Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0571

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 571/2012 tat- 28 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, proteini idrolizzati u 1,4-diamminobutan (putressin) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 169, 29.6.2012, p. 46–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/571/oj

    29.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 169/46


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 571/2012

    tat-28 ta’ Ġunju 2012

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, proteini idrolizzati u 1,4-diamminobutan (putressin)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Is-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, proteini idrolizzati u 1,4-diamminobutan (putressin) ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dawn is-sustanzi jitqiesu bħala approvati skont dak ir-Regolament u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (5).

    (2)

    Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'l quddiem “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-fehmiet tagħha dwar l-abbozz tar-rapporti tar-reviżjoni għas-silikat tal-aluminju (6), il-proteini idrolizzati (7) u l-1,4-diamminobutan (putressin) (8) fis-16 ta' Diċembru 2011. L-abbozz tar-rapporti ta' reviżjoni u l-fehmiet tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-1 ta’ Ġunju 2012 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għas-silikat tal-aluminju, il-proteini idrolizzati u l-1,4-diamminobutan (putressin).

    (3)

    L-Awtorità kkomunikat il-fehmiet tagħha dwar is-silikat tal-aluminju, il-proteini idrolizzati u l-1,4-diamminobutan (putressin) lin-notifikaturi, u l-Kummissjoni stednithom biex iressqu kummenti dwar ir-rapporti ta’ reviżjoni.

    (4)

    Huwa kkonfermat li s-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, proteini idrolizzati u 1,4-diamminobutan (putressin) għandhom jitqiesu bħala approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (5)

    Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-silikat tal-aluminju, il-proteini idrolizzati u l-1,4-diamminobutan (putressin). Huwa xieraq li b'mod partikolari tkun mitluba aktar informazzjoni konfermattiva fir-rigward tas-silikat tal-aluminju u l-proteini idrolizzati Fl-istess waqt għandu jkun hemm ċerti adattamenti tekniċi, b'mod partikolari l-isem tas-sustanza attiva "putressin (1,4-diamminobutan)" għandu jiġi sostitwit bi "1,4-diamminobutan (putressin)". L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Għandu jitħalla perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri, in-notifikaturi u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    (3)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89.

    (4)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

    (5)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

    (6)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance aluminium silicate (Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva silikat tal-aluminju). EFSA Journal 2012; 10(1):2517. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.

    (7)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance hydrolysed proteins (Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva proteini idrolizzati). EFSA Journal 2012; 10(2):2545. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.

    (8)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance 1,4-diaminobutane (putrescine) (Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva 1,4-diamminobutan (putressin)). EFSA Journal 2012;10(1):2516. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.


    ANNESS

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

    (1)

    Ir-ringiela 220 dwar is-sustanza attiva silikat tal-aluminju hija sostitwita b'dan li ġej:

    Numru

    Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (*)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “220

    Silikat tal-aluminju

    Nru CAS 1332-58-7

    Nru CIPAC 841

    Mhux disponibbli

    Isem kimiku: Silikat tal-aluminju

    ≥ 999,8 g/kg

    1 ta’ Settembru 2009

    31 ta’ Awwissu 2019

    PARTI A

    L-użijiet bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati.

    PARTI B

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-silikat tal-aluminju (SANCO/2603/08), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-1 ta’ Ġunju 2012 għandhom jitqiesu.

    F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas-sikurezza tal-operaturi; il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali u respiratorju adegwat, fejn xieraq.

    Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi informazzjoni ta’ konferma lill-Kummissjoni rigward:

    (a)

    l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, appoġġata minn dejta analitika xierqa;

    (b)

    ir-rilevanza tal-materjali tat-test użati fil-fajl tat-tossiċità fid-dawl tal-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Mejju 2013.”

    (2)

    Ir-ringiela 234 dwar is-sustanza attiva proteini idrolizzati hija sostitwita b'dan li ġej:

    “Numru

    Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (**)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    234

    Proteini idrolizzati

    Nru CAS mhux assenjat

    Nru CIPAC 901

    Mhux disponibbli

    Rapport ta’ reviżjoni (SANCO/2615/2008)

    1 ta’ Settembru 2009

    31 ta’ Awwissu 2019

    PARTI A

    L-użijiet bħala attirant biss jistgħu jkunu awtorizzati. Il-proteini idrolizzati li ġejjin mill-annimali jridu jkunu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (***) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (****).

    PARTI B

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-proteini idrolizzati (SANCO/2615/08), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-1 ta’ Ġunju 2012 għandhom jitqiesu.

    F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas-sikurezza tal-operaturi u tal-ħaddiema; il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir protettiv personali adegwat, fejn xieraq.

    Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi informazzjoni ta’ konferma lill-Kummissjoni rigward:

    (a)

    l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, appoġġati minn dejta analitika xierqa;

    (b)

    ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fil-punt (a) sal-1 ta' Mejju 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (b) sal-1 ta' Novembru 2013.

    (3)

    Ir-ringiela 245 dwar is-sustanza attiva 1,4-diamminobutan (putressin) hija sostitwita b'dan li ġej:

    Numru

    Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (*****)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “245

    1,4-diamminobutan (putressin)

    Nru CAS 110-60-1

    Nru CIPAC 854

    Butan-1,4-diammin

    ≥ 990 g/kg

    1 ta’ Settembru 2009

    31 ta’ Awwissu 2019

    PARTI A

    L-użijiet bħala attirant biss jistgħu jkunu awtorizzati.

    PARTI B

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-1,4-diamminobutan (putressin) (SANCO/2626/08), u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tal-1 ta’ Ġunju 2012 għandhom jitqiesu.

    Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.”


    (*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta' sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.

    (**)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta' sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.

    (***)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

    (****)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.”

    (*****)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta' sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.


    Top