This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0518
2013/518/EU: Commission Implementing Decision of 21 October 2013 amending Part 1 of Annex E to Council Directive 92/65/EEC as regards the model health certificate for animals from holdings (notified under document C(2013) 6719) Text with EEA relevance
2013/518/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ottubru 2013 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (notifikata bid-dokument C(2013) 6719) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/518/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ottubru 2013 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (notifikata bid-dokument C(2013) 6719) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 281, 23.10.2013, p. 14–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31992L0065 | Sostituzzjoni | anness E P. 1 | 29/12/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32016R0429 | 21/04/2021 |
23.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Ottubru 2013
li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi
(notifikata bid-dokument C(2013) 6719)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/518/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jrid ikun hemm konformità magħhom sabiex il-klieb, il-qtates u l-inmsa jkunu oġġett ta’ kummerċ fl-Unjoni. Dan jistipula, inter alia, li dawn l-annimali għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (2). |
(2) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula inter alia li dawn l-annimali jridu jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni fil-format ta’ passaport skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-mudell għal dak il-passaport huwa stabbilit fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 ta’ 28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti ta’ identifikazzjoni mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, it-twaqqif ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u r-rekwiżiti ta’ format, ta’ tqassim tal-paġna u ta’ lingwa tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(3) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula li l-Istati Membri jistgħu taħt ċerti kondizzjonijiet jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali fit-territorju tagħhom minn Stati Membri oħra ta’ klieb, qtates u inmsa ta’ età żgħira li ma jkunux ġew vaċċinati kontra l-idrofobija, jew li huma vaċċinati iżda jkunu għadhom ma kisbux immunità protettiva kontra din il-marda. Meta jawtorizzaw moviment bħal dan, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku permezz ta’ paġni tal-Internet li magħhom tkun marbuta l-paġna tal-Internet tal-Kummissjoni li tista’ tintuża għal finijiet ta’ kummerċ. |
(4) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE jistipula li l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-mudell fil-Parti 1 tal-Anness E tagħha. |
(5) |
Wara r-revoka tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (4) bir-Regolament (UE) Nru 576/2013, jeħtieġ li jiġi emendat il-mudell ta’ dak iċ-ċertifikat ta’ saħħa sabiex ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jinbidlu bir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 576/2013. |
(6) |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE jqis ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġetti ta’ moviment mhux kummerċjali (5) li jistipula li r-rekwiżiti u l-verifiki stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE japplikaw għal meta iktar minn ħames annimali domestiċi jinġarru minn Stat Membru għall-ieħor jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. |
(7) |
Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 388/2010 ġew riveduti u inklużi fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 388/2010 fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE għandhom għalhekk jitħassru. |
(8) |
Id-Direttiva 92/65/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ taqlib fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa maħruġa skont il-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jiġi awtorizzat matul perjodu tranżitorju suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness E tad-Deċiżjoni 92/65/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sad-29 ta’ April 2015, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-kummerċ fil-klieb, il-qtates u l-inmsa minn aġenziji akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2014 skont il-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE fil-verżjoni tagħha ta’ qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-29 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
(3) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109.
(4) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
ANNESS
“Parti 1 — Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ fl-annimali minn azjendi (ungulati, tjur vaċċinati kontra l-influwenza tat-tjur, lagomorfi, klieb, qtates u inmsa) 92/65 EI
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni