korp innotifikat mar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li huwa soġġett għalihom.

2.   L-Istat Membru tan-notifika għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew il-manutenzjoni tal-kompetenza tal-korp ikkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.   Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp innotifikat ma jissodisfax, jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jitlob lill-Istat Membru tan-notifika biex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifikazzjoni, jekk ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 50(2).

Artikolu 38

Obbligi operattivi tal-korpi nnotifikati

1.   Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità skont il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulati fl-Artikoli 19 sa 24.

2.   Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi u importaturi privati. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jieħdu kont debitu tad-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod huma għandhom, madankollu, jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa biex il-prodott jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

3.   Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 (1) u l-Anness I jew fl-istandards armonizzati korrispondenti ma ġewx sodisfatti mill-manifattur jew l-importatur privat, dan għandu jirrikjedi li l-manifattur jew l-importatur privat jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat ta’ konformità.

4.   Meta, waqt li jkun qiegħed isir monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp innotifikat isib li prodott ma jkunx għadu konformi, dan għandu jirrikjedi li l-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċerifikat jekk ikun meħtieġ.

5.   Fejn ma jittieħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kwalunkwe ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 39

Proċedura ta’ appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati.

Artikolu 40

Obbligi ta’ informazzjoni dwar korpi nnotifikati

1.   Il-korpi nnotifikati għandhom jinformaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a)

kull rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)

kull ċirkustanza li jkollha effett fuq l-ambitu u l-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c)

kull talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(d)

fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li twettqu fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.

2.   Il-korpi nnotifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati skont din id-Direttiva, li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità u jkopru l-istess prodotti, bl-informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbuta mar-riżultati negattivi u, fuq talba, mar-riżultati pożittivi tal-valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 41

Skambji ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għal politika tan-notifiki.

Artikolu 42

Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati skont din id-Direttiva u li dawn jiġu implimentati u jitħaddmu f’forma ta’ grupp jew gruppi settorjali ta’ korpi nnotifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jieħdu sehem fix-xogħol ta’ dak il-grupp jew dawk il-gruppi, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

KAPITOLU VI

SORVELJANZA TAS-SUQ TAL-UNJONI, KONTROLL TAL-PRODOTTI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI U PROĊEDURI TA’ SALVAGWARDJA

Artikolu 43

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti koperti b’din id-Direttiva.

Artikolu 44

Proċedura fir-rigward ta’ prodotti li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.   Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li prodott kopert b’din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, tal-proprjetà jew tal-ambjent, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-prodott ikkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat għandu jikkoopera kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Fil-każ tal-operatur ekonomiku, fejn, matul dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjoni korrettivi adatta biex il-prodott isir konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jiġi irtirat mis-suq jew jittieħed lura f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif jistgħu jippreskrivu.

Fil-każ ta’ importatur privat, fejn, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq ikunu tal-fehma li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, l-importatur privat għandu jiġi informat mingħajr dewmien bl-azzjoni korrettiva adatta li għandha tittieħed biex il-prodott ikun konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex it-tqegħid fis-servizz tal-prodott jiġi sospiż jew biex jiġi sospiż l-użu tal-prodott, b’mod li jkun jaqbel man-natura tar-riskju.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-entità notifikata rilevanti kif meħtieġ.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.

2.   Fejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas tal-konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzzjoni u bl-azzjonijiet li esiġew li jieħu l-operatur ekonomiku rilevanti.

3.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kollha konċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

L-importatur privat għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodott li importa fl-Unjoni għall-użu tiegħu stess.

4.   Fejn l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perijodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw li l-prodott isir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom jew biex il-prodott jiġi irtirat minn dak is-suq jew biex dan jittieħed lura.

Fejn l-importatur privat ma jiħux azzjoni korrettiva adatta, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji adatti kollha biex jipprojbixxu it-tqegħid fis-servizz tal-prodott, jew jipprojbixxu jew jillimitaw l-użu tal-prodott fit-territorju tagħhom.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u l-perijodu tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:

(a)

in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni, il-protezzjoni tal-proprjetà jew l-ambjent stabbiliti f’din id-Direttiva; jew

(b)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 14 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.   L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun beda l-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-prodott konċernat, u, jekk ma jkunx hemm qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.   Fejn, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott konċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Artikolu 45

Proċedura ta’ salvagwardja segwita mill-Unjoni

1.   Fejn, wara li tkun tlestiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 44(3) u (4), isiru oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali ta’ Stat Membru jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura nazzjonali tkun kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat u għandha tagħmel evalwazzjoni tal-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti jew l-importatur privat.

2.   Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott li ma jkunx konformi jiġi irtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont il-każ. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

3.   Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati kif imsemmi fil-punt(b) tal-Artikolu 44(5) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha għandha tapplika l-proċedura tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 46

Nuqqas ta’ konformità formali

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 44, meta Stat Membru jsib waħda minn dawn is-sitwazzjonijet, huwa għandu jesiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat ma jkomplix bin-nuqqas ikkonċernat fir-rigward tal-konformità:

(a)

il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 16, l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18;

(b)

il-marka CE, kif imsemmija fl-Artikolu 17, ma tkunx twaħħlet;

(c)

id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità jew id-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness III ma tkunx tfasslet;

(d)

id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità jew id-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness III ma tkunx tfasslet b’mod korrett;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika jew ma tkunx disponibbli jew inkella ma tkunx kompluta;

(f)

l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 7(6) jew l-Artikolu 9(3) tkun nieqsa, falza jew mhux kompluta;

(g)

kwalukwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 7 jew l-Artikolu 9 ma jkunx ġie ssodisfat.

2.   Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott isir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi irtirat mis-suq, jew fil-każ ta’ prodott importat minn importatur privat għall-użu tiegħu stess, li l-użu tiegħu jkun projbit jew limitat.

KAPITOLU VII

ATTI DDELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Article 47

Setgħa ddelegata

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 48 biex jiġi emendat dan li ġej:

(a)

sabiex jittieħed kont tal-progress tal-għarfien tekniku u l-evidenza xjentifika ġdida:

(i)

il-punti 2.3, 2.4 u 2.5 kif ukoll it-Taqsima 3 tal-Parti B u t-Taqsima 3 tal-Parti C tal-Anness I;

(ii)

l-Annessi VII and IX; u

(b)

l-Anness V sabiex jittieħed kont tal-progress tal-għarfien tekniku, l-adegwatezza li tiġi żgurata konformità ekwivalenti u evidenza xjentifika ġdida.

Artikolu 48

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 47 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi ta’ tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 47 tista’ tiġi rrevokata f’kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni dwar ir-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hi għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 47 għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Artikolu 49

Atti ta’ implimentazzjoni

1.   Sabiex jittieħed kont tal-progress tal-għarfien tekniku u biex jiġi żgurat li din id-Direttiva tiġi applikata b’mod uniformi, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu linji gwida dwar dawn li ġejjin:

(a)

proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 24, b’kont meħud tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti koperti b’din id-Direttiva;

(b)

l-applikazzjoni dettaljata tal-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness I, inkluż linji gwida dwar l-użu tat-terminoloġija tat-temp u l-iskali tal-kejl użati fiha;

(c)

proċeduri dettaljati għall-identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I, inkluż kjarifika tat-terminoloġija, u allokazzjoni u amministrazzjoni tal-kodiċijiet tal-manifattur mogħtija lill-manifatturi stabbiliti barra mill-Unjoni;

(d)

l-informazzjoni fuq il-plakka tal-bennej stabbilita fil-punt 2.2 tal-Parti A tal-Anness I;

(e)

l-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar id-dwal tan-navigazzjoni stabbiliti fil-punt 5.7 tal-Parti A tal-Anness I;

(f)

arranġamenti għall-prevenzjoni tal-iskarika, b’mod partikolari t-tħaddim tat-tankijiet kontenituri, stabbiliti fil-punt 5.8 tal-Parti A tal-Anness I;

(g)

l-installazzjoni u l-ittestjar tal-apparat li jaħdem bil-gass u s-sistemi tal-gass installati b’mod permanenti fuq l-inġenji tal-ilma;

(h)

il-format u l-kontenut tal-manwali tas-sid;

(i)

il-format u l-kontenut tal-kwestjonarju ta’ rappurtar li għandu jintmela mill-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 51.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 50(3).

