Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0176

2013/176/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ April 2013 li tikkoreġi l-verżjoni Olandiża tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (notifikata bid-dokument C(2013) 1962)

ĠU L 102, 11.4.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/176/oj

11.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ April 2013

li tikkoreġi l-verżjoni Olandiża tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

(notifikata bid-dokument C(2013) 1962)

(2013/176/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Olandiża tad-Direttiva 2000/29/KE kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/36/KE (2) fiha żball. Fil-punt 32.1 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV, il-kliem “met uitzondering van Europese en mediterrane landen” iddaħħlu bi żball u għalhekk għandhom jitħassru. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra ma ġewx affettwati.

(2)

Għalhekk, id-Direttiva 2000/29/KE għandha tiġi kkoreġuta skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tikkonċerna biss il-verżjoni Olandiża.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 116, 3.5.2002, p. 16.


Top