This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1213
Commission Implementing Regulation (EU) No 1213/2012 of 17 December 2012 suspending the tariff preferences for certain GSP beneficiary countries in respect of certain GSP sections in accordance with Regulation (EU) No 978/2012 of the European Parliament and of the Council applying a scheme of generalised tariff preferences
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2012 tas- 17 ta’ Diċembru 2012 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta’ ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2012 tas- 17 ta’ Diċembru 2012 li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta’ ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
ĠU L 348, 18.12.2012, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016
18.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 348/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1213/2012
tas-17 ta’ Diċembru 2012
li jissospendi l-preferenzi tariffarji għal ċerti pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ fir-rigward ta’ ċerti sezzjonijiet tal-SPĠ skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-preferenzi tariffarji tal-arranġament ġenerali tal-Iskema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta’ prodotti ta’ sezzjoni tal-SPĠ li joriġinaw f’pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ meta l-valur medju tal-importazzjonijiet mill-Unjoni ta’ dawn il-prodotti fuq tliet snin konsekuttivi minn dak il-pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ jaqbeż il-limiti elenkati fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Qabel l-applikazzjoni tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ sezzjonijiet tal-SPĠ li fil-każ tagħhom ikunu sospiżi l-preferenzi tariffarji fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ ikkonċernati. Il-lista għandha tkun ibbażata fuq id-dejta disponibbli fl-1 ta’ Settembru 2012 u tas-sentejn preċedenti. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista tal-prodotti ta’ sezzjonijiet tal-SPĠ li fil-każ tagħhom huma sospiżi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SPĠ kkonċernati hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.
ANNESS
Il-lista ta’ sezzjonijiet tal-SPĠ li fil-każ tagħhom huma sospiżi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta’ pajjiż benefiċjarju tal-SPĠ kkonċernat.
Kolonna A |
: |
isem il-pajjiż |
Kolonna B |
: |
Sezzjoni tal-SPĠ (l-Artikolu 2(j) tar-Regolament tal-SPĠ) |
Kolonna C |
: |
deskrizzjoni |
A |
B |
C |
Ir-R.P. taċ-Ċina |
S-1a |
Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, eskluż il-ħut |
|
S-1b |
Ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra |
|
S-2b |
Ħaxix, frott u ġewż |
|
S-2c |
Kafè, te, mate u ħwawar |
|
S-2d |
Ċereali, dqiq, żrieragħ u reżini |
|
S-4b |
Ikel ippreparat (eskluż il-laħam u l-ħut), xarbiet, spirti u ħall |
|
S-6a |
Sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi |
|
S-6b |
Sustanzi kimiċi, minbarra dawk organiċi u inorganiċi |
|
S-7a |
Plastiks |
|
S-7b |
Gomma |
|
S-8a |
Ġild oħxon u ġild ieħor mhux ikkunzat, u ġild ikkunzat |
|
S-8b |
Oġġetti tal-ġild ikkunzat u tal-ġild tal-pil |
|
S-9a |
Injam u faħam tal-injam |
|
S-9b |
Sufra, prodotti tat-tiben u materjali oħra għall-immaljar |
|
S-11a |
Tessuti |
|
S-11b |
Oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ |
|
S-12a |
Xedd tas-saqajn |
|
S-12b |
Ilbies għar-ras, umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten, frosti, rix u l-ewwel rix (down) ippreparati |
|
S-13 |
Oġġetti tal-ġebel, prodotti taċ-ċeramika u ħġieġ |
|
S-14 |
Perli u metalli prezzjużi |
|
S-15a |
Alloys tal-ħadid, u oġġetti tal-ħadid u tal-azzar |
|
S-15b |
Metalli komuni (eskluż il-ħadid u l-azzar), oġġetti ta’ metalli komuni (esklużi l-oġġetti tal-ħadid u tal-azzar) |
|
S-16 |
Makkinarju u tagħmir |
|
S-17a |
Vetturi u prodotti tal-ferrovija u tal-linja tat-tramm |
|
S-17b |
Vetturi motorizzati, roti, vetturi tal-ajru, vetturi tal-ispazju, vapuri u dgħajjes |
|
S-18 |
Strumenti ottiċi, arloġġi u arloġġi tal-idejn, strumenti mużikali |
|
S-20 |
Mixxellanji |
il-Kosta Rika |
S-2b |
Ħaxix, frott u ġewż |
l-Ekwador |
S-2a |
Pjanti ħajjin u prodotti mill-florikultura |
|
S-4a |
Preparazzjonijiet ta’ laħam u ta’ ħut |
l-Indja |
S-5 |
Prodotti minerali |
|
S-6a |
Sustanzi kimiċi organiċi u inorganiċi |
|
S-6b |
Sustanzi kimiċi, minbarra dawk organiċi u inorganiċi |
|
S-8a |
Ġild oħxon u ġild ieħor mhux ikkunzat, u ġild ikkunzat |
|
S-11a |
Tessuti |
|
S-17b |
Vetturi motorizzati, roti, vetturi tal-ajru, vetturi tal-ispazju, vapuri u dgħajjes |
l-Indoneżja |
S-1a |
Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, eskluż il-ħut |
|
S-3 |
Żjut tal-annimali jew dawk veġetali, xaħmijiet u xema’ |
|
S-6b |
Sustanzi kimiċi, minbarra dawk organiċi u inorganiċi |
in-Niġerja |
S-8a |
Ġild oħxon u ġild ieħor mhux ikkunzat, u ġild ikkunzat |
l-Ukraina |
S-17a |
Vetturi u prodotti tal-ferrovija u tal-linja tat-tramm |
it-Tajlandja |
S-4a |
Preparazzjonijiet ta’ laħam u ta’ ħut |
|
S-4b |
Ikel ippreparat (eskluż il-laħam u l-ħut), xarbiet, spirti u ħall |
|
S-14 |
Perli u metalli prezzjużi |