This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0458
Council Implementing Regulation (EU) No 458/2012 of 31 May 2012 implementing Article 11(1) of Regulation (EU) No 377/2012 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies threatening the peace, security or stability of the Republic of Guinea-Bissau
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 tal- 31 ta' Mejju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 tal- 31 ta' Mejju 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
ĠU L 142, 1.6.2012, p. 11–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0377 | Sostituzzjoni | anness I | 01/06/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012R0458R(01) | (SL) | |||
Corrected by | 32012R0458R(02) | (SL) |
1.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 458/2012
tal-31 ta' Mejju 2012
li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 377/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-3 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw, u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (2), għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 għandha tiġi sostitwita bil-lista fl-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(2) Ara paġna 36 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 1
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.) |
Raġunijiet għall-inklużjoni |
Data tan-nomina |
1. |
Ġeneral António INJAI (magħruf ukoll bħala António INDJAI) |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw d.t.t.: 20 ta' Jannar 1955 p.t.t.: Encheia, Sector de Bissorá, Região de Oio, Guiné-Bissau Ġenituri: Wasna Injai u Quiritche Cofte Kariga uffiċjali: Logutenent Ġeneral Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Passaport: Passaport diplomatiku AAID00435 Data tal-ħruġ: 18/02/2010 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 18/02/2013 |
António Injai kien personalment involut fl-ippjanar u t-tmexxija tar-rewwixta tal-1 ta' April 2010, li laħqet il-qofol tagħha fl-arrest illegali tal-Prim Ministru, Carlo Gomes Junior, u mbagħad il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, José Zamora Induta; matul il-perijodu elettorali tal-2012, fil-kapaċità tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati, Injai għamel dikjarazzjonijiet jhedded li jwaqqa' l-awtoritajiet eletti u li jtemm il-proċess elettorali; Antonio Injai kien involut fl-ippjanar operattiv tal-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Wara l-kolp, l-ewwel communiqué mill-"Kmand Militari" nħarġet mill-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati, li huwa mmexxi mill-Ġeneral Injai. |
3.5.2012 |
2. |
Maġġur Ġeneral Namadu TURE (N'KRUMAH) |
Nazzjonalità - Ginea Bissaw d.t.t. 26 ta' April 1947 Kariga uffiċjali: Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Passaport Diplomatiku nru DA0002186 Data tal-ħruġ: 30.03.2007 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 26.08.2013 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
3. |
Ġeneral Estêvão NA MENA |
d.t.t.07 ta' Marzu 1956 Kariga uffiċjali: Spettur-Ġeneral tal-Forzi Armati |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
4. |
Brigadier Ġeneral Ibraima CAMARA (magħruf bħala “Papa Camara”) |
Nazzjonalità - Ginea Bissaw d.t.t. 11 ta' Mejju 1964 Ġenituri: Suareba Camara u Sale Queita Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Passaport Diplomatiku nru AAID00437 Data tal-ħruġ:18.02.2010 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 18.02.2013 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
5. |
Logutenent kurunell Daba NA WALNA (magħruf bħala “Daba Na Walna) |
Nazzjonalità - Ginea Bissaw d.t.t. 6 ta' Ġunju 1966 Ġenituri: Samba Naualna u In-Uasne Nanfafe Kariga uffiċjali: Kelliem tal-"Kmand Militari" Passaport nru SA 0000417 Data tal-ħruġ: 29.10.2003 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 10.03.2013 |
Kelliem tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
6. |
Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ |
Kariga uffiċjali: Kap tal-Persunal tal-Armata |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
3.5.2012 |
7. |
Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Kap tal-Gwardja Presidenzjali |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
8. |
Kurunell Tomás DJASSI |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 18 ta' Settembru 1968 Kariga uffiċjali: Kmandant tal-Gwardja Nazzjonali Passaport: AAIS00820 Data tal-ħruġ: 24.11.2010 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 27.04.2012 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai. |
1.6.2012 |
9. |
Kurunell Cranha DANFÁ |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai. |
1.6.2012 |
10. |