2.   Għal raġunijiet ta’ urġenza debitament iġġustifikati, meta prodott jippreżenta riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent, fir-rigward tal-punti (a), (b), (e), (f) u (g) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 50(4).

Artikolu 50

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni rigward kwalunkwe materja li fir-rigward tagħha tkun meħtieġa konsultazzjoni mal-esperti settorjali mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew minn kwalunkwe leġislazzjoni oħra tal-Unjoni.

6.   Barra minn hekk, il-Kumitat jista’ jeżamina kwalunkwe materja oħra rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li titqajjem jew mill-president tagħha jew minn rappreżentant ta’ Stat Membru f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tagħha.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI SPEĊIFIĊI

Artikolu 51

Rappurtar

Sat-18 ta’ Jannar 2021 u kull ħames snin wara dik id-data, l-Istati Membri għandhom jimlew kwestjonarju maħruġ mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Sat-18 ta’ Jannar 2022 u kull ħames snin wara dik id-data, b’referenza għat-tweġibiet tal-Istati Membri għall-kwestjonarju msemmi fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni ser tfassal u tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 52

Reviżjoni

Sat-18 ta’ Jannar 2022 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan li ġej:

(a)

il-fattibbiltà teknika biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-magni tal-baħar bi propulsjoni u l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti għal emissjonijiet evaporattivi u sistemi ta’ fjuwils li japplikaw għall-magni u s-sistemi ta’ propulsjoni filwaqt li jittieħed kont tal-kosteffiċjenza tat-teknoloġiji u l-bżonn li jkun hemm qbil dwar valuri globalment armonizzati għas-settur, b’kont meħud ta’ kwalunkwe inizjattiva fis-suq u

(b)

l-impatt fuq l-informazzjoni tal-konsumaturi u fuq il-manifatturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, tal-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma imniżżla fl-Anness I, li huma bbażati fuq ir-reżistenza għall-forza tar-riħ u għal għoli sinifikanti tal-mewġ, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-istandardizzazzjoni internazzjonali. Dak ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk il-kategoriji tad-disinn tal-inġenji tal-ilma jeħtiġux speċifikazzjonijiet jew suddiviżjonijiet addizzjonali, u għandu jissuġġerixxi subkategoriji addizzjonali, kif adatt.

Ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu għandhom, fejn adatt, jiġu akkumpanjati minn proposti leġislattivi.

Artikolu 53

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati.

Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jiżdiedu jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jew l-importatur privat ikun wettaq ksur simili ta’ din id-Direttiva qabel.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANSIZZJONALI

Artikolu 54

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-18 ta’ Jannar 2016 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-18 ta’ Jannar 2016. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 55

Perijodu transizzjonali

1.   L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu d-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ prodotti koperti mid-Direttiva 94/25/KE li huma konformi ma’ dik id-Direttiva u li tqiegħdu fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz qabel it-18 ta’ Jannar 2017.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu d-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ magni SI ta’ propulsjoni ta’ fuq barra b’saħħa ekwivalenti għal jew inqas minn 15-il kW li jikkonformaw mal-limiti ta’ emissjonijiet tal-egżost tal-istadju I stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Parti B tal-Anness I u li ġew manifatturati minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (14) u tqiegħdu fis-suq qabel it-18 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 56

Tħassir

Id-Direttiva 94/25/KE titħassar b’effett mit-18 ta’ Jannar 2016. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 57

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 58

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 30.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ottubru 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013.

(3)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15.

(4)  ĠU L 214, 26.8.2003, p. 18.

(5)  ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

(6)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(7)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(8)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(9)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(10)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

(11)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(12)  ĠU L 11, 15,1,2002, p. 4. (Edizzjoni Speċjali tal-Malti Kapitolu 15, Volum 6 p. 447).

(13)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(14)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.


ANNESS I

REKWIŻITI ESSENZJALI

A.   Rekwiżiti essenzjali għad-disinn u l-bini tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)

1.   KATEGORIJI TAD-DISINN TAL-INĠENJI TAL-ILMA

Kategorija tad-disinn

Forza tar-riħ

(Skala Beaufort)

L-għoli sinifikanti tal-mewġ

(H ⅓, metri)

A

aktar minn 8

aktar minn 4

B

sa u li jinkludi 8

sa u li jinkludi 4

C

sa u li jinkludi 6

sa u li jinkludi 2

D

sa u li jinkludi 4

sa u li jinkludi 0,3

Noti ta’ spjegazzjoni:

A.

Dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni li tingħata l-kategorija tad-disinn A titqies li tkun iddisinjata għall-irjieħ li jistgħu jaqbżu r-riħ forza 8 (skala Beaufort) u għoli sinifikanti tal-mewġ ta’ 4 m u aktar imma esklużi kundizzjonijiet anormali, bħal tempesta, tempesta qawwija, uragan, tromba u kundizzjonijiet tal-baħar estremi jew mewġiet anomali.

B.

Dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni li tingħata l-kategorija tad-disinn B titqies li hija ddisinjata għall-forza tar-riħ sa, u li tinkludi, 8, u għoli sinifikanti tal-mewġ sa, u li jinkludi, 4 m.

C.

Inġenju tal-ilma li jingħata l-kategorija tad-disinn C jitqies li huwa ddisinjat għall-forza tar-riħ sa, u li jinkludi, 6, u għoli sinifikanti tal-mewġ sa, u li jinkludi, 2 m.

D.

Inġenju tal-ilma li jingħata l-kategorija tad-disinn D jitqies li huwa ddisinjat għall-forza tar-riħ sa, u li jinkludi, 4, u għoli sinifikanti tal-mewġ sa, u li jinkludi, 0,3 m, b’mewġ okkażjonali ta’ għoli massimu ta’ 0,5 m.

L-inġenji tal-ilma f’kull kategorija ta’ disinn għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew sabiex jifilħu dawn il-parametri fir-rigward tal-istabbilità, u l-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma, u rekwiżiti essenzjali oħra rilevanti elenkati f’dan l-Anness, u li jkollhom karatteristiċi tajbin tal-immaniġġjar.

2.   REKWIŻITI ĠENERALI

2.1.   Identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma

Kull inġenju tal-ilma għandu jkun immarkat b’numru ta identifikazzjoni li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(1)

il-kodiċi tal-pajjiż tal-manifattur,

(2)

il-kodiċi uniku tal-manifattur assenjat mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru,

(3)

in-numru tas-serje li huwa uniku,

(4)

ix-xahar u sena tal-produzzjoni,

(5)

is-sena tal-mudell.

Ir-rekwiżiti dettaljati għan-numru ta’ identifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu huma stabbiliti fl-istandard armonizzat rilevanti.

2.2.   Il-plakka tal-bennej tal-inġenju tal-ilma

Kull inġeju tal-ilma għandu jġorr plakka mwaħħla b’mod permanenti li titwaħħal separatament min-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma, li tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata, kif ukoll l-indirizz ta’ kuntatt;

(b)

l-immarkar CE kif previst fl-Artikolu 18;

(c)

il-kategorija tad-disinn tal-inġenju tal-ilma skont it-Taqsima 1,

(d)

it-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur derivata mill-punt 3.6 eskluż il-piż tal-kontenuti tat-tankijiet fissi meta jkunu mimlija;

(e)

in-numru ta’ persuni rakkomandat mill-manifattur li għalihom ikun ġie ddisinjat l-inġenju tal-ilma.

Fil-każ ta’ valutazzjoni ta’ wara l-bini, id-dettalji tal-kuntatt u r-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) għandhom jinkludu dawk tal-korp innotifikat li jkun wettaq il-valutazzjoni tal-konformità.

