Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0756

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2012 tal- 20 ta’ Awwissu 2012 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 223, 21.8.2012, p. 8–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/756/oj

21.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 223/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 756/2012

tal-20 ta’ Awwissu 2012

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2010 tal-20 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) neħħa l-obbligu li tiġi pprovduta dikjarazzjoni sommarja tal-ħruġ għal merkanzija li tkun fornita bil-ħsieb li tiġi inkorporata bħala partijiet jew aċċessorji għal bastimenti u inġenji tal-ajru, fjuwils għall-muturi, lubrifikanti u gass meħtieġa għat-tħaddim tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru, oġġetti tal-ikel, u affarijiet oħra biex jiġu kkonsmati jew mibjugħa abbord. L-Anness 30a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) għandu għalhekk jiġi emendat.

(2)

Skont l-Anness 30a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, informazzjoni dwar id-destinatarju hija obbligatorja f’dikjarazzjoni sommarja tal-ħruġ. Madankollu, meta l-merkanzija tkun ittrasportata b’polza tat-tagħbija negozjabbli li tkun ‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’ (‘to order blank endorsed’), id-destinatarju ma jkunx magħruf. F’dak il-każ għandu jintuża kodiċi speċifiku biex juri li d-dettalji tad-destinatarju mhumiex magħrufa.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jippreskrivi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fejn għandu x’jaqsam ma’ kummerċ barrani (4) ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u movimenti jew oġġetti speċifiċi (5). Hu għalhekk neċessarju li jiġu adattati l-Annessi 37 u 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (6) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT dovuta meta ssir l-importazzjoni. Waħda mill-kundizzjonijiet hija li fil-mument tal-importazzjoni, l-importatur jrid ikun ipprovda ċerta informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni. Hu għalhekk neċessarju li jiġu adattati l-Annessi 37 u 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 bil-għan li tiġi prevista soluzzjoni armonizzata biex tiġi indikata dik l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni doganali. L-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba mill-Artikolu 143(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi ddikjarat fid-deskrizzjoni tal-Kaxxa 44 fl-Anness 37.

(5)

Minħabba li operazzjoni ta’ transitu Komunitarju tista’ sseħħ f’Andorra u San Marino, għandha tiżdied referenza għal dawk il-pajjiżi mar-referenza għall-pajjiżi tal-EFTA fl-Anness 37 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, sabiex jiġi rifless il-fatt illi l-garanzija jew garanzija rinunzjata jistgħu ma jkunux aktar validi f’wieħed jew aktar mill-pajjiżi tal-EFTA, u lanqas f’Andorra jew f’San Marino.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika dwar il-kummerċ fl-oġġetti mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiżi li mhumiex membri (7) ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (8). Ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 1172/95 fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandha għalhekk tiġi aġġornata.

(7)

Fl-2010 ġiet stabbilita t-tmien verżjoni tar-regoli Incoterms (‘Incoterms 2010’). Il-kodiċijiet Incoterms kif emendati bl-Incoterms 2010 għandhom għalhekk jiġu stipulati fl-Anness 38 sabiex jiġu aġġornati t-termini tal-konsenja.

(8)

L-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fih lista tal-kodiċijiet tal-ippakkjar ibbażata fuq il-lista ta’ Rappreżentazzjonijiet ikkodifikati tat-tip ta’ ismijiet ta’ imballaġġ użati fil-kummerċ internazzjonali stabbiliti fl-Anness V u fl-Anness VI tar-Rakkomandazzjoni Nru 21 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa. Minħabba r-reviżjoni tal-lista tal-kodiċi wara żvilupp teknoloġiku, huwa xieraq li l-lista fl-Anness 38 tinbidel bl-aħħar verżjoni li tirriżulta mir-Reviżjoni 8.1 tar-Rakkomandazzjoni Nru 21.

(9)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (9) jipprovdi li l-oġġetti li fuqhom hija imposta s-sisa jistgħu jiċċirkolaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju fit-territorju doganali tal-Komunità, inkluż fejn il-prodotti jgħaddu minn pajjiż terz jew territorju terz biex jaqsmu mill-post tal-importazzjoni għal kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a) ta’ dik id-Direttiva. Il-kodiċijiet rispettivi fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom għalhekk jiġu adattati biex jirriflettu l-każijiet fejn ma jitħallsu dazji tas-sisa fil-mument tal-importazzjoni.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali (10) ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet mid-dazju doganali (11). Xi referenzi u deskrizzjonijiet tal-kodiċijiet fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom għalhekk jiġu adattati.

(11)

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (12) ġie sostitwit mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessat (13), huwa meħtieġ li tiġi aġġornata r-referenza għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(12)

Huwa meħtieġ li l-lista ta’ merkanzija li tinvolvi riskju ogħla ta’ frodi kif stabbilita fl-Anness 44c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tiġi adattata għan-Nomenklatura Magħquda 2012 stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (14).

(13)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

(14)

Billi r-Regolament (UE) Nru 1006/2011 japplika mill-1 ta’ Jannar 2012, l-emendi għall-Anness 44c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw mill-istess data.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness 30a hu emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness 37 hu emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness 38 hu emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness 44c huwa emendat kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Jannar 2013, ħlief l-Anness IV.

L-Anness IV japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 04 p. 307.

(2)  ĠU L 125, 21.5.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 06 p. 3.

(4)  ĠU L 229, 9.9.2000, p. 14; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 34 p. 84.

(5)  ĠU L 37, 10.2.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 23 p. 61.

(8)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.

(9)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

(10)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 01 p. 41.

(11)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

(12)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(13)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

(14)  ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.


ANNESS I

(imsemmi fl-Artikolu 1(1))

L-Anness 30a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 1 “Noti introduttorji għat-tabelli”, in-nota 4.4 titħassar.

(2)

It-Taqsima 2 “Rekwiżiti għal dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ” hija emendata kif ġej:

(a)

It-titolu tal-punt 2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.2   Kunsinni express — Tabella 2”

(b)

Fit-Tabella 2, it-tielet kolonna “Dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ — provvisti għall-vapuri u l-ajruplani” hija mħassra.

(3)

It-Taqsima 4, Noti ta’ spjegazzjoni dwar l-elementi ta’ informazzjoni, hija emendata kif ġej:

(a)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni dwar l-elementi ta’ informazzjoni, “In-numru tad-dokument tat-trasport”, ir-raba’ paragrafu jitħassar.

(b)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni tal-element tad-dejta “Id-Destinatarju”, il-ħames paragrafu “Dikjarazzjonijiet tal-aħħar fil-qosor” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Dikjarazzjonijiet tal-aħħar fil-qosor: Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 789, din l-informazzjoni tiġi mogħtija meta hi disponibbli. Meta l-merkanzija tkun ittrasportata b’polza tat-tagħbija negozjabbli li tkun ‘to order blank endorsed’ (‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’), id-destinatarju ma jkunx magħruf u minflok id-dettalji tiegħu jitniżżel il-kodiċi fil-Kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni:

Bażi legali

Suġġett

Kaxxa

Kodiċi

Anness 30a

Sitwazzjonijiet li jirrigwardjaw poloz tat-tagħbija negozjabbli li jkunu ‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’, fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet tal-aħħar fil-qosor, fejn id-dettalji tad-destinatarju mhumiex magħrufa.

44

30600 ”

(c)

In-nota ta’ spjegazzjoni dwar l-elementi ta’ informazzjoni “Il-parti li trid tiġi nnotifikata” hija sostitwita b’dan li ġej:

Il-parti li trid tiġi nnotifikata

Il-parti li trid tiġi nnotifikata mad-dħul bil-wasla tal-merkanzija. Din l-informazzjoni trid tingħata fejn tkun disponibbli. Id-dettalji tal-parti li trid tiġi nnotifikata jieħdu l-forma tan-numru tal-EORI tal-parti li trid tiġi nnotifikata, kull meta dan in-numru jkun disponibbli għall-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni fil-qosor.

Id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul: meta l-merkanzija tkun ittrasportata b’polza tat-tagħbija negozjabbli li tkun ‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’, f’liema każ ma jissemmiex id-destinatarju u jiddaħħal il-kodiċi 10600, il-parti li trid tiġi nnotifikata tiġi indikata dejjem.

Id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ: meta l-merkanzija tkun ittrasportata b’polza tat-tagħbija negozjabbli li tkun ‘skont l-ordni, b’ġirata inbjank’, f’liema każ ma jissemmiex id-destinatarju, fl-ispazju mħolli biex jitniżżel id-‘destinatarju’ jiġu indikati dejjem id-dettalji tal-parti li trid tiġi nnotifikata minflok id-dettalji tad-‘destinatarju’. Meta dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jkun fiha d-dettalji għad-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, fil-Kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni konċernata jitniżżel il-kodiċi 30600.”

(d)

Fin-nota ta’ spjegazzjoni dwar l-elementi ta’ informazzjoni “Kodiċi tal-merkanzija”, il-ħames paragrafu li jibda b’Dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ għall-provvisti fuq vapuri u ajruplani huwa mħassar.


ANNESS II

(imsemmi fl-Artikolu 1(2))

L-Anness 37, it-Titolu II, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

Kaxxa 24: Natura tat-tranżazzjoni hi sostitwita b’dan li ġej:

Kaxxa 24:   Natura tat-tranżazzjoni

Bl-użu tal-kodiċi relevanti mill-Anness 38, ikteb it-tip tat-tranżazzjoni kkonċernata.”

(b)

Fil-Kaxxa 44: Informazzjoni addizzjonali/Dokumenti prodotti/Ċertifikati u awtorizzazzjonijiet, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bl-użu tal-kodiċi relevanti tal-Komunità mill-Anness 38, daħħal id-dettalji mitluba minn kwalunkwe regoli speċifiċi applikabbli flimkien mad-dettalji tar-referenza tad-dokumenti ppreżentati bħala appoġġ għad-dikjarazzjoni, inklużi n-numri tas-serje ta’ kwalunkwe kopji ta’ kontroll T5 jew numri ta’ identifikazzjoni.”

(c)

Fil-Kaxxa 52: “Garanzija”, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn garanzija komprensiva, garanzija rinunzjata jew garanzija individwali ma jkunux validi għal wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin, wara ‘mhux valida għal’ żid il-kodiċijiet mill-Anness 38 għall-pajjiż jew pajjiżi kkonċernati:

partijiet kontraenti għall-Konvenzjonijiet fuq proċedura komuni ta’ tranżitu u fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-merkanzija, li mhumiex fl-UE,

Andorra,

San Marino.

