Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0445

    2013/445/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Awwissu 2013 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fi ħdan l- Unjoni għall-annimali ovini u kaprini u r-rekwiżiti tas-saħħa li jirrigwardaw il-marda tal-ħakk (scrapie) (notifikata bid-dokument C(2013) 5527) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 233, 31.8.2013, p. 48–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/445/oj

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 233/48


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Awwissu 2013

    li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fi ħdan l- Unjoni għall-annimali ovini u kaprini u r-rekwiżiti tas-saħħa li jirrigwardaw il-marda tal-ħakk (scrapie)

    (notifikata bid-dokument C(2013) 5527)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2013/445/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi ħdan il-Komunità tan-nagħaġ u l-mogħoż (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fi ħdan l-Unjoni. Din tipprovdi, fost l-oħrajn, li waqt it-trasport lejn id-destinazzjoni tagħhom l-annimali ovini u kaprini għandu jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma ma’ mudell I, II, jew III kif stabbilit fl-Anness E tagħha.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs — transmissible spongiform encephalopathies), fl-annimali bovini, ovini u kaprini. L-Anness VII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri għall-kontroll u l-qerda tat-TSEs. Barra minn hekk, il-Kapitolu A tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali ħajjin, semen u embrijuni.

    (3)

    Fid-dawl ta’ evidenza xjentifika ġdida, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 ġie emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 (3). L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jneħħu l-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet fir-rigward tal-marda tal-ħakk atipika. Barra minn hekk, dawn l-emendi jallinjaw iktar ir-regoli marbuta mal-kummerċ fi ħdan l-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini mal-istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), biex b’hekk dawn ikunu jirriflettu approċċ iktar strett.

    (4)

    Għaldaqstant, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa II u III stabbiliti fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE għandhom ikunu emendati biex jirriflettu r-rekwiżiti marbuta mal-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fi ħdan l-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 630/2013.

    (5)

    Barra minn hekk, il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa I, II u III stabbilit fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE għandhom jiġu adattati għall-format stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (4).

    (6)

    Għaldaqstant, id-Direttiva 91/68/KEE għandha tiġi emendata skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Awwissu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ fi ħdan il-Komunità tal-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).


    ANNESS

    “ANNESS E

    MUDELL I

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    MUDELL II

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    MUDELL III

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top