Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0989

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 989/2012 tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3 (4) -beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu u speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna u l-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 297, 26.10.2012, p. 11–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/989/oj

    26.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 297/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 989/2012

    tal-25 ta’ Ottubru 2012

    dwar l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3 (4) -beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu u speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna u l-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu u speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna u l-bajd, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu ta’ dawk l-enzimi kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 (2) u għal għaxar snin għal ħnienes li nfatmu permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2011 (3).

    (5)

    Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) għat-tiġieġ li jbidu u speċijiet minuri tat-tjur għas-simna u l-bajd. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Mejju 2012 (4) li l-użu ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni jista’ jżid b’mod sinifikanti l-massa tal-bajd u jista’ jtejjeb il-proporzjon tal-għalf u l-massa tal-bajd f’tiġieġ li jbidu u speċijiet minuri ta’ tjur għall-bajd u jista’ ttejjeb il-parametri żootekniċi fi speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi kif speċifikat fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, huma awtorizzati bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 299, 14.11.2009, p. 6.

    (3)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 14.

    (4)  EFSA Journal 2012;10(6):2728.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija ta’ annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità

    4a9

    Aveve NV

    Endo-1,4-beta ksilanażi

    EC 3.2.1.8

    Endo-1,3(4)-beta-glukanażi

    EC 3.2.1.6

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) li għandha attività minima ta’: 40 000 XU (1) u 9 000 BGU (2)/g

     

    Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754)

     

    Metodu analitiku  (3)

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv:

    metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni tal-aċtu dinitrosaliċiliku fuq zokkor ta’ riduzzjoni prodott minn azzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi fuq sottostrat li fih il-ksilan;

    metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni ta’ aċtu dinitrosaliċiliku fuq żokkor ta’ riduzzjoni prodott minn azzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glukanażi fuq β-glukan li fih sottostrat.

    Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi fl-għalf

    metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi minn sottostrat ta’ arabinoksilan tal-qamħ u ta’ kulur maqgħuda flimkien.

    metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minna azzjoni ta’ 1,3(4)-beta-glukanażi minn sottostrat ta’ betaglucan tax-xgħir u ta’ kulur maqgħuda flimkien.

    Tiġieġ li jbidu u speċijiet minuri tat-tjur għall-bajd

    4 000  XU

    900 BGU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Għall-użu fl-għalf li fih ħafna lamtu u polisakkardi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glukani u arabinoksilani).

    3.

    Għas-sikurezza: iridu jintużaw protezzjoni għan-nifs, nuċċali u ingwanti waqt l-immaniġġjar

    Il-15 ta’ Novembru 2022

    Speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna

    3 000  XU

    675 BGU


    (1)  1 XU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ksilożi) minn ksilan tal-ħafur fil-minuta b’pH ta’ 4,8 u 50 °C.

    (2)  1 BGU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ċellobjożi) minn ß-glukan tax-xgħir fil-minuta b’pH 5,0 u 50 °C.

    (3)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


    Top