2.3.   Il-protezzjoni mill-waqgħat minn fuq id-dgħajsa fl-ilma u l-mezzi tat-tlugħ lura.

L-inġenju tal-ilma għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jitnaqqsu għal minimu r-riskji li wieħed jaqa’ fl-ilma u biex jiffaċilita t-tlugħ lura. Il-mezzi ta’ tlugħ lura għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuna li tkun fl-ilma mingħajr għajnuna jew ikun jistgħu jintużaw minnha.

2.4.   Il-viżibilità mill-pożizzjoni tas-sewqan prinċipali

Għad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, il-pożizzjoni tas-sewqan prinċipali għandha tagħti lill-operatur, f’kundizzjonijiet tal-użu normali (veloċità u tagħbija), viżibbiltà tajba kullimkien madwaru.

2.5.   Manwal tas-sid

Kull prodott għandhom jingħata manwal tas-sid skont l-Artikolu 7(7) u l-Artikolu 9(4). Dak il-manwal għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-użu sikur tal-prodott filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-istabbiliment, il-manutenzjoni, it-tħaddim regolari, il-prevenzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tar-riskji.

3.   INTEGRITÀ U REKWIŻITI STRUTTURALI

3.1.   Struttura

L-għażla u t-tagħqid u t-taħlit flimkien tal-materjali u l-bini għandhom jiżguraw li l-inġenju tal-ilma jkun b’saħħtu biżżejjed minn kull aspett. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kategorija tad-disinn skont it-Taqsima 1, u lit-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-punt 3.6.

3.2.   L-istabbilità u l-freeboard

L-inġenju tal-ilma għandu jkollu biżżejjed stabbilità freeboard meta tiġi kkunsidrata l-kategorija tad-disinn skont it-Taqsima 1 u t-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-Taqsima 3.6.

3.3.   Il-kapaċità li żżomm f’wiċċ l-ilma u l-flotazzjoni

L-inġenju tal-ilma għandu jinbena b’mod li jiġi żgurat li għandu karatteristiċi tal-kapaċità li jinżamm f’wiċċ l-ilma skont il-kategorija tad-disinn tiegħu f’konformità mat-Taqsima 1., u t-tagħbija massima rrakkomandata mill-manifattur skont il-punt 3.6. Kull dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni li jkollha aktar minn buq wieħed u li għandha t-tendenza li tinqaleb għandu jkollha kapaċità biżżejjed biex tibqa’ fil-wiċċ fil-pożizzjoni maqluba.

L-inġenji tal-ilma ta’ inqas minn sitt metri fit-tul li għandhom it-tendenza li jimtlew bl-ilma meta jintużaw fil-kategorija tad-disinn tagħhom għandhom ikunu pprovduti bil-mezzi xierqa ta’ flotazzjoni meta jkunu mimlijin bl-ilma.

3.4.   Il-fetħiet fil-buq, fil-gverta u fis-soprastruttura

Il-fetħiet fil-buq, fil-gverta(iet) u fis-soprastruttura ma għandhomx itellfu mill-integrità strutturali tal-inġenju tal-ilma jew l-integrità tiegħu kontra l-maltemp meta jingħalaq.

It-twieqi, it-twieqi żgħar tal-ġenb, il-bibien u l-portelli tal-bokkaporti għandhom jifilħu l-pressjoni tal-ilma illi x’aktarx jagħmel magħhom fil-pożizzjoni speċifika tagħhom, kif ukoll piżijiet speċifiċi applikati bil-piż tal-persuni li jimxu fuq il-gverta.

Tagħmir fil-buq iddisinjat sabiex iħalli l-ilma jgħaddi għal ġewwa l-buq jew joħroġ barra mill-buq, taħt il-linja fejn wicc l-ilma jmiss mal-ġenb li jikkorrispondi mat-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont il-punt 3.6, għandu jitwaħħal b’mezzi tal-għeluq illi jkunu aċċessibbli faċilment.

3.5.   Għargħar

L-inġenji tal-ilma kollha għandhom jiġu ddisinjati b’mod li jimminimizza r-riskju tal-għarqa.

Fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-cockpits u x-xaftijiet, li għandhom ikunu jitbattlu waħidhom jew ikollhom mezzi oħra li jżommu l-ilma barra mill-ġewwieni tal-inġenju tal-ilma;

(b)

it-tagħmir tal-ventilazzjoni;

(c)

it-tneħħija tal-ilma permezz ta’ pompi jew mezzi oħra.

3.6.   It-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur

Il-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur (fjuwil, ilma, proviżjonijiet, apparat divers u nies (f’kilogrammi)) li għaliha jkun ġie ddisinjat l-inġenju tal-ilma, għandha tiġi stabbilita skont il-kategorija tad-disinn (Taqsima 1), l-istabbilità u l-freeboard (il-punt 3.2) u l-kapaċità li żżomm f’wiċċ l-ilma u l-flotazzjoni (il-punt 3.3).

3.7.   L-istivar taċ-ċattra tas-salvataġġ

Id-dgħajjes kollha li jintużaw għar-rikreazzjoni tal-kategoriji ta’ disinn A u B, u d-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni tal-kategoriji ta’ disinn C u D itwal minn sitt metri għandu jkollhom wieħed jew aktar postijiet għall-istivar ta’ ċattra tas-salvataġġ (ċattri tas-salvataġġ) kbira biżżejjed biex tesa’ n-numru ta’ persuni rakkomandat mill-manifattur li d-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni jkunu ġew iddisinjati jġġorru. Il-post(ijiet) tal-istivar għandu(hom) jkun(u) dejjem aċċessibbli fil-pront.

3.8.   Ħelsien mill-periklu

Kull dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni li jkollha aktar minn buq wieħed u li jkollha t-tendenza li tinqaleb għandu jkollha mezzi vijabbli ta’ ħelsien mill-periklu jekk tinqaleb. Fejn ikun hemm mezz ta’ ħelsien mill-periklu pprovdut għall-użu fil-pożizzjoni maqluba, dan m’għandux jikkomprometti l-istruttura (punt 3.1), l-istabbiltà (punt 3.2) jew il-kapaċità li d-dgħajsa tibqa’ fil-wiċċ (punt 3.3) kemm jekk id-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni tkun wieqfa jew inkella maqluba.

Kull dgħajsa abitabbli li tintuża għar-rikreazzjoni għandu jkollha mezzi vijabbli ta’ ħelsien mill-periklu fil-każ ta’ nar.

3.9.   L-ankrar, l-irmiġġ u l-irmunkar

Kull inġenju tal-ilma, b’kont meħud tal-kategorija tad-disinn u l-karatteristiċi tiegħu, għandu jkun mgħammar b’wieħed jew aktar punti b’saħħithom jew mezzi oħra li kapaċi jieħdu b’mod sigur il-piż tal-ankrar, tal-irmiġġ u tal-irmunkar.

4.   IL-KARATTERISTIĊI TAL-IMMANIĠĠJAR

Il-manifattur għandu jiżgura li l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-inġenju tal-ilma huma sodisfaċenti bil-magna ta’ propulsjoni l-aktar b’saħħitha li għaliha l-inġenju tal-ilma jkun ġie ddisinjat u mibni. Għall-magni kollha ta’ propulsjoni, is-saħħa tal-magna massima kkalkulata għandha tiġi ddikjarata fil-manwal tas-sid.

5.   REKWIŻITI TAL-INSTALLAZZJONI

5.1.   Il-magni u l-kompartimenti tal-magni

5.1.1.   Il-magna fuq ġewwa

Il-magni kollha mmuntati fuq ġewwa għandhom jitqiegħdu fi spazju magħluq separat mill-kwartieri tan-nies u installati b’mod li jimminimizza r-riskju tal-ħruq jew tat-tifrix tan-nirien kif ukoll perikli minn dħaħen tossiċi, sħana, ħsejjes jew vibrazzjonijiet fil-kwartieri fejn joqgħodu n-nies.