Fejn tintuża garanzija individwali fil-forma ta’ depożitu fi flus kontanti jew permezz ta’ kupuni, din tkun valida għall-partijiet kontraenti kollha għall-konvenzjonijiet fuq proċedura komuni ta’ tranżitu u fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-merkanzija.”

(2)

It-Taqsima C hija emendata kif ġej:

(a)

Kaxxa 24: Natura tat-tranżazzjoni hi sostitwita b’dan li ġej:

Kaxxa 24:   Natura tat-tranżazzjoni

Bl-użu tal-kodiċi relevanti mill-Anness 38, ikteb it-tip tat-tranżazzjoni kkonċernata.”

(b)

Kaxxa 44: Informazzjoni addizzjonali/Dokumenti prodotti/Ċertifikati u awtorizzazzjonijiet hija emendata kif ġej:

(i)

L-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Bl-użu tal-kodiċi relevanti mill-Anness 38, daħħal id-dettalji mitluba minn kwalunkwe regoli speċifiċi applikabbli flimkien mad-dettalji tar-referenza tad-dokumenti ppreżentati bħala appoġġ għad-dikjarazzjoni, inklużi n-numri tas-serje ta’ kwalunkwe kopji ta’ kontroll T5 jew numri ta’ identifikazzjoni.”

(ii)

Li ġej jiġi miżjud wara l-aħħar paragrafu:

“Meta l-merkanzija tkun suġġetta għal fornitura li tkun eżentata mill-VAT lejn Stat Membru ieħor, l-informazzjoni mitluba mill-Artikolu 143(2) tad-Direttiva 2006/112/KE tiddaħħal fil-kaxxa 44 u din tkun tinkludi, meta jintalab minn Stat Membru, ix-xhieda li l-merkanzija importata tkuni intenzjonata biex tinġarr jew tintbagħat mill-Istat Membru tal-importazzjoni lejn Stat Membru ieħor.”


ANNESS III

(imsemmi fl-Artikolu 1(3))

L-Anness 38, it-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kaxxa 2: Konsenjat/Esportatur, l-aħħar paragrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Kodiċi tal-pajjiż: il-kodiċijiet alfabetiċi tal-Komunità għall-pajjiżi u t-territorji huma bbażati fuq il-kodiċijiet ISO alpha 2 (a2) kurrenti sa fejn huma kompatibbli mal-kodiċijiet tal-pajjiżi stabbiliti skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (*).

(*)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.”"

(2)

Fil-Kaxxa 20: Termini tal-konsenja, it-tabella tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-ewwel suddiviżjoni

Tifsira

It-tieni suddiviżjoni

Kodiċi Incoterms

Incoterms — ICC/ECE

Il-post irid jiġi speċifikat

Il-kodiċi li normalment japplika għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija

DAF (Incoterms 2000)

Mogħti mal-fruntiera

Post imsemmi

Kodiċijiet applikabbli għall-mezzi kollha tat-trasport

EXW (Incoterms 2010)

Dirett mill-fabbrika

Post imsemmi

FCA (Incoterms 2010)

Trasport bla ħlas

Post imsemmi

CPT (Incoterms 2010)

Trasport imħallas lil

Post tad-destinazzjoni msemmi

CIP (Incoterms 2010)

Trasport u assigurazzjoni mħallsa lil

Post tad-destinazzjoni msemmi

DAT (Incoterms 2010)

Mogħti fit-terminal

It-terminal imsemmi fil-port jew fil-post tad-destinazzjoni

DAP (Incoterms 2010)

Mogħti fil-post

Post tad-destinazzjoni msemmi

DDP (Incoterms 2010)

Mogħti u d-dazju mħallas

Post tad-destinazzjoni msemmi

DDU (Incoterms 2000)

Mogħti u d-dazju mhux imħallas

Post tad-destinazzjoni msemmi

Kodiċijiet li normalment japplikaw għal trasport bil-baħar u fil-kanali interni tat-tbaħħir

FAS (Incoterms 2010)

Frank sal-vapur

Port tat-tagħbija msemmi

FOB (Incoterms 2010)

Frank abbord

Port tat-tagħbija msemmi

CFR (Incoterms 2010)

Kost u nol

Port tad-destinazzjoni msemmi

CIF (Incoterms 2010)

Kost assigurazzjoni u nol

Port tad-destinazzjoni msemmi

DES (Incoterms 2000)

Imwassal ex ship

Port tad-destinazzjoni msemmi

DEQ (Incoterms 2000)

Imwassal sa fuq il-moll

Port tad-destinazzjoni msemmi

XXX

Termini tal-kunsinna għajr dawk imniżżla hawn fuq

Deskrizzjoni narrattiva tat-termini tal-kunsinna mogħtija fil-kuntratt”

(3)

Fil-Kaxxa 24: Natura tat-tranżazzjoni, in-nota hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri li jitolbu dan il-punt ta’ informazzjoni jridu jużaw il-kodiċijiet b’numru singlu mniżżla fil-kolonna A tat-tabella prevista fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 113/2010 (**), u dan in-numru jiddaħħal fin-naħa tax-xellug tal-kaxxa. Jistgħu jipprovdu wkoll għal numru ieħor mil-lista fil-kolonna B ta’ dik it-tabella, li jiddaħħal fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa.

