Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0312

    Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2012 tad- 9 ta’ Jannar 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 973/2010 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta’ ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira

    ĠU L 103, 13.4.2012, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/11/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2012/312/oj

    13.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 103/15


    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 312/2012

    tad-9 ta’ Jannar 2012

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 973/2010 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta’ ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 973/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta’ ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi tal-Azores u Madeira (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament (UE) Nru 973/2010 ġew temporanjament sospiżi d-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti industrijali fl-Azores u Madeira. L-oġġetti għall-użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali li għalihom tapplika s-sospensjoni huma stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 973/2010. Il-materja prima, il-partijiet u l-komponenti użati għal finijiet agrikoli, it-trasformazzjoni industrijali jew il-manteniment li għalihom tapplika s-sospensjoni huma stipulati fi Anness II ta’ dak ir-Regolament. Dawk l-oġġetti huma elenkati fl-Annessi bl-użu tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda applikabbli għall-2009 kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 (2).

    (2)

    In-Nomenklatura Magħquda ġiet sostitwita mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010 tal-5 tal-Ottubru 2010 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (3) u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (4). Bħala konsegwenza ta’ dawn l-emendi, għandhom isiru ċerti adattamenti tekniċi għall-kodiċijiet tan-NM elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 973/2010.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 973/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Peress li ċerti amendmendments mal-kodiċijiet NM japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011, l-emendi korrespondenti għar-Regolament (UE) Nru 973/2010 għandhom japplikaw minn dik id-data,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 973/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-kodiċijiet NM elenkati fil-kolonna 1 huma sostitwiti bil-kodiċijiet NM elenkati fil-kolonna 2.

    1

    2

    Kodiċi NM

    Kodiċi NM

    7612 90 98

    7612 90 90

    8442 50 23

    8442 50 20

    8442 50 29

    8442 50 20

    8451 21 90

    8451 21 00

    8465 99 90

    8465 99 00

    8504 32 80

    8504 32 00

    8515 80 91

    8515 80 90

    9017 30 10

    9017 30 00

    (b)

    Il-kodiċijiet NM elenkati fil-kolonna 1 huma sostitwiti bil-kodiċijiet NM elenkati fil-kolonna 2.

    1

    2

    Kodiċi NM

    Kodiċi NM

    7321 81 90

    7321 81 00

    7323 93 90

    7323 93 00

    7326 20 80

    7326 20 00

    9008 10 00

    9008 50 00

    (2)

    Fl-Anness II l-kodiċi tan-NM 7323 99 99 jiġi sostitwit bil-kodiċi NM 7323 99 00.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

    Madankollu, l-Artikolu 1(1)(a) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 4.

    (2)  ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1.

    (3)  ĠU L 284, 29.10.2010, p. 1.

    (4)  ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.


    Top