This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1085
Commission Implementing Regulation (EU) No 1085/2012 of 20 November 2012 opening the tariff quota for the year 2013 for the importation into the European Union of certain goods originating in Norway resulting from the processing of agricultural products covered by Council Regulation (EC) No 1216/2009
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2012 tal- 20 ta’ Novembru 2012 li jiftaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2013 għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2012 tal- 20 ta’ Novembru 2012 li jiftaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2013 għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009
ĠU L 322, 21.11.2012, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1322
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32011R1304 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013R1322 |
21.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1085/2012
tal-20 ta’ Novembru 2012
li jiftaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2013 għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 2 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jistabbilixxu l-arranġamenti għall-kummerċ ta’ ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti. |
(2) |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 138/2004 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jipprovdi għal dazju ta’ rata żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta’ ilma miżjuda biz-zokkor jew b’materjal ieħor tal-ħlewwa jew għat-togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10. |
(3) |
Id-dazju ta’ rata żero fuq it-tipi ta’ ilma u xarbiet oħra kkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja bil-Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE (7). Skont il-punt IV tal-Minuti Miftehma tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-.kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota ta’ eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonijiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2011 (8) neħħa s-sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju fuq l-importazzjoni fl-Unjoni tat-tipi ta’ ilma u xarbiet ikkonċernati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
(5) |
Jeħtieġ li tinfetaħ il-kwota tariffarja għall-2013 għat-tipi ta’ ilma u xarbiet ikkonċernati. L-aħħar kwota annwali għal dawk il-prodotti nfetħet għall-2011 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2010 (9). Billi ma nfetħet l-ebda kwota annwali għall-2012, il-volum tal-kwota għall-2013 għandu jibqa’ l-istess bħal dak għall-2011. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (10), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa b’dan ir-Regolament għandha titmexxa skont dawn ir-regoli. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-kwota tariffarja tal-Unjoni stipulata fl-Anness hija miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja li huma elenkati f’dan l-Anness skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.
2. Ir-regoli tal-oriġini applikabbli reċiprokament għall-oġġetti elenkati fl-Anness għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.
3. Għal kwantitajiet importati li jaqbżu l-volum tal-kwota, għandu japplika dazju preferenzjali ta’ 0,047 EUR /litru.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha titmexxa mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2011 huwa mħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.
(3) ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.
(4) ĠU L 22, 24.1.2002, p. 37.
(5) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.
(6) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.
(7) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.
(8) ĠU L 330, 14.12.2011, p. 19.
(9) ĠU L 341, 23.12.2010, p. 1.
(10) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
ANNESS
Kwota Tariffarja għall-2013 applikabbli fuq l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja
Nru tal-Ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Volum tal-Kwota Annwali għall-2011 |
Rata ta’ dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota |
Rata ta’ dazju applikabbli ’l fuq mill-volum tal-kwota |
||
09.0709 |
2202 10 00 |
|
17,303 Miljun litru |
Eżenzjoni |
0,047 EUR/litru |
||
ex 2202 90 10 |
|