(**)  ĠU L 37, 10.2.2010, p. 1.”"

(4)

Kaxxa 31: Pakketti u deskrizzjoni ta’ oġġetti; Marki u numri — kontejner(s) Nru/i — Numru u tip hija sostitwita b’dan li ġej:

Kaxxa 31:   Pakketti u deskrizzjoni tal-merkanzija; Marki u numri — Nru/i tal-kontejner(s) — Numru u tip

Tip ta’ pakketti

Uża l-kodiċijiet li ġejjin:

(Rakkommandazzjoni UN/ECE Nru 21/Rev. 8.1 tat-12 ta’ Lulju 2010).

KODIĊIJIET TAL-IMBALLAĠĠ

Aerosol

AE

Ampolla, mhux protetta

AM

Ampolla, protetta

AP

Atomizzatur

AT

Borża

BG

Borża, reċipjent flessibbli

FX

Borża, tal-ixkora tal-ġuta

GY

Borża, kbira ħafna

JB

Borża, kbira

ZB

Borża, b’aktar minn saff wieħed

MB

Borża, tal-karta

5M

Borża, tal-karta, b’aktar minn ġenb wieħed

XJ

Borża, tal-karta, b’aktar minn ġenb wieħed, reżistenti għall-ilma

XK

Borża, tal-plastik

EC

Borża, b’film tal-plastik

XD

Borża, polybag

44

Borża, super lott

43

Borża, tat-tessut, li ma tnixxix

XG

Borża, tat-tessut, reżistenti għall-ilma

XH

Borża, tat-tessut, mingħajr kisja/inforra minn ġewwa

XF

Borża, kbira għax-xirja

XF

Borża, kbira għax-xirja

TT

Borża, minsuġa bil-plastik

5H

Borża, tal-plastik minsuġ,ma jnixxix

XB

Borża, tal-plastik minsuġ, reżistenti għall-ilma

XC

Borża, tal-plastik minsuġ, mingħajr kisja/inforra minn ġewwa

XA

Balla, ikkumpressata

BL

Balla, mhux ikkumpressata

BN

Ballun

AL

Bużżieqa, mhux protetta

BF

Bużżieqa, protetta

BP

Virga

BR

Bittija

BA

Bittija, tal-injam

2C

Bittija, tal-injam, bit-tapp

QH

Bittija, tal-injam bl-għatu jinqala’

QJ

Vireg, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

BZ

Friskatur

BM

Basket

BK

Basket, bil-maqbad, tal-kartun

HC

Basket, bil-maqbad, tal-plastik

HA

Basket, bil-maqbad, tal-injam

HB

Ċinturin

B4

Landa

BI

Blokka

OK

Bord

BD

Bord, f’gozz/mazz/marbutin b’ċinturin

BY

Rukkell

BB

Bolt

BT

Flixkun, gass

GB

Flixkun, mhux protett, għamla ta’ basla

BS

Flixkun, mhux protett, ċilindriku

BO

Flixkun, protett, għamla ta’ basla

BV

Flixkun, protett, għamla ta’ basla

BV

Flixkun, protett ċilindriku

BQ

Kaxxa tal-fliexken/xtilliera tal-fliexken

BC

Kaxxa

BX

Kaxxa, aluminju

4B

Kaxxa, Commonwealth Handling Equipment Pool (Ġabra ta’ Apparat ta’ Maniġġ tal-Commonwealth) (CHEP), Eurobox

DH

Kaxxa, fibreboard

4G

Kaxxa, għal likwidi

BW

Kaxxa, injam naturali

4C

Kaxxa, plastik

4H

Kaxxa, plastik, espandut

QR

Kaxxa, plastik, solidu

QS

Kaxxa, plywood

4D

Kaxxa, injam rikostitwit

4F

Kaxxa, azzar

4 A

Kaxxa, tal-injam, injam naturali, ordinarju

QP

Kaxxa, tal-injam, injam naturali, bi ġnub li ma jnixxux

QQ

Barmil

BJ

Oġġetti mhux ippakkjati, gass (f’1 031 mbar u 15 °C)

VG

Oġġetti mhux ippakkjati, gass likwifikat (f’temperatura/pressjoni mhux normali)

VQ

Oġġetti mhux ippakkjati, likwidi

VL

Oġġetti mhux ippakkjati, metall skreppjat

VS

Oġġetti mhux ippakkjati, partikoli solidi, irqaq (“trabijiet”)

VY

Oġġetti mhux ippakkjati, solidi, partikoli granulari (“frak”)

VR

Oġġetti mhux ippakkjati, solidi, partikoli kbar (“noduli”)

VO

Mazz

BH

Sorra

BE

Sorra, tal-injam

8C

Bittija kbira (Butt)

BU

Gaġġa

CG

Gaġġa, Commonwealth Handling Equipment Pool (Ġabra ta’ Apparat ta’ Maniġġ tal-Commonwealth) (CHEP)

