Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0160

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/160/PESK tas- 27 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

ĠU L 90, 28.3.2013, p. 95–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/160(1)/oj

28.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/95


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/160/PESK

tas-27 ta’ Marzu 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1).

(2)

Fit-23 ta' Lulju 2012 u fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill ikkonkluda li referendum kostituzzjonali paċifiku u kredibbli fiż-Żimbabwe jirrappreżenta avveniment sinifikattiv u importanti fit-tħejjija għal elezzjonijiet demokratiċi li jiġġustifika sospensjoni immedjata tal-maġġoranza tal-miżuri restrittivi mmirati kollha li fadal tal-Unjoni kontra individwi u entitajiet.

(3)

Fid-dawl tal-eżitu tar-referendum kostituzzjonali taż-Żimbabwe tas-16 ta' Marzu 2013, il-Kunsill iddeċieda li jissospendi l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi li japplikaw għall-maġġoranza tal-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Is-sospensjoni għandha tkun suġġetta għal reviżjoni mill-Kunsill kull tliet xhur fid-dawl tas-sitwazzjoni fuq il-post.

(4)

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) u (2), sa fejn japplikaw għall-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2014. Is-sospensjoni għandha tiġi riveduta kull tliet xhur”.

2.

L-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.


ANNESS

“ANNESS II

PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10(3)

I.   Persuni

 

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

1.

Abu Basutu, Titus MJ

2.

Buka (a.k.a. Bhuka), Flora

3.

Bvudzijena, Wayne

4.

Charamba, George

5.

Chidarikire, Faber Edmund

6.

Chigwedere, Aeneas Soko

7.

Chihota, Phineas

8.

Chinamasa, Patrick Anthony

9.

Chindori-Chininga, Edward Takaruza

10.

Chinotimba, Joseph

11.

Chipwere, Augustine

12.

Chombo, Ignatius Morgan Chiminya

13.

Dinha, Martin

14.

Goche, Nicholas Tasunungurwa

15.

Gono, Gideon

16.

Gurira, Cephas T.

17.

Gwekwerere, Stephen

18.

Kachepa, Newton

19.

Karakadzai, Mike Tichafa

20.

Kasukuwere, Saviour

21.

Kazangarare, Jawet

22.

Khumalo, Sibangumuzi

23.

Kunonga, Nolbert (a.k.a. Nobert)

24.

Kwainona, Martin

25.

Langa, Andrew

26.

Mabunda, Musarashana

27.

Machaya, Jason (a.k.a. Jaison) Max Kokerai

28.

Made, Joseph Mtakwese

29.

Madzongwe, Edna (a.k.a. Edina)

30.

Maluleke, Titus

31.

Mangwana, Paul Munyaradzi

32.

Marumahoko, Reuben

33.

Masuku, Angeline

34.

Mathema, Cain Ginyilitshe Ndabazekhaya

35.

Mathuthu, Thokozile

36.

Matibiri, Innocent Tonderai

37.

Matiza, Joel Biggie

38.

Matonga, Brighton

39.

Mhandu, Cairo (a.k.a. Kairo)

40.

Mhonda, Fidellis

41.

Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

42.

Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

43.

Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

44.

Moyo, Jonathan

45.

Moyo, Sibusio Bussie

46.

Moyo, Simon Khaya

47.

Mpofu, Obert Moses

48.

Muchena, Henry

49.

Muchena, Olivia Nyembesi (a.k.a. Nyembezi)

50.

Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange

51.

Mudede, Tobaiwa (a.k.a. Tonneth)

52.

Mujuru, Joyce Teurai Ropa

53.

Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku

54.

Murerwa, Herbert Muchemwa

55.

Musariri, Munyaradzi

56.

Mushohwe, Christopher Chindoti

57.

Mutezo, Munacho

58.

Mutinhiri, Ambros (a.k.a. Ambrose)

59.

Mzembi, Walter

60.

Mzilikazi, Morgan S.

61.

Nguni, Sylvester

62.

Nhema, Francis

63.

Nyanhongo, Magadzire Hubert

64.

Nyoni, Sithembiso Gile Glad

65.

Rugeje, Engelbert Abel

66.

Rungani, Victor TC

67.

Sakupwanya, Stanley

68.

Savanhu, Tendai

69.

Sekeramayi, Sydney (a.k.a. Sidney) Tigere

70.

Sekeremayi, Lovemore

71.

Shamu, Webster Kotiwani

72.

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

73.

Shungu, Etherton

74.

Sibanda, Chris

75.

Sibanda, Misheck Julius Mpande

76.

Sigauke, David

77.

Sikosana, Absolom

78.

Tarumbwa, Nathaniel Charles

79.

Tomana, Johannes

80.

Veterai, Edmore

81.

Zimondi, Paradzai


II.   Entitajiet

 

Isem

1.

Cold Comfort Farm Trust Co-operative

2.

Comoil (PVT) Ltd

3.

Famba Safaris

4.

Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd (magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Co., magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Company)

5.

M & S Syndicate (PVT) Ltd

6.

OSLEG Ltd (magħrufa wkoll bħala Operation Sovereign Legitimacy)

7.

Swift Investments (PVT) Ltd

8.

Zidco Holdings (magħrufa wkoll bħala Zidco Holdings (PVT) Ltd)”


Top