Kurunell Celestino de CARVALHO |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 14.06.1955 Ġenituri: Domingos de Carvalho u Josefa Cabral Kariga uffiċjali: President tal-Istitut tad-Difiża Nazzjonali Passaport: Passaport diplomatiku DA0002166 Data tal-ħruġ: 19.02.2007 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 15.04.2013 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Ex-kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari". |
1.6.2012 |
11. |
Kaptan (Forza Navali) Sanhá CLUSSÉ |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Data tat-Twelid: 02.05.2012 Ġenituri: Clusse Mutcha u Dalu Imbungue Kariga uffiċjali: Aġent Kap tal-Persunal tal-Forza Navali Passaport: SA 0000515 Data tal-ħruġ: 08.12.2003 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 29.08.2013 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-preżenza tiegħu f'delegazzjoni li ltaqgħet mal-ECOWAS fis-26 ta' April tikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-"Kmand Militari". |
1.6.2012 |
12. |
Logutenent-kurunell Júlio NHATE |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Sena tat-Twelid: 1972 Kariga uffiċjali: Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Kur Júlio Nhate mexxa l-operazzjoni militari li appoġġat il-kolp tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
13. |
Logutenent-kurunell Tchipa NA BIDON |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Data tat-Twelid: 28 ta' Mejju 1954 Ġenituri: “Nabidom” Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Militari Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564 Data tal-ħruġ: 30.11.2005 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 15.05.2011 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
14. |
Logutenent-kurunell Tcham NA MAN (magħruf bħala Namam) |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 27 ta' Frar 1953 Ġenituri: Biute Naman u Ndjade Na Noa Kariga uffiċjali: Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati Passaport: SA0002264 Data tal-ħruġ: 24.07.2006 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 23.07.2009 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Logutenent-kurunell Tcham Na Man huwa wkoll membru tal-Kmand Għoli Militari. |
1.6.2012 |
15. |
Maġġur Samuel FERNANDES |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Data tat-Twelid: 22 ta' Jannar 1965 Ġenituri: José Fernandes u Segunda Iamite Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Gwardja Nazzjonali Passaport: AAIS00048 Data tal-ħruġ: 24.03.2009 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 24.03.2012 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
16. |
Maġġur Idrissa DJALÓ |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 6 ta' Jannar 1962 Kariga uffiċjali: Konsulent dwar il-protokoll tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assuma pubblikament l-affiljazzjoni tiegħu mal-"Kmand Militari" billi ffirma waħda mill-ewwel communiqué tagħha (nru 5, datata t-13 ta' April). Maġġur Djaló jservi wkoll fl-intelligence militari. |
1.6.2012 |
17. |
Kmandant (Forza Navali) Bion NA TCHONGO (magħruf bħala Nan Tchongo |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 8 ta' April 1961 Ġenituri: Cunha Nan Tchongo u Bucha Natcham Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence Navali Passaport: Passaport diplomatiku DA0001565 Data tal-ħruġ: 01.12.2005 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 30.11.2008 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
18. |
Kmandant (Forza Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw D.t.t.: 28 ta' Mejju 1962 Ġenituri: Luis Agostinho Cordeiro u Domingas Soares Kariga uffiċjali: Kap tal-Loġistika tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati Passaport: SA0000883 Data tal-ħruġ: 14.04.2004 Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw Data tal-iskadenza: 15.04.2013 |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
19. |
Kaptan Paulo SUNSAI |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Assistent tal-Kmandant Militari tar-Reġjun tat-Tramuntana |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. |
1.6.2012 |
20. |
Logutenent Lassana CAMARÁ |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Kap tas-Servizzi Finanzjarji tal-Forzi Armati |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Responsabbli għall-frodi tal-fondi pubbliċi li jappartjenu għad-Dwana, id-Direttorat Ġenerali tat-Trasport u d-Direttorat Ġenerali tal-Fruntieri u l-Migrazzjoni Dawn il-fondi jiffinanzjaw il-"Kmand Militari". |
1.6.2012 |
21. |
Logutenent Julio NA MAN |
Nazzjonalità: Ginea Bissaw Kariga uffiċjali: Aide-de-Camp tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati |
Membru tal-"Kmand Militari" li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012. Il-Logutenent Na Man kien attiv fil-kmand operazzjonali tal-kolp tat-12 ta' April, taħt ordnijiet minn António Injai. Ħa wkoll sehem, f'isem il-"Kmand Militari", f'laqgħat ma' partiti politiċi. |
1.6.2012 |