DG

Gaġġa, romblu

CW

Landa, ċilindrika

CX

Landa, rettangolari

CA

Landa, b’manku u żennuna

CD

Kaxxetta tal-landa

CI

Kanvas

CZ

Kapsula

AV

Damiġġjana (carboy), mhux protetta,

CO

Damiġġjana, protetta

CP

Kartonċina

CM

Karrettun, ċatt

FW

Kartun

CT

Kartriġġ

CQ

Kaxxetta

CS

Kaxxetta, karozza

7 A

Kaxxetta, isotermika

EI

Kaxxetta, qafas

SK

Kaxxetta, azzar

SS

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit

ED

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, kartun

EF

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, metall

EH

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, plastik

EG

Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, tal-injam

EE

Kaxxetta, tal-injam

7B

Bittija (Cask)

CK

Senduq (Chest)

CH

Żingla

CC

Kaxxa bl-għatu b’ċirniera (clamshell)

AI

Senduq (Coffer)

CF

Tebut

CJ

Kojl

CL

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ

6P

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’ċestun tal-aluminju

YR

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-aluminju

YQ

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’pakkett tal-plastik li jespandi

YY

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-fibra

YW

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’kaxxa tal-fibreboard

YX

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-plywood

YT

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’pakkett tal-plastik solidu

YZ

Imballaġġ kompost, reċipjent f’kaxxa ta’ ċestun tal-azzar

YP

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-azzar

YN

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’ħamper tal-qasab

YV

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’kaxxa tal-injam

YS

Imballaġġ kompost, f’reċipjent tal-plastik

6H

Imballaġġ kompost, f’reċipjent tal-plastik f’ċestun tal-aluminju

YD

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-aluminju

YC

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-fibra

YJ

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-fibreboard

YK

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-plastik

YL

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-plywood

YH

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-plywood

YG

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-plastik solida

YM

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa ta’ ċestun tal-azzar

YB

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-azzar

YA

Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-injam

YF

Kon

AJ

Kontenitur, flessibbli

1F

Kontenitur, ta’ gallun

GL

Kontenitur, tal-metall

ME

Kontejner, mhux speċifikat mod ieħor bħala apparat tat-trasport

CN

Kontejner, estern

OU

Għata

CV

Ċestun

CR

Ċestun, birra

CB

Ċestun, lott, kartun

DK

Ċestun, lott, plastik

DL

Ċestun, lott, tal-injam

DM

Ċestun, bil-qafas

FD

Ċestun, frott

FC

Ċestun, tal-metall

MA

Ċestun, ħalib

MC

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, kartun

DC

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, plastik

DA

Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, tal-injam

DB

Ċestun, baxx

SC

Ċestun, tal-injam

8B

Kavetta

CE

Tazza

CU

Ċilindru

CY

Damiġġjana (Demijohn), mhux protetta

DJ

Damiġġjana (Demijohn), protetta

DP

Dispenser

DN

Drum

DR

Drum, aluminju

1B

Drum, aluminju, bl-għatu ma jinqalax

QC

Drum, aluminju, bl-għatu jinqala’

QD

Drum, fibra

1G

Drum, ħadid

DI

Drum, tal-plastik

IH

Drum, plastik, bl-għatu ma jinqalax

QF

Drum, plastik, bl-għatu jinqala’

QG

Drum, plywood

1D

Drum, azzar

1 A

Drum, azzar, mhux bl-għatu jinqala’

QA

Drum, azzar, bl-għatu jinqala’

QB

Drum, tal-injam

1 W

Envelopp

EN

Envelopp, azzar

SV

Filmpack

FP

Bittija żgħira

FI

Flask

FL

Flexibag

FB

Flexitank

FE

Reċipjent tal-ikel

FT

Reċipjent jissakkar tal-ikel

FO

Frejm

FR

Travu

GI

Travi, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

GZ

Ħamper

HR

Ganċ (hanger)

HN

Bittija kbira tal-birra

HG

Lingotta

IN

Lingotti, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

IZ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi

WA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju

WD

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju, likwidu

WL

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju, taħt pressjoni > 10 kPa

WH

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost

ZS

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, likwidi

ZR

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, taħt pressjoni

ZP

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, solidi

ZM

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, likwidi

ZQ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, taħt pressjoni

ZN

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, solidi

PLN

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, fibreboard

ZT

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, flessibbli

ZU

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall

WF

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, likwidu

WM

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, għajr azzar

ZV

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, pressjoni 10 kpa

WJ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam naturali

ZW

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam naturali, infurrat minn ġewwa

WU

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, karta, b’aktar minn ġenb wieħed

ZA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, karta, b’aktar minn ġenb wieħed, reżistenti għall-ilma

ZC

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, film tal-plastik

WS

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plywood

ZX

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plywood, infurrat minn ġewwa

WY

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam rikostitwit

ZY

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam rikostitwit, infurat minn ġewwa

WZ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu

AA

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, likwidi

ZK

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, taħt pressjoni

ZH

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, solidu

ZF

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, likwidi

ZJ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, taħt pressjoni

ZG

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, solidi

ZD

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar

WC

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar, likwidu

WK

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar, taħt pressjoni > 10 kpa

WG

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut mingħajr kisja/inforra

WT

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, miksi

WV

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, miksi u infurrat

WX

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, infurrat

WW

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, miksi

WP

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, miksi u infurrat

WR

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, b’inforra

WQ

Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, mingħajr kisja/inforra

WN

Vażett

JR

Jerrycan, ċilindrika

JY

Jerrycan, plastik

3H

Jerrycan, plastik, bl-għatu ma jinqalax

QM

Jerrycan, plastik, bl-għatu jinqala’