Il-partijiet tal-magna u l-aċċessorji li jeħtieġu spezzjoni frekwenti u/jew servizz sabiex jinzammu f’kundizzjoni tajba u jissewwew fejn hemm bżonn għandhom ikunu aċċessibbli malajr.

Il-materjal tal-iżolazzjoni ġewwa l-kompartimenti tal-magni għandu jkun li ma jiħux in-nar.

5.1.2.   Il-ventilazzjoni

ll-kompartiment tal-magna għandu jkun ivventilat. Id-dħul tal-ilma ġewwa l-kompartiment tal-magna mill- ftuħ għandu jitnaqqas għal minimu.

5.1.3.   Il-partijiet esposti

Sakemm il-magna ma tkunx protetta permezz ta’ għatu jew l-ispazju magħluq tagħha stess, il-partijiet esposti tal-magna li jiċċaqalqu jew li jkunu sħan li jistgħu jikkawżaw dannu personali għandhom jiġu protetti b’mod effettiv.

5.1.4.   L-istartjar ta’ magna ta’ propulsjoni li tkun fuq barra

Kull magna ta’ propulsjoni li tkun fuq barra ffittjata fi kwalunkwe inġenju tal-ilma għandu jkollha apparat li ma jħallix il-magna tiġi startjata meta tkun ingranata, ħlief:

(a)

meta l-magna tipproduċi anqas minn 500 Newton (N) ta’ static thrust;

(b)

meta l-magna jkollha apparat li jillimita l-ftuħ tal-valvola li tikkontrolla l-ammont ta’ fjuwil li jidħol fil-magna sabiex jillimita l-imbottatura għal 500 N xħin il-magna tiġi mqabbda.

5.1.5.   Inġenji tal-ilma personali li joperaw mingħajr sewwieq

L-inġenji tal-ilma personali għandhom ikunu ddisinjati jew bi qtugħ awtomatiku tal-magna ta’ propulsjoni jew b’apparat awtomatiku li jipprovdi moviment ċirkolari ‘il quddiem b’veloċità mnaqqsa, meta s-sewwieq jinżel deliberatament jew jaqa’ l-baħar.

5.1.6.   Il-magni ta’ propulsjoni fuq barra kkontrollati permezz tal-laċċ tat-tmun għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir li jitfi l-magna f’emerġenza li jkun kollegat mat-tmunier.

5.2.   Sistema tal-fjuwil:

5.2.1.   Kummenti ġenerali

L-arranġamenti u l-installazzjonijiet għall-mili, il-ħażna, il-ventilazzjoni u l-provvista tal-fjuwil għandhom ikunu ddisinjati u installati b’mod li jimminimizza r-riskju ta’ ħruq u splużjoni.

5.2.2.   Tankijiet tal-fjuwil

Tankijiet tal-fjuwil, linji u manek għandhom jintrabtu u jiġu sseparati jew protetti minn kwalunkwe fonti ta’ sħana sinifikanti. Il-materjal li t-tankijiet huma magħmulin minnu u l-metodu tagħhom ta’ bini għandu jkun skont il-kapaċità tagħhom u t-tip ta’ fjuwil.

L-ispazji tat-tankijiet tal-fjuwil għandhom ikunu ventilati.58

It-tankijiet tal-fjuwil li jieħdu l-petrol ma għandhomx ikunu parti mill-buq u għandhom:

(a)

ikunu protetti kontra n-nar minn kwalunkwe magna u minn kull fonti oħra ta’ injezzjoni;

(b)

ikunu separati mill-kwartieri li fihom joqgħodu n-nies.

It-tankijiet tal-fjuwil li jieħdu d-diżil jistgħu jkunu parti mill-buq.

5.3.   Sistema elettrika

Is-sistemi tal-elettriku għandhom ikunu ddisinjati u installati b’mod li jiżguraw l-operazzjoni kif suppost tal-inġenju tal-ilma taħt kundizzjonijiet normali tal-użu u għandhom jimminimizzaw ir-riskju ta’ ħruq jew xokk elettriku.

Iċ-ċirkwiti elettriċi kollha, ħlief iċ-ċirkwiti li jqabbdu l-magna fornuti minn batteriji, għandhom jibqgħu siguri meta esposti għal tagħbija żejda.

Iċ-ċirkuwiti ta’ propulsjoni elettriċi m’għandhomx jinteraġixxu ma’ ċirkwiti oħrajn b’mod li jonqsu milli joperaw kif maħsub.

Għandu jkun hemm ventilazzjoni sabiex ma jakkumulawx il-gassijiet li jistgħu jisplodu, li jistgħu joħorġu mill batteriji. Il-batteriji għandhom ikunu mwaħħla sod u protetti mid-dħul tal-ilma.

5.4.   Sistema tal-iggwidar

5.4.1.   Kummenti ġenerali

Is-sistemi tal-iggwidar u tal-propulsjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u installati b’mod li jippermettu t-trasmissjoni tat-tagħbija tal-iggwidar taħt kundizzjonijiet tal-operazzjoni prevedibbli.

5.4.2.   L-arranġamenti tal-emerġenza

Kull dgħajsa bil-qlugħ li tintuża għar-rikreazzjoni u kull dgħajsa mingħajr qlugħ u b’magna ta’ propulsjoni unika b’sistema ta’ kontroll mill-boghod tat-tmun għandu jkollha mezzi ta’ emerġenza sabiex tiddirieġi d-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni b’inqas rapidità.

5.5.   Is-sistema tal-gass

Is-sistemi tal-gass għall-użu domestiku għandhom ikunu tal-għamla li jiġbdu l-fwar (vapour-withdrawal) u għandhom jiġu ddisinjati u installati b’mod li ma jkunx hemm tnixxija ta’ gass u riskju ta’ splużjoni u li jkunu jistgħu jiġu ttestjati għat-tnixxija. Il-materjali u l-komponenti għandhom ikunu adattati għall-gass speċifiku użat sabiex ikunu jifilħu l-pressjonijiet u l-kundizzjonijiet li jkunu esposti għalihom fl-ambjent marittimu.

Kull apparat li jaħdem bil-gass maħsub mill-manifattur għall-applikazzjoni li għaliha jintuża għandu jkun installat b’dan il-mod f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur. Kull apparat li jaħdem bil-gass għandu jkun provdut b’fergħa separata tas-sistema tad-distribuzzjoni, u kull apparat għandu jkun ikkontrollat b’sistema tal-għeluq separata. Għandu jkun hemm ventilazzjoni biżżejjed sabiex ma jkunx hemm perikli mit-tnixxija tal-gass u mill-prodotti ta’ kombustjoni.

L-inġenji tal-ilma kollha li jkollhom is-sistema tal-gass installata b’mod permanenti għandhom ikollhom spazju magħluq fejn jinżammu ċ-ċilindri tal-gass kollha. L-ispazju għandu jkun separat mill-kwartieri fejn joqgħodu n-nies, għandu jkun aċċessibbli minn barra biss u jkun ivventilat lejn in-naħa ta’ barra sabiex il-gass li jnixxi jista’ jinżel barra mid-dgħajsa.

B’mod partikolari, kwalunkwe sistema tal-gass installata permanentement għandha tiġi ttestjata wara li tiġi installata.

5.6.   Protezzjoni min-nar

5.6.1.   Kummenti ġenerali

It-tip ta’ apparat li jiġi installat u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ilma għandhom jikkunsidraw ir-riskju u t-tifrix tan-nar. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-inħawi madwar l-apparat b’fjamma esposta, lil spazji sħan jew magni u magni awżiljarji, lit-tifwir taż-żejt u l-fjuwils, lil pajpijiet taż-żejt u tal-fjuwils mikxufa u li jitgħadda l-elettriku b’mod partikolari ‘l bogħod minn sorsi tas-sħana u l-partijiet sħan.

