EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D1359
Decision No 1359/2013/EU of the European Parliament and of the Council of 17 December 2013 amending Directive 2003/87/EC clarifying provisions on the timing of auctions of greenhouse gas allowances Text with EEA relevance
Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 343, 19.12.2013, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003L0087 | Tlestija | artikolu 10.4 L1 |
19.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/1 |
DEĊIŻJONI Nru 1359/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Diċembru 2013
li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ma jispeċifikax kif għandhom jiġu ddistribwiti l-volumi tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati tul il-perjodu ta' negozjar. |
(2) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tas-suq, għandu jiġi ċċarat li, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq, il-Kummissjoni tista' f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadatta l-iskeda tal-irkant skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(3) |
Id-Direttiva 2003/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:
“Meta valutazzjoni tas-setturi industrijali individwali turi li ma jkunux mistennija impatti sinifikanti fuq setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju, il-Kummissjoni tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tadatta l-iskeda għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 biex tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq. Il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel aktar minn adattament wieħed bħal dan, għal għadd massimu ta' 900 miljun kwota.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) ĠU C 11, 15.01.2013, p. 87.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta'Diċembru 2013 [(għadha mhix ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2013.
(3) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.