QN

Jerry-can, rettangolari

JC

Jerry-can, azzar

3 A

Jerry-can, azzar, mhux bl-għatu ma jinqalax

QK

Jerry-can, azzar, bl-għatu jinqala’

QL

Buqar

JG

Borża tal-ġuta

JT

Kartell żgħir

KG

Kitt

KI

Kaxxetta kbira u li tiflaħ għall-ġarr

LV

Zokk maqtugħ

LG

Zkuk, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

LZ

Lott

LT

Kaxxa tal-injam għall-ġarr ta’ frott u ħaxix

LU

Bagalji

LE

Tapit żgħir

MT

Kaxxa tas-sulfarini

MX

Definita b’mod reċiproku

ZZ

Bejta

NS

Xibka

NT

Xikba, tubu, plastik

NU

Xibka, tubu, tessut

NV

Mhux disponibbli

NA

Octabin

OT

Imballaġġ

PK

Imballaġġ, kartun, b’toqob għal ħakma soda tal-fliexken

IK

Imballaġġ, displej, kartun

IB

Imballaġġ, displej, metall

ID

Imballaġġ, displej, plastik

IC

Imballaġġ, displej, tal-injam

IA

Imballaġġ, fluss

IF

Imballaġġ, imgeżwer fil-karta

IG

Imballaġġ, turija

IE

Pakkett (Packet)

PA

Satal

PL

Pelit

PX

Pelit, 100 cm × 110 cm

AH

Pelit, AS 4068-1993

OD

Pelit, kaxxa Magħquda ma’ kaxxa miftuħa u pelit

PB

Pelit, CHEP 100 cm × 120 cm

OC

Pelit, CHEP 40 cm × 60 cm

OA

Pelit, CHEP 80 cm × 120 cm

OB

Pelit, ISO T11

OE

Pelit, modulari, għenuq 80 cm × 100 cm

PD

Pelit, modulari, għenuq 80 cm × 120 cm

PE

Pelit, modulari, għenuq 80 cm × 60 cm

AF

Pelit, shrink-wrapped

AG

Pelit, triwall

TW

Pelit, tal-injam

8 A

Taġen

P2

Pakkett (Parcel)

PC

Pinna

PF

Biċċa

PP

Kanna

PI

Kanen, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PV

Żir

PH

Tavla

PN

Twavel, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PZ

Plejt

PG

Plejts, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

PY

Pjattaforma, il-piż jew id-dimensjoni mhux speċifikati

OF

Borma

PT

Borżetta

PO

Kannestru

PJ

Xtilliera

RK

Xtilliera, spalliera

RJ

Reċipjent, fibra

AB

Reċipjent, ħġieġ

GR

Reċipjent, metall

MR

Reċipjent, karta

AC

Reċipjent, plastik

PR

Reċipjent, imgeżwer fil-plastik

MW

Reċipjent, tal-injam

AD

Rednet

RT

Rukkell

RL

Anella

RG

Virga

RD

Vireg, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

RZ

Romblu

RO

Qartas

SH

Xkora

SA

Xkora, b’aktar minn ġenb wieħed

MS

Kaxxetta ta’ baħri

SE

Sett

SX

Folja

ST

Folja, tgeżwira tal-plastik

SP

Sheet metal

SM

Folji, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

SZ

Shrinkwrapped

SW

Balzi

SI

Ċangatura

SB

Tubu li fih jinżammu l-vireg

SY

Folja karti bejn żewġ folji

SL

Dussies

SD

Ħajt ta’ rukkell

SO

Bagalja

SU

Pillola

T1

Kontejner tank, ġeneriku

TG

Tank, ċilindriku

TY

Tank, rettangolari

TK

Kaxxetta tat-te

TC

Tierce (bittija)

TI

Landa

TN

Trej

PU

Trej, b’oġġetti ċatti stivati b’mod orizzontali

GU

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, kartun

DV

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, plastik

DS

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, polystyrene

DU

Trej, saff wieħed bl-ebda għata, tal-injam

DT

Trej, riġidu, stivabbli b’għatu (CEN TS 14482:2002)

IL

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, kartun

DY

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, trej tal-plastik

DW

Trej, żewġ safef bl-ebda għata, tal-injam

DX

Kaxxa kbira u li tiflaħ għall-ġarr ta’ oġġetti

TR

Qatta

TS

Tnell

TB

Tnell, b’għatu

TL

Tubu

TU

Tubu, li jista’ jitgħaffeġ

TD

Tubu, b’żennuna

TV

Tubi, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin

TZ

Bittija kbira tal-birra

TO

Tajer

TE

Mhux fil-gaġġa

UC

Unità

UN

Mhux ippakkjat jew imballat

NE

Unitajiet multipli, mhux ippakkjati jew imballati

NG

Unità singola, mhux ippakkjata jew imballata

NF

Ippakkjat f’vakwu

VP

Vanpack

VK

Tank (vat)

VA

Vettura

VN

Kunjett

VI

Flixkun tal-qasab

WB”

(5)

Kaxxa 37: Il-Proċedura hija emendata kif ġej:

(a)

Is-Taqsima A L-ewwel suddiviżjoni hija emendata kif ġej:

(i)

Il-Kodiċi 42 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“42

Rilaxx simultanju għal ċirkolazzjoni ħielsa u l-użu intern ta’ oġġetti li huma suġġetti għal provvista b’eżenzjoni tal-VAT lejn Stat Membru ieħor u, meta applikabbli, xi sospensjoni tad-dazju tas-sisa.