5.6.2.   Tagħmir għat-tifi tan-nar

Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni għandhom ikunu forniti b’tagħmir għat-tifi tan-nar xieraq għall-perikolu tan-nar, jew il-pożizzjoni u l-kapaċità ta’ tagħmir għat-tifi tan-nar xieraq għall-perikolu tan-nar għandhom jiġu indikati. L-inġenju ma għandux jitqiegħed fis-servizz sakemm ma jkunx qiegħed fil-post it-tagħmir xieraq għat-tifi tan-nar. Il-kompartamenti tal-magni bil-petrol għandhom jiġu protetti b’sistema għat-tifi tan-nar li tevita l-bżonn li jinfetaħ il-kompartament fil-każ ta’ nar. Fejn ikunu pprovduti, it-teffejja tan-nar li jistgħu jinġarru għandhom ikunu aċċessibbli malajr u wieħed minnhom għandu jkun f’pożizzjoni li jista’ jintlaħaq b’mod faċli mill-pożizzjoni prinċipali tat-tmexxija tad-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni.

5.7.   Id-dwal tan-navigazzjoni, l-għamliet u s-sinjali tal-ħoss

Meta jitwaħħlu dwal tan-navigazzjoni, l-għamliet u s-sinjali tal-ħoss dawn għandhom ikunu konformi mar-Regolamenti COLREG tal-1972 (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Kolliżjonijiet fuq il-Baħar) jew CEVNI (Kodiċi Ewropew għan-Navigazzjonijiet Interni għall-Mogħdiji tal-Ilma Interni) kif xieraq.

5.8.   Il-prevenzjoni tal-iskarika u l-installazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kunsinna fuq l-art tal-iskart

L-inġenji tal-ilma għandhom ikunu mibnija b’mod li ma jkunx hemm ħruġ aċċidentali ta’ sustanzi li jniġġsu (żejt, fjuwil, eċċ.) fil-baħar.

Kwalunkwe tojlit iffitjat f’dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni għandu jkun konness ma’ sistema ta’ tank kontenitur jew sistema għat-trattament tal-ilma.

Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’tankijiet kontenituri installati għandhom ikunu mgħammra b’konnessjoni standard ta’ skarika sabiex il-pajpijiet tal-faċilitajiet ta’ reċezzjoni ikunu jistgħu jitqabbdu mal-linja tal-iskarika tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni.

Barra minn dan, kwalunkwe pajp għaddej mill-buq għal skart uman għandu jkollhu valvoli li huma kapaċi jitqiegħdu fil-pożizzjoni magħluqa. B.

B.   Rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-egżost minn magni ta’ propulsjoni

Il-magni ta’ propulsjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-egżost li huma stabbiliti f’din il-Parti.

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-MAGNA TA’ PROPULSJONI

1.1.

Kull magna għandha tiġi mmarkata b’mod ċar bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-manifatur tal-magna, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz ta’ kuntatt, u fejn japplika, l-isem u l-indirizz ta’ kuntatt tal-persuna li tadatta l-magna

(b)

it-tip ta’ magna, il-familja tal-magna, jekk japplika;

(c)

in-numru tas-serje uniku tal-magna;

(d)

l-immarkar CE, kif previst fl-Artikolu 18.

1.2.

Il-marki msemmijin fil-punt 1.1 għandhom jibqgħu għall-ħajja normali tal-magna u għandhom jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux. Jekk jintużaw tikketti jew pjanċi għandhom jitwaħħlu b’tali mod li t-twaħħil iservi għall-ħajja normali tal-magna, u t-tikketti/l-pjanċi ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jiġu distrutti jew jitħassrilhom il-wiċċ.

1.3.

Il-marki għandhom jitwaħħlu ma’ parti tal-magna neċessarja għall-operazzjoni normali tal-magna u li normalment ma teħtieġx sostituzzjoni tul il-ħajja tal-magna.

1.4.

Il-marki għandhom jitwaħħlu f’post li jkunu viżibbli mill-ewwel wara li l-magna tkun inbniet bil-komponenti kollha neċessarji għall-operazzjoni tal-magna.

2.   REKWIŻITI TAL-EMISSJONIJIET TAL-EGŻOST

Il-magni ta’ propulsjoni għandhom jiġu ddisinjati, jinbnew u jiġu armati sabiex meta jkunu installati b’mod korrett u f’użu normali, l-emissjonijiet ma għandhomx jeċċedu l-valuri limiti miksuba mill-punt 2.1, it-Tabella 1 u l-punt 2.2, it-Tabelli 2 u 3:

2.1.   Valuri li japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 55(2) u t-Tabella 2 tal-punt 2.2

Tabella 1

(g/kWh)

Tip

Monossidu tal-karbonju

Formula

Idrokarboni

Formula

Ossidi tan-nitroġenu

NOx

Materja partikulata

PT

 

A

B

n

A

B

n

 

 

Tqabbid bi spark b’żewġ strowks

150,0

600,0

1,0

30,0

100,0

0,75

10,0

Mhux applikabbli

Tqabbid bi spark b’erba’ strowks

150,0

600,0

1,0

6,0

50,0

0,75

15,0

Mhux applikabbli

Tqabbid bil-kompressjoni

5,0

0

0

1,5

2,0

0,5

9,8

1,0

Fejn A, B u n huma kostanti skont it-Tabella, PN huwa s-saħħa tal-magna kkalkulata f’kW.

2.2.   Valuri li japplikaw mit-18 ta’ Jannar 2016:

Tabella 2

Limiti tal-emissjoni tal-egżost għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni (CI - compression ignition)  (2)

Ċilindrata

SV

(L/cyl)

Saħħa tal-Magna kkalkulata PN

(kW)

Materja partikulata

PT

(g/kWh)

Idrokarboni u Ossidi tan-Nitroġenu

Formula

(g/kWh)

Formula

Formula

Il-valuri msemmijin fit-tabella 1

Formula

 (1)

0,30

4,7

Formula

0,15

5,8

Formula

Formula

0,14

5,8

Formula

0,12

5,8

Formula

0,12

5,8

Formula

0,11

5,8


Tabella 3

Limiti tal-emissjoni tal-egżost għall-magni bi tqabbid bi sparks (SI - spark ignition)

Tip ta’ magna

Saħħa tal-Magna

Kkalkulata PN

(kW)

Monossidu tal-karbonju

CO

(g/kWh)

Idrokarboni u Ossidi tan-Nitroġenu

Formula

(g/kWh)

Magni fuq ġewwa u stern-drive

Formula

75

5

Formula

350

16

Formula

350

22

Magni fuq barra u magni PWC

Formula

Formula

30

Formula

Formula

Formula

Formula

300

Formula

2.3.   Ċikli ta’ prova:

Ċikli ta’ prova u fatturi ta’ ponderazzjoni li għandhom jiġu applikati:

Għandhom jintużaw ir-rekwiżiti li ġejjin tal-istandard tal-ISO 8178-4:2007 b’kont meħud tal-valuri stabbiliti fit-tabella hawn taħt.

Għall-magni CI b’veloċità varjabbli għandu japplika ċ-ċiklu ta’ prova E1 jew E5 jew alternattivament, iktar minn 130 kW, jista’ jiġi applikat ċiklu ta’ prova E3. Għall-magni SI b’veloċità varjabbli għandu japplika ċ-ċiklu ta’ prova E4.

Ċiklu E1, numru tal-Mod

1

2

3

4

5

Veloċità

Veloċità kkalkulata

Veloċità intermedjarja

Baxxa-mhux igranata

Torque, %

100

75

75

50

0

Fattur ta’ ponderanza

0,08

0,11

0,19

0,32

0,3

Veloċità

Veloċità kkalkulata

Veloċità intermedjarja

Baxxa-mhux igranata

Ċiklu E3, numru tal-Mod

1

2

3

4

 

Veloċità, %

100

91

80

63

 

Saħħa, %

100

75

50

25

 

Fattur ta’ ponderanza

0,2

0,5

0,15

0,15

 

Ċiklu E4, numru tal-Mod

1

2

3

4

5

Veloċità, %

100

80

60

40

Mhux igranata

Torque, %

100

71,6

46,5

25,3

0

Fattur ta’ ponderanza

0,06

0,14

0,15

0,25

0,40

Ċiklu E5, numru tal-Mod

1

2

3

4

5

Veloċità, %

100

91

80

63

Mhux igranata

Saħħa, %

100

75

50

25

0

Fattur ta’ ponderanza

0,08

0,13

0,17

0,32

0,3

Il-korpi nnotifikati jistgħu jaċċettaw it-testijiet imwettqin abbażi ta’ ċikli ta’ testijiet oħrajn kif speċifikat fl-istandard armonizzat u kif applikabbli għaċ-ċiklu ta’ rendiment tal-magna.

