This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0729
Council Decision 2013/729/CFSP of 9 December 2013 amending Decision 2013/34/CFSP on a European Union military mission to contribute to the training of the Malian Armed Forces (EUTM Mali)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/729/PESK tad- 9 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/729/PESK tad- 9 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)
ĠU L 332, 11.12.2013, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013D0034 | Żieda | artikolu 3 BI | 09/12/2013 |
11.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/729/PESK
tad-9 ta’ Diċembru 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/34/PESK (1) dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali). |
(2) |
Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/87/PESK (2) dwar il-bidu ta' EUTM Mali. |
(3) |
EUTM Mali għandha tiġi pprovduta b'ċellula ta' proġetti għall-immaniġġjar tal-proġetti b'appoġġ tal-objettivi tagħha. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2013/34/PESK għandha tiġi emendata kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2013/34/PESK, l-Artikolu li ġej huwa miżjud:
“Artikolu 3a
Ċellula ta' proġetti
1. EUTM Mali għandu jkollha ċellula ta' proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-Missjoni għandha, kif inhu xieraq, tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi pariri dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-mandat tal-Missjoni u b'appoġġ tal-objettivi tagħha.
2. Soġġett għall-paragrafu 3, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jkun awtorizzat li jfittex rikors għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri jew Stati terzi sabiex jiġu implimentati proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw l-azzjonijiet l-oħra ta' EUTM Mali b'mod konsistenti. F'tali każ, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għandu jikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi biex jiġi ttrattat kwalunkwe ilment minn partijiet terzi rigward danni kkawżati bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.
Taħt l-ebda ċirkostanza l-Unjoni jew ir-RGħ m'għandhom jinżammu responsabbli mill-Istati kontribwenti bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE fl-użu tal-fondi minn dawk l-Istati.
3. Il-KPS għandu jaqbel dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja minn Stati terzi għaċ-ċellula ta' proġetti.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PABEDINSKIENĖ
(1) ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/87/PESK tat-18 ta' Frar 2013 dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta’ Mali (EUTM Mali) (ĠU L 46, 19.2.2013, p. 27).