Spjegazzjoni:

Eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT u, fejn applikabbli, is-sospensjoni tad-dazju tas-sisa, hija mogħtija minħabba li l-importazzjoni qed tiġi segwita minn provvista intra-Komunitarja jew minn trasferiment tal-merkanzija lejn Stat Membru ieħor. F’dak il-każ, il-VAT u, fejn applikabbli, id-dazju tas-sisa, tkun dovuta fl-Istat Membru tad-destinazzjoni finali. Sabiex jużaw din il-proċedura, il-persuni jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 143(2) tad-Direttiva 2006/112/KE u, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2008/118/KE.

Eżempju Nru 1

:

Importazzjoni ta’ merkanzija b’eżenzjoni mill-VAT permezz ta’ rappreżentant tat-taxxa.

Eżempju Nru 2

:

L-oġġetti li fuqhom trid titħallas is-sisa impurtati minn pajjiż terz, li huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa u huma suġġetti ta’ forniment b’eżenzjoni tal-VAT lejn Stat Membru ieħor. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera huwa segwit minnufih minn moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa mill-post tal-importazzjoni mibdija mill-ispeditur reġistrat skont l-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2008/118/KE.”

(ii)

Il-Kodiċi 63 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“63

Importazzjoni mill-ġdid flimkien ma’ rilaxx simultanju għal ċirkolazzjoni ħielsa u l-użu intern ta’ oġġetti li huma suġġetti għal provvista b’eżenzjoni tal-VAT lejn Stat Membru ieħor u, meta applikabbli, sospensjoni tad-dazju tas-sisa.

Spjegazzjoni:

Eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT u, fejn applikabbli, is-sospensjoni tad-dazju tas-sisa, hija mogħtija minħabba li l-importazzjoni qed tiġi segwita minn provvista intra-Komunitarja jew minn trasferiment tal-merkanzija lejn Stat Membru ieħor. F’dak il-każ, il-VAT u, fejn applikabbli, id-dazju tas-sisa, tkun dovuta fl-Istat Membru tad-destinazzjoni finali. Sabiex jużaw din il-proċedura, il-persuni jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 143(2) tad-Direttiva 2006/112/KE u, fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 17 (1) (b) tad-Direttiva 2008/118/KE.

Eżempju Nru 1

:

L-importazzjoni mill-ġdid wara l-ipproċessar ’il barra jew l-esportazzjoni temporanja, bi kwalunkwe dejn doganali imponut fuq ir-rappreżentant tat-taxxa.

Eżempju Nru 2

:

L-oġġetti li fuqhom trid titħallas is-sisa impurtati mill-ġdid wara pproċessar passiv u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li huma suġġetti għal forniment b’eżenzjoni tal-VAT lejn Stat Membru ieħor. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera huwa segwit minnufih minn moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa mill-post tal-importazzjoni mill-ġdid mibdija mill-ispeditur reġistrat skont l-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2008/118/KE.”

(b)

Fit-Taqsima B, it-Tieni suddiviżjoni, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

L-annotazzjoni “Riljev” hi sostitwita b’dan li ġej:

Eżenzjonijiet

(Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009)

 

L-Artikolu Nru

Il-Kodiċi

Eżenzjonijiet mid-dazji fuq l-importazzjoni

Proprjetà personali ta’ persuni fiżiċi li qegħdin jittrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn pajjiż terz għall-Komunità

3

C01

Oġġetti ta’ dota u tad-dar importati fl-okkażjoni ta’ żwieġ

12(1)

C02

Rigali s-soltu mogħtija fl-okkażjoni ta’ żwieġ

12(2)

C03

Proprjetà personali akkwistata b’wirt

17

C04

Uniformijiet tal-iskola, materjal edukattiv u affarijiet tad-dar relatati

21

C06

Konsenji ta’ valur negliġibbli

23

C07

Kunsinni mibgħuta minn individwu privat għall-ieħor

25

C08

Oġġetti kapitali u tagħmir ieħor importat mat-trasferiment ta’ attivitajiet minn pajjiż terz għall-Komunità

28

C09

Oġġetti kapitali u tagħmir ieħor li jkunu ta’ persuni involuti f’professjoni libera u ta’ persuni ġuridiċi involuti f’attività bla qligħ

34

C10

Materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali; strumenti xjentifiċi u apparat kif elenkati fl-Anness I

42

C11

Materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali; strumenti xjentifiċi u apparat kif elenkati fl-Anness II

43

C12

Materjali edukattivi, xjentifiċi u kulturali; strumenti xjentifiċi u apparat importati esklużivament għal għanijiet mhux kummerċjali (inkluż partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji u għodda)

44-45

C13

L-apparat importat għal skopijiet mhux kummerċjali minn jew għan-nom ta’ stabbiliment ta’ riċerka xjentifika jew organizzazzjoni bażata barra mill-Komunità

51

C14

Annimali tal-laboratorju u sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi maħsubin għar-riċerka

53

C15

Sustanzi terapewtiċi ta’ oriġini umana u reaġenti għall-klassifika tad-demm u tat-tessuti

54

C16

Strumenti u apparat maħsub għar-riċerka medika, li jistabilixxu djanjożi medika jew li jwettqu trattament mediku

57

C17

Sustanzi ta’ referenza għall-kontroll tal-kwalità ta’ prodotti mediċinali

59

C18

Prodotti farmaċewtiċi użati f’avvenimenti tal-isport internazzjonali

60

C19

Merkanzija għal organizzazzjonijiet ta’ karità jew filantropiċi

61

C20

L-Artikoli fl-Anness III maħsubin għall-għomja

66

C21

L-Artikoli fl-Anness IV maħsubin għall-għomja, impurtati minn persuni għomja nfushom jew għall-użu tagħhom (inkluż partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji u għodda).

