Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0694

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 694/2012 tas- 27 ta' Lulju 2012 dwar l-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2012/2013

ĠU L 203, 31.7.2012, pp. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/694/oj

31.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/26


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 694/2012

tas-27 ta' Lulju 2012

dwar l-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2012/2013

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Qabdiet Totali Permessi (TACs) għal kull tip ta' sajd jew grupp ta' sajd. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd f’kull Stat Membru għal kull stokk jew gruppi ta’ stokkijiet u billi jitqiesu adegwatament l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1).

(2)

Għall-finijiet tal-ġestjoni adegwata u ssimplifikata tal-istokk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawk it-TACs u kwoti għall-Istati Membri għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay (is-Subżona VIII tal-ICES) għal staġun ta’ ġestjoni annwali li jibda fl-1 ta’ Lulju u jintemm fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, minflok perjodu ta’ ġestjoni ta’ sena kalendarja. Is-sajd għandu, madankollu jibqa’ suġġett għad-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 43/2012 (2) fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kwoti.

(3)

It-TAC għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2012/2013 għandha tkun stabbilita abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, u billi jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd.

(4)

Sabiex tipprovdi għal pjan multiannwali għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay li jkopri l-istaġun tas-sajd u tistabbilixxi r-regola tal-kontroll tal-ħsad li tapplika biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd, fid-29 ta’ Lulju 2009 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk. B’kunsiderazzjoni ta’ dik il-proposta u filwaqt li titqies dik il-valutazzjoni tal-impatt li fuqha hija bbażata l-proposta għall-valutazzjoni l-iktar riċenti tal-impatt tad-deċiżjonijiet fuq l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC għal dak l-istokk skont dan. Il-parir li nħareġ mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) f’Lulju 2012 ta stima ta’ madwar 68 180 tunnellata għall-bijomassa tal-istokk riproduttiv. B'riżultat ta' dan, it-TAC għall-istaġun tas-sajd li jibda fl-1 ta' Lulju 2012 u jintemm fit-30 ta' Ġunju 2013 għandha tiġi stabbilita għal 20 700 tunnellata.

(5)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (3), huwa meħtieġ li jiġi stabbilit sa fejn l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay huwa suġġett għall-miżuri stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(6)

Minħabba l-bidu tal-istaġun tas-sajd 2012/2013 u għall-finijiet tar-rappurtar annwali tal-qabdiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih u japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay

1.   Il-qabda totali permissibbli (TAC) u l-allokazzjoni tagħha bejn l-Istati Membri għall-istaġun tas-sajd li jibda fl-1 ta’ Lulju 2012 u jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2013 għall-istokk tal-inċova fis-Subżona VIII tal-ICES kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 (4), għandhom ikunu kif ġej (f’tunnellati ta’ piż ta’ ħut ħaj):

Speċi

:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona tal-ICES

:

Iż-żona VIII

(ANE/08.)

Spanja

18 630

TAC analitika

Franza

2 070

L-UE

20 700

TAC

20 700

2.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbilita fil-paragrafu 1 u l-użu tagħha għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 8, 10 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 43/2012.

3.   L-istokk imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala suġġett għal TAC analitika għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa, għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (ĠU L 25, 27.1.2012, p. 1).

(3)   ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).


Top