This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0460
Commission Regulation (EU) No 460/2012 of 29 May 2012 establishing a prohibition of fishing in category 9 ‘pelagic freezer trawlers’ in the Mauritanian Economic Zone by vessels flying the flag of a Member State of the European Union
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2012 tad- 29 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd minn “bastimenti tat-tkarkir bil-friża għas-sajd pelaġiku” tal-kategorija 9 fiż-Żona Ekonomika tal-Mawritanja minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2012 tad- 29 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd minn “bastimenti tat-tkarkir bil-friża għas-sajd pelaġiku” tal-kategorija 9 fiż-Żona Ekonomika tal-Mawritanja minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 142, 1.6.2012, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012
1.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 460/2012
tad-29 ta’ Mejju 2012
li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd minn “bastimenti tat-tkarkir bil-friża għas-sajd pelaġiku” tal-kategorija 9 fiż-Żona Ekonomika tal-Mawritanja minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2008 sal-31 ta’ Lulju 2012 (2) irristrinġa l-opportunitajiet tas-sajd għal kategorija 9 (bastimenti tat-tkarkir bil-friża għas-sajd pelaġiku) għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 250 000 tunnellata. |
(2) |
B’kunsiderazzjoni li abbażi tal-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament hawn fuq imsemmi, ġiet allokata kwota supplimentari ta’ 2 654 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Lulju 2012, biex b’hekk it-tunnellaġġ ta’ referenza totali tela’ għal 252 654 tunnellata. |
(3) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, qabdiet irrapportati f’din il-kategorija ta’ sajd minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati, eżawrew il-kwota allokata għall-perjodu ta’ referenza msemmi hawn fuq. |
(4) |
Għalhekk, jeħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd għal din il-kategorija ta’ sajd jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri kkonċernati għandha titqies bħala eżawrita mill-24 ta’ April 2012.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd fil-kategorija 9 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu pprojbiti minn nofsillejl tat-23 ta’ April 2012. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 203, 31.7.2008, p. 1.