2.4.   Applikazzjoni tal-familja tal-magna ta’ propulsjoni u l-għażla tal-magna ta’ propulsjoni ewlenija

Il-manifattur tal-magna għandu jkun responsabbli li jiddefinixxi dawk il-magni mill-medda li joffri li għandhom jiġu inklużi f’familja ta’ magni.

Għandha tintgħażel magna ewlenija minn familja tal-magna b’tali mod li l-karatteristiċi tal-emissjonijiet tagħha jkunu rappreżentattivi għall-magni kollha f’din il-familja tal-magna. Il-magna li tinkorpora dawk il-karatteristiċi li huma mistennija li jirriżultaw fl-għola emissjonijiet speċifiċi (espressi fi g/kWh), meta jitkejlu fiċ-ċiklu ta’ prova li japplika, normalment għandhom jintgħażlu bħala l-magna ewlenija tal-familja.

2.5.   Fjuwils ta’ prova

Il-fjuwil ta’ prova li jintuża għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-egżost għandu jissodisfa l-karatteristiċi li ġejjin:

Fjuwils Petrol

Proprjetà

RF-02-99

Mingħajr ċomb

RF-02-03

Mingħajr ċomb

 

min.

mass.

min.

mass.

Numru tar-Riċerka tal-Ottanu (RON)

95

95

Numru tal-Ottan tal-Mutur (MON)

85

85

Densità ta’ 15 °C (kg/m3)

748

762

740

754

It-temperatura inizjali ta’ meta jibda jagħli (°C)

24

40

24

40

Piż skont il-piż tal-kubrit (mg/kg)

100

10

Kontenut taċ-ċomb (mg/l)

5

5

Pressjoni tal-fwar reid (kPa)

56

60

Pressjoni tal-fwar (DVPE) (kPa)

56

60

Fjuwils Diżil

Proprjetà

RF-06-99

RF-06-03

 

min.

mass.

min.

mass.

Numru ċetan

52

54

52

54

Densità ta’ 15 °C (kg/m3)

833

837

833

837

It-temperatura finali ta’ meta jibda jagħli (°C)

370

370

Il-punt ta’ fjammabbiltà (°C)

55

55

Piż skont il-piż tal-kubrit (mg/kg)

Għandu jiġi rrappurtat

300 (50)

10

Piż skont il-piż tal-irmied (%)

Għandu jiġi rrappurtat

0,01

0,01

Il-korpi innotifikati jistgħu jaċċettaw testijiet li jkunu twettqu fuq il-bażi ta’ fjuwils ta’ prova oħrajn kif speċifikat fi standard armonizzat.

3.   IT-TUL TAŻ-ŻMIEN LI JIBQA’ JAĦDEM

Il-manifattur tal-magna għandu jipprovdi l-installazzjoni tal-magna u l-istruzzjonijiet ta’ manutenzjoni, li jekk applikati għandhom ifissru li l-magna f’użu normali tibqa’ tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-punti 2.1 u 2.2 tul il-ħajja normali tal-magna u taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu.

Din l-informazzjoni għandha tinkiseb mill-manifattur tal-magna permezz tal-użu ta’ test preċedenti ta’ reżistenza, ibbażat fuq ċikli normali ta’ operazzjoni, u bil-kalkolu tal-għejja tal-komponent sabiex l-istruzzjonijiet neċessarji ta’ manutenzjoni jistgħu jiġu ppreparati mill-manifattur u joħorġu mal-magni l-ġodda kollha meta jitqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq.

Il-ħajja normali tal-magna hija kif ġej:

(a)

Għall-magni CI: 480 siegħa jew 10 snin ta’ tħaddim, kwalunkwe minn dawn iseħħ l-ewwel;

(b)

Għall-magni SI fuq ġewwa jew stern drive b’egżost integrali jew mingħajru:

(i)

għall-kategorija tal-magni

Formula

: 480 siegħa ta’ tħaddim jew 10 snin, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel;

(ii)

għall-magni fil-kategorija

Formula

: 150 siegħa ta’ tħaddim jew tliet snin, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel,

(iii)

għall-kategorija tal-magni

Formula

: 50 siegħa ta’ tħaddim jew sena, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel;

(c)

magni ta’ inġenji tal-ilma personali: 350 siegħa ta’ tħaddim jew ħames snin, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel;

(d)

magni fuq barra: 350 siegħa ta’ tħaddim jew 10 snin, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel

4.   IL-MANWAL TAS-SID

Kull magna għandha tiġi pprovduta b’manwal tas-sid b’lingwa jew lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u utenti finali oħrajn, kif determinati mill-Istat Membru li fih l-magna għandha titqiegħed fis-suq.

Il-manwal tas-sid għandu:

(a)

jipprovdi istruzzjonijiet għall-installazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni meħtieġa għall-iżgurar tat-tħaddim kif suppost tal-magna sabiex tissodisfa r-rekwiziti tat-Taqsima 3 (Tul taż-żmien li jibqa’ jaħdem);

(b)

jispeċifika s-saħħa tal-magna meta mkejla skont l-istandard armonizzat.

C.   Rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-ħsejjes

Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magni fuq ġewwa jew stern drive mingħajr egżost integrali, inġenji tal-ilma personali u magni fuq barra u magni stern drive b’egżost integrali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali għall-emissjonijiet tal-ħsejjes stabbiliti f’din il-Parti.

1.   LIVELLI TA’ EMISSJONIJIET TAL-ĦSEJJES

1.1.

Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magni fuq ġewwa jew stern drive mingħajr egżost integrali, inġenji tal-ilma personali u magni fuq barra u magni stern drive b’egżost integrali għandhom jiġu ddisinjati, jinbnew u jiġu armati sabiex l-emissjonijiet tal-ħsejjes ma jaqbżux il-valuri limiti fit-tabella li ġejja:

Saħħa tal-Magna Kkalkulata

(magna waħda)

F’kW

Pressjoni Massima tal-Ħoss Livell = LpASmax

F’dB

Formula

67

Formula

72

Formula

75

fejn PN = is-saħħa tal-magna kkalkulata f’kW ta’ magna waħda b’veloċità kkalkulata u LpASmax = il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss f’dB.

Għall-unitajiet ta’ magna doppja u magna multipla tat-tipi kollha ta’ magna tista’ tiġi applikata konċessjoni ta’ 3 dB.

1.2.

Bħala alternattiva għat-testijiet tal-kejl tal-ħoss, id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’konfigurazzjoni ta’ magna fuq ġewwa jew konfigurazzjoni ta’ magna stern drive, mingħajr egżost integrali, għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ħsejjes stabbiliti fil-punt 1.1 jekk għandhom numru Froude ta’ ≤ 1,1 u proporzjon tas-Saħħa meta mqabbla mal-Ispjazzament ta’ ≤ 40 u meta l-magna u s-sistema tal-egżost huma installati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tal-magna.

1.3.

In-“Numru Froude” Fn għandu jiġi kkalkulat billi l-veloċità massima tad-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni V (m/s) tinqasam bl-isquareroot tat-tul tal-linja fejn il-wicc tal-ilma jmiss mad-dgħajsa lwl (m) multipplikat b’kostanti ta’ aċċellerazzjoni ta’ gravità, g, ta’ 9,8 m/s2.

