Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1064

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1064/2012 tat- 13 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' testijiet rapidi Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 314, 14.11.2012, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1064/oj

14.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1064/2012

tat-13 ta’ Novembru 2012

li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta' testijiet rapidi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 u l-frażi introduttorja u l-punt (a) tal-Artikolu 23a tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Ir-Regolament japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li ġejjin mill-annimali u f'ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjonijiet tagħhom.

(2)

Il-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi lista ta' testijiet rapidi approvati għall-monitoraġġ tat-TSEs f'annimali bovini, ovini u kaprini.

(3)

Fit-8 ta' Mejju 2012, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni dwar l-evalwazzjoni tat-testijiet rapidi l-ġodda tat-TSEs imressqin fil-qafas tas-sejħa tal-Kummissjoni għall-espressjoni ta' interess 2007/S204-247339 (2). F'din l-opinjoni l-EFSA rrakkomandat biex it-test Prionics - Check PrioSTRIP SR (protokoll għal qari viżwali) jitqies xieraq għall-approvazzjoni bħala test rapidu biex jiġu identifikati t-TSEs fis-sistema nervuża ċentrali ta' ruminanti żgħar.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li l-listi ta' testijiet rapidi approvati għall-monitoraġġ tat-TSEs f'ruminanti żgħar, stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jiġu emendati skont dan.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-punt 4 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU/S S204, 23.10.2007, 247339-2007-EN.


ANNESS

Il-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X, huwa mibdul b'dan li ġej:

"4.   Testijiet rapidi

Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ ta' BSEs fl-annimali bovini:

it-test tal-immuno-blotting imsejjes fuq il-proċedura Western blotting għall-identifikazzjoni tal-Proteinase K-resistant fragment PrPRes (il-Prionics-Check Western test),

it-test kemiluminexxenti ELISA li jinvolvi proċess ta' estrazzjoni u teknika magħrufa bħala ELISA, li fiha jintuża reaġent kemiluminexxenti msaħħaħ (l-Enfer test u l-Enfer TSE Kit verżjoni 2.0, tħejjija awtomatizzata tal-kampjun),

l-immunoanaliżi bbażata fuq il-mikroplejt għall-identifikazzjoni tal-PrPSc (l-Enfer TSE Verżjoni 3),

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni tal-PrPRes (protokoll għal analiżi qasira) imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE SAP),

l-immunoanaliżi bbażata fuq il-mikroplejt (ELISA) li tidentifika l-Proteinase K-resistant PrPRes b'antikorpi monoklonali (it-test Prionics-Check LIA),

l-immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta' identifikazzjoni dirett kontra reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (l-IDEXX HerdChek BSE Antigen Test Kit, l-EIA & IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, l-EIA),

l-immunoanaliżi bi fluss laterali li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tidentifika frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (il-Prionics Check PrioSTRIP),

l-immunoanaliżi b'żewġ naħat li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti diretti kontra żewġ epitopi preżenti fi stat tassew mhux mitni tal-bovini PrPSc (ir-Roboscreen Beta Prion BSE EIA Test Kit),

l-ELISA sandwich għall-identifikazzjoni tal-PrPSc reżistenti għall-Proteinase K (ir-Roche Applied Science PrionScreen).

Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ ta' TSEs fl-annimali ovini u kaprini:

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta' PrPRes (protokoll għal analiżi qasira) imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE SAP),

l-immunoanaliżi sandwich għall-identifikazzjoni ta' PrPRes bit-TeSeE Sheep/Goat Detection kit imwettqa wara l-istadji ta' denaturazzjoni u konċentrazzjoni bit-TeSeE Sheep/Goat Purification kit (it-test rapidu Bio-Rad TeSeE Sheep/Goat),

l-immunoanaliżi li tuża polimeru kimiku għall-qbid selettiv tal-PrPSc u antikorp monoklonali ta' identifikazzjoni dirett kontra reġjuni konservati tal-molekula tal-PrP (l-IDEXX HerdChek BSE-Scrapie Antigen Test Kit, l-EIA),

l-immunoanaliżi bi fluss mill-ġenb li tuża żewġ antikorpi monoklonali differenti biex tidentifika frazzjonijiet tal-PrP reżistenti għall-Proteinase K (il-Prionics Check PrioSTRIP).

Fit-testijiet rapidi kollha, il-kampjun tat-tessuti li fuqu għandu jiġi applikat it-test għandu jkun konformi mal-istruzzjonijiet għall-użu tal-manifattur.

Il-produtturi tat-testijiet rapidi għandu jkollhom fis-seħħ sistema li tiżgura l-kwalità li tkun ġiet approvata mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea u li tiżgura li l-mod kif isir it-test ma jinbidilx. Il-produtturi għandhom jagħtu l-protokolli tat-test lil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea.

Tibdiliet fit-testijiet rapidi u fil-protokolli tat-testijiet jistgħu jsiru biss wara notifika minn qabel lil-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjoni li l-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea jqis li t-tibdiliet ma jbiddlux is-sensittività, l-ispeċifiċità u l-affidabbiltà tat-test rapidu. Dik is-sejba għandha tiġi kkomunikata lill-Kummisjoni u lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza."


Top