EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0742

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 742/2012 tas- 16 ta’ Awwissu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ĠU L 219, 17.8.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/08/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/742/oj

17.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 742/2012

tas-16 ta’ Awwissu 2012

li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/478/PESK tas-16 ta’ Awwissu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), għandha tiġi inkluża entità addizzjonali fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entità elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan miżjuda fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(2)  Ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Entità

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Drex Technologies Holding S.A.

Irreġistrata fil-Lussemburgu taħt in-numru B77616, preċedentament stabbilita fl-indirizz li ġej: 17, rue Beaumont L-1219 Lussemburgu.

Is-sid benefiċjarju ta' Drex Technologies Holding S.A. huwa Rami Makhlouf, li huwa elenkat taħt is- sanzjonijiet tal-UE talli pprovda appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

16.8.2012


Top