Formula

“Il-proporzjon ta’ Saħħa meta mqabbla mal-Ispjazzament” għandu jiġi kkalkulat billi s-saħħa tal-magna kkalkulata PN (f’kW) tinqasam bl-ispjazzament tad-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni D (f’tunnellati)

Formula

2.   IL-MANWAL TAS-SID

Għad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni b’magna fuq ġewwa jew magni stern drive mingħajr egżost integrali u għall-inġenji tal-ilma personali, il-manwal tas-sid meħtieġ skont il-punt 2.5 tal-Parti A, għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja sabiex id-dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni u s-sistema tal-egżost jinżammu f’kundizzjoni li, sa fejn hi prattikabbli, tiżgura l-konformità mal-valuri limiti speċifikati tal-ħsejjes f’użu normali.

Għall-magni fuq barra u magni stern drive b’egżost integrali, il-manwal tas-sid meħtieġ skont it-Taqsima 4 tal-Parti B għandu jipprovdi l-istruzzjonijiet neċessarji sabiex il-magna tinżamm f’kundizzjoni, li sa fejn hi prattikabbli, tiżgura l-konformità mal-valuri limiti speċifikati tal-isotrbju f’użu normali.

3.   IT-TUL TAŻ-ŻMIEN LI JIBQA’ JAĦDEM

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tul taż-żmien fit-Taqsima 3 tal-Parti B għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-konformità mar-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes stabbiliti fit-Taqsima 1 ta’ din il-parti.


(1)  

+

Alternattivament, il-magni bi tqabbid bil-kompressjoni b’saħħa tal-magna kkalkulata ta’ 37 kW jew aktar u inqas minn 75 kW u b’ċilindrata inqas minn 0,9 L/cyl ma għandhomx jaqbżu l-limitu tal-emissjoni tal-PT ta’ 0,20 g/kWh u limitu tal-emissjoni kkombinata tal-

Formula

ta’ 5,8 g/kWh.

(2)  

++

Kull magna bi tqabbid bil-kompressjoni ma għandhiex taqbeż il-limitu tal-emissjoni tal-Monossidu tal-karbonju (CO) ta’ 5,0 g/kWh.


ANNESS II

KOMPONENTI TAL-INĠENJI TAL-ILMA

(1)

Tagħmir bi protezzjoni kontra t-tqabbid aċċidentali għall-magni fuq ġewwa u l-magni stern drive u l-ispazji għat-tank tal-petrol;

(2)

Apparat li jevita li l-magni fuq barra jitqabbdu meta jkunu ingranati;

(3)

Roti tat-tmun, mekkaniżmi tat-tmun u immuntar tal-kejbils;

(4)

Tankijiet tal-fjuwil maħsuba għall-installazzjonijiet fissi u manek tal-fjuwil;

(5)

Sportelli fabbrikati minn qabel u dwal għall-ġenb tad-dgħajsa (port lights).


ANNESS III

DIKJARAZZJONI TAL-MANIFATTUR JEW L-IMPORTATUR TAL-INĠENJU TAL-ILMA PARZJALMENT LEST (ARTIKOLU 6(2))

Id-dikjarazzjoni mill-manifattur jew l-importatur stabbilit fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

(b)

l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur stabbilit fl-Unjoni jew, jekk xieraq, tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq;

(c)

deskrizzjoni tal-inġenju tal-ilma parzjalment lest;

(d)

dikjarazzjoni li l-inġenju tal-ilma parzalment lest jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali li japplikaw f’dan l-istadju ta’ bini; din għandha tinkludi referenzi għall-istandards rilevanti armonizzati użati, jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet li fir-rigward tagħhom hija dikjarata l-konformità f’dan l-istadju ta’ bini; barra minn hekk, din hija maħsuba biex tiġi kompluta minn persuni legali jew fiżiċi oħra b’konformità sħiħa ma’ din id-Direttiva.


ANNESS IV

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ TAL-UE Nru xxxxx  (1)

1.

Nru xxxxx (Prodott: prodott, lott, tip, jew numru tas-serje):

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu [Ir-rappreżentant awtorizzat għandu wkoll jagħti l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur] jew l-importatur privat.

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur jew l-importatur privat jew il-persuna msemmija fl-Artikolu 19(3) jew (4) tad-Direttiva 2013/53/UE.

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabbiltà. Tista’ tinkludi ritratt, fejn meħtieġ):

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritt fil-punt 4 huwa konformi mal-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni:

6.

Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti li ntużaw, jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħrajn li skonthom qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Fejn applikabbli, il-korp innotifikat … (isem, numru) wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.

L-identifikazzjoni tal-persuna mogħtija s-setgħa tiffirma f’isem il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

9.

Informazzjoni addizzjonali:

 

Id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità għandha tinkludi dikjarazzjoni mill-manifattur tal-magna ta’ propulsjoni u dik tal-persuna li tadatta l-magna f’konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6 (4) li:

(a)

meta tiġi installata f’inġenju tal-ilma, f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni li jakkumpanjaw il-magna, il-magna ser tissodisfa:

(i)

ir-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost ta’ din id-Direttiva;

(ii)

il-limiti tad-Direttiva 97/68/KE rigward magni tat-tip approvat f’konformità mad-Direttiva 97/68/KE li huma konformi mal-limiti tal-emissjonijiet tal-istadju III A, l-istadju III B jew l-istadju IV għall-magni CI użati f’applikazzjonijiet oħra għajr il-propulsjoni ta’ bastimenti tal-passaġġ fuq l-ilma intern, lokomottivi u vaguni tal-ferrovija, kif previst fil-punt 4.1.2. tal-Anness I għal dik id-Direttiva; jew

(iii)

il-limiti tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 rigward magni tat-tip approvat f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

 

Il-magna ma tistax titqiegħed fis-servizz sakemm l-inġenju tal-ilma li fih għandha tiġi installata jiġi ddikjarat li huwa konformi, jekk meħtieġ, mad-dispożizzjoni rilevanti ta’ din id-Direttiva.

 

Jekk il-magna tqiegħdet fis-suq matul il-perijodu transizzjonali addizzjonali previst fl-Artikolu 55(2), id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità għandha tinkludi indikazzjoni ta’ dan.

 

Iffirmat għal u f’isem:

 

(post u data tal-ħruġ)

 

(isem, kariga) (firma)


(1)  Huwa fakultattiv li tassenja numru lid-dikjarazzjoni tal-konformità.


ANNESS V

KONFORMITÀ EKWIVALENTI BBAŻATA FUQ IL-VALUTAZZJONI TA’ WARA L-BINI (MODULU PCA)

1.   Il-konformità bbażata fuq il-valutazzjoni ta’ wara l-bini hija l-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti ta’ prodott li għalih il-manifattur ma jkunx ħa r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott ma’ din id-Direttiva, u fejn persuna fiżika jew legali msemmija fl-Artikolu 19(2), (3) jew (4), li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah taħt ir-responsabbiltà tagħha, qed tieħu r-responsabbiltà tal-konformità ekwivalenti ta’ dan il-prodott. Din il-persuna għandha tissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2 u 4 u għandha tiżgura u tiddikjara taħt ir-responsabbiltà unika tagħha li l-prodott ikkonċernat, li kien soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3, huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

2.   Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew li qed tibda tużah għandha tressaq applikazzjoni għal valutazzjoni ta’ wara l-bini tal-prodott lil korp innotifikat u għandha tipprovdi id-dokumenti u l-fajl tekniku lill-korp innotifikat biex dan ikun jista’ jivvaluta l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u kull informazzjoni disponibbli dwar l-użu tal-prodott wara l-ewwel użu tiegħu.

Il-persuni li qed tqiegħed tali prodott fis-suq jew tibda tużah għandha żżomm dawn id-dokumenti u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal 10 snin wara li l-prodott ikun ġie vvalutat fuq il-konformità ekwivalenti tiegħu skont il-proċedura tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini.

3.   Il-korp innotifikat għandu jeżamina il-prodott individwali u jwettaq kalkoli, tests u valutazzjonijiet oħrajn, sa fejn ikun meħtieġ biex jiżgura li tintwera l-konformità ekwivalenti tal-prodott mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Il-korp innotifikat għandu jfassal u joħroġ ċertifikat u rapport relatat tal-konformità fir-rigward tal-valutazzjoni mwettqa u għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat u tar-rapport relatat tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara jkun ħareġ dawn id-dokumenti.