67(1)(a) u 67(2)

C22

L-Artikoli fl-Anness IV maħsubin għall-għomja importati minn ċerti istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet (inkluż partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji u għodda)

67(1)() u 67(2)

C23

Oġġetti maħsuba għal persuni b’diżabilità oħra (minbarra persuni għomja) importati minn persuni b’diżabilità nfushom għall-użu tagħhom stess (inkluż partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji u għodda)

68(1)(a) u 68(2)

C24

Oġġetti maħsuba għal persuni b’diżabilità oħra (minbarra persuni għomja) impurtati minn ċerti istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet (inkluż partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji u għodda)

68(1)(b) u 68(2)

C25

Oġġetti importatati għall-benefiċċju ta’ vittmi ta’ diżastri

74

C26

Dekorazzjonijiet onorarji jew premijiet

81

C27

Rigali riċevuti fil-kuntest ta’ relazzjonijiet internazzjonali

82

C28

Oġġetti li ser jintużaw minn monarki jew kapijiet ta’ Stat

85

C29

Kampjuni ta’ oġġetti ta’ valur negliġibbli importati għal skopijiet ta’ promozzjoni kummerċjali

86

C30

Materja stampata u materjal ta’ reklamar importati għal skopijiet ta’ promozzjoni kummerċjali

87-89

C31

Prodotti użati jew ikkunsmati f’fiera tal-kummerċ jew avveniment simili

90

C32

Merkanzija importata għal skopijiet ta’ eżami, analiżi jew testijiet

95

C33

Kunsinni mibgħuta lill-organizzazzjonijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta’ brevett

102

C34

Letteratura ta’ tagħrif turistiku

103

C35

Dokumenti u oġġetti mixxellanji

104

C36

Materjali anċillari għall-istivar u l-protezzjoni ta’ oġġetti matul it-trasport tagħhom

105

C37

Tiben, għalf u oġġetti tal-ikel għall-annimali matul it-trasport tagħhom

106

C38

Karburant u żjut tal-magni preżenti f’vetturi tal-art b’mutur u kontenituri speċjali

107

C39

Materjali għal ċimiteri u monumenti għall-vittmi tal-gwerra

112

C40

Twiebet, urni funerarji jew oġġetti funerarji ta’ tiżjin

113

C41

Eżenzjoni minn dazji fuq l-esportazzjoni

Annimali domestikati esportati fi żmien ta’ trasferiment ta’ attivitajiet agrikoli mill-Komunità għal pajjiż terz

115

C51

Għalf u ikel li jakkumpanjaw annimali matul l-esportazzjoni tagħhom

121

C52”

(ii)

Fit-tabella “Prodotti agrikoli” ir-ringiela għall-kodiċi E02 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Valuri standard tal-importazzjoni (pereżempju: Ir-Regolament (UE) Nru 543/2011)

E02”

(iii)

Fit-tabella “Oħrajn”, fit-Taqsima “Importazzjoni”, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja bejn ir-ringiela għall-kodiċi F04 u r-ringiela għall-kodiċi F11:

“Moviment ta’ oġġetti li fuqhom trid titħallas is-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa mill-post tal-importazzjoni skont l-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2008/118/KE.

F06”

(6)

Fil-kaxxa 44, Informazzjoni addizzjonali/Dokumenti prodotti/Ċertifikati u awtorizzazzjonijiet, il-punt 2(a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Id-dokumenti, iċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet tal-Komunità jew internazzjonali jew referenzi oħra prodotti bħala appoġġ għad-dikjarazzjoni jridu jitniżżlu fil-forma ta’ kodiċi magħmul minn 4 karattri alfanumeriċi, u, fejn applikabbli, segwiti b’numru tal-identifikazzjoni jew b’xi referenza oħra rikonoxxibbli. Il-lista tad-dokumenti, ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u referenzi oħra u l-kodiċijiet rispettivi tagħhom hija disponibbli fid-database TARIC.”



ANNESS IV

(imsemmij fl-Artikolu 1(4))

L-Anness 44c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringiela għall-Kodiċijiet HS “1701 11, 1701 12, 1701 91, 1701 99” hija sostitwita b’dan li ġej:

“1701 12

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożi kimikament pur, f’għamla solida

7 000  kg

 

1701 13

1701 14

1701 91

—”

1701 99

 

(2)

Ir-ringiela għall-kodiċi HS “2403 10” hi sostwita b’dan li ġej

“2403 11

Tabakk tat-tipjip, kemm jekk fih xi sostituti tat-tabakk f’xi proporzjon kif ukoll jekk le

35  kg

 

—”

2403 19

 


Top