Il-korp innotifikat għandu jwaħħal in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu ħdejn il-marka CE fuq il-prodott approvat jew jgħid lil xi ħadd iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Fil-każ li l-prodott ivvalutat ikun inġenju tal-ilma, il-korp innotifikat għandu wkoll jiżgura li xi ħadd iwaħħal, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, in-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma kif imsemmi fil-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I, fejn l-ispazju riżervat għall-kodiċi tal-pajjiż tal-manifattur għandu jintuża biex wieħed jindika l-pajjiż ta’ stabbiliment tal-korp innotifikat u l-ispazji riżervati għall-kodiċi uniku tal-manifattur mogħti mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru jintużaw biex wieħed jindika l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini li jkun ġie allokat lill-korp innotifikat, flimkien man-numru tas-serja taċ-ċertifikat tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini. L-ispazji fin-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma għax-xahar u s-sena tal-produzzjoni u għas-sena tal-mudell għandhom jintużaw biex jiġu indikati x-xahar u s-sena tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini.

4.   Il-marka CE u d-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità

4.1.

Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah għandha twaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fit-Taqsima 3, in-numru tal-identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar mal-prodott li għalih il-korp innotifikat ivvaluta u ċċertifika l-konformità ekwivalenti tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva.

4.2.

Il-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew qed tibda tużah għandha tfassal dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità u għandha żżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara d-data li fiha jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-prodott li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità lill-awtoritajiet rilevanti.

4.3.

Fil-każ li l-prodott ivvalutat ikun inġenju tal-ilma, il-persuna li qed tqiegħed l-inġenju tal-ilma fis-suq jew li qed tibda tużah għandha twaħħal il-plakka tal-bennej deskritta fil-punt 2.2 tal-Parti A tal-Anness I fuq l-inġenju tal-ilma, li għandha tinkludi l-kliem “valutazzjoni ta’ wara l-bini”, u n-numru tal-identifikazzjoni tal-inġenju tal-ilma deskritt fil-punt 2.1 tal-Parti A tal-Anness I, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 3.

5.   Il-korp innotifikat għandu jgħarraf lill-persuna li qed tqiegħed il-prodott fis-suq jew li qed tibda tużah bl-obbligi tagħha skont din il-proċedura tal-valutazzjoni ta’ wara l-bini.


ANNESS VI

REKWIŻITI SUPPLIMENTARI META JINTUŻA L-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA FLIMKIEN MA’ TESTIJIET TA’ PRODUZZJONI SORVELJATA STABBILITI FIL-MODULU A1 (L-ARTIKOLU 24(2))

Disinn u bini

Wieħed jew aktar mit-testijiet li ġejjin, kalkolu ekwivalenti jew kontroll għandhom isiru mill-manifattur jew għan-nom tiegħu fuq wieħed jew diversi inġenji tal-ilma li jirrapreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur:

(a)

test tal-istabbiltà skont il-punt 3.2 tal-Parti A tal-Anness I;

(b)

test tal-karatteristiċi tal-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma skont il-punt 3.3 tal-Parti A tal-Anness I.

Emissjonijiet tal-ħsejjes

Għad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni li huma mgħammra b’magni fuq ġewwa jew magni stern drive mingħajr egżost integrali u għall-inġenji tal-ilma personali, it-testijiet tal-emissjonijiet tal-ħoss stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I għandhom jitwettqu fuq wieħed jew diversi inġenji tal-ilma li jirrapreżentaw il-produzzjoni tal-manifattur tal-inġenji tal-ilma minn dan tal-aħħar, jew f’ismu, taħt ir-responsabbiltà ta’ korp innotifikat magħżul mill-manifattur.

Għall-magni fuq barra u l-magni stern drive b’egżost integrali, it-testijiet tal-emissjonijiet tal-ħoss definiti fil-Parti C tal-Anness I għandhom jitwettqu mill-manifattur tal-magna, jew f’ismu, taħt ir-responsabbiltà ta’ korp innotifikat magħżul mill-manifattur fuq magna waħda jew diversi magni ta’ kull familja ta’ magna li tirrappreżenta l-produzzjoni tal-manifattur tal-magna.

Meta aktar minn magna waħda ta’ familja tal-magna tiġi ttestjata, il-metodu statistiku deskritt fl-Anness VII għandu jiġi applikat sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-kampjun.


ANNESS VII

KONFORMITÀ TAL-VALUTAZZJONI TAL-PRODUZZJONI GĦAL EMISSJONIJIET TA’ EGŻOST U ĦSEJJES

1.

Għall-verifika tal-konformità ta’ familja ta’ magna, għandu jittieħed kampjun ta’ magni mis-serje. Il-manifattur għandu jiddeċiedi dwar id-daqs (n) tal-kampjun, bi ftehim mal-korp innotifikat.

2.

Il-medja aritmetika X tar-riżultati miksuba mill-kampjun għandha tiġi kkalkolata għal kull komponent regolat tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-ħsejjes. Il-produzzjoni tas-serja għandha titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti (“deċiżjoni li tkun għaddiet”) jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja:

Formula

S hija d-devjazzjoni standard, fejn:

Formula

X

=

il-medja aritmetika tar-riżultati miksuba mill-kampjun

x

=

ir-riżultati individwali miksuba mill-kampjun

L

=

il-valur limitu xieraq

n

=

l-għadd ta’ magni fil-kampjun

k

=

il-fattur statistiku li jiddependi fuq n (ara t-tabella t’hawn taħt)

n

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

k

0,973

0,613

0,489

0,421

0,376

0,342

0,317

0,296

0,279

0,265

0,253

0,242

0,233

0,224

0,216

0,210

0,203

0,198

Jekk n ≥ 20 għalhekk Formula.


ANNESS VIII

PROĊEDURA SUPPLIMENTARI LI GĦANDHA TIĠI APPLIKATA GĦALL-KONFORMITÀ MAT-TIP IBBAŻATA FUQ IL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI INTERNA (MODULU C)

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 24(5) meta l-livell tal-kwalità jidher li mhuwiex sodisfaċenti, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

Tittieħed magna mis-serja u tiġi soġġetta għat-test deskritt fil-Parti B tal-Anness I. Il-magni ta’ prova għandu jkun sarilhom it-tħaddim tal-bidu (running in), parzjalment jew kompletament, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Jekk l-emssjonijiet speċifiċi tal-egżost tal-magna meħuda mis-serje jaqbżu l-valuri limiti skont il-Parti B tal-Anness I, il-manifattur jista’ jitlob li jsir kejl fuq kampjun ta’ magni meħuda mis-serje u inkluż l-magna meħuda fil-bidu. Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-kampjun tal-magni mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, il-metodu ta’ statistika deskritt fl-Anness VII għandu jiġi applikat.


ANNESS IX

DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 25, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

Deskrizzjoni ġenerali tat-tip;

(b)

Disinn kunċettwali u disinni tal-manifattura u skemi tal-komponenti, sottomontaturi, ċirkuwiti, u data rilevanti oħra;

(c)

Deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-ftehim tad-disinni u tal-iskemi msemmija u t-tħaddim tal-prodott;

(d)

Lista tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 14, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali meta l-istandards imsemmija fl-Artikolu 14 ma jkunux ġew applikati;

(e)

Ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li twettqu, u data rilevanti oħra;

(f)

Ir-rapporti tat-testjiet, jew il-kalkoli jiġifieri dwar l-istabbilità skont il-punt 3.2 tal-Parti A tal-Anness I u dwar il-kapaċità li jżommu f’wiċċ l-ilma skont il-punt 3.3 tal-Parti A tal-Anness I;

(g)

Ir-rapporti tat-testijiet dwar l-emissjonijiet tal-egżost li juru l-konformità mat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness I;

(h)

Ir-rapporti tat-testijiet dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes li juru l-konformità mat-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness I.


Top