This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0264
Council Regulation (EU) No 264/2012 of 23 March 2012 amending Regulation (EU) No 359/2011 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Iran
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 264/2012 tat- 23 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 264/2012 tat- 23 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
ĠU L 87, 24.3.2012, p. 26–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0359 | Żieda | artikolu 1 TR | 24/03/2012 | |
Modifies | 32011R0359 | Żieda | anness III | 24/03/2012 | |
Modifies | 32011R0359 | Emenda | anness I | 24/03/2012 | |
Modifies | 32011R0359 | Sostituzzjoni | anness II | 24/03/2012 | |
Modifies | 32011R0359 | Żieda | artikolu 1 BI | 24/03/2012 | |
Modifies | 32011R0359 | Żieda | artikolu 1 QT | 24/03/2012 | |
Modifies | 32011R0359 | Żieda | anness IV | 24/03/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012R0264R(01) | (PL) |
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/26 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 264/2012
tat-23 ta’ Marzu 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) jipprojbixxi l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mill-Unjoni lejn l-Iran ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna. |
(2) |
Il-miżuri adottati fir-Regolament (UE) Nru 961/2010 jirriflettu t-tħassib tal-Kunsill fuq in-natura tal-programm nukleari tal-Iran, filwaqt li l-miżuri adottati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (3) jirriflettu t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. |
(3) |
Il-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna hija miżura meħuda primarjament minħabba t-tħassib tal-Kunsill fir-rigward tad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u, bħala tali, għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) Nru 359/2011. Ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Fl-istess ħin, ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 se jiġi sostitwit b’Regolament ġdid u kkonsolidat li ma jinkludix il-miżura msemmija għall-prevenzjoni tar-repressjoni interna. |
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, id-Deċiżjoni 2012/168/PESK 23 ta’ Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (4) tipprovdi miżura addizzjonali, jiġifieri projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tat-tagħmir li jissorvelja t-telekomunikazzjoni użat mir-reġim Iranjan. |
(6) |
Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tagħha. |
(7) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, aktar persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 359/2011. |
(8) |
L-Anness II ta’ mar-Regolament (KE) Nru 359/2011, li jelenka l-awtoritajiet kompetenti li jiġu attribwiti lilhom funzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament, għandu jiġi aġġornat ukoll fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta reċentament mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 1a Għandu jiġi pprojbit:
"Artikolu 1b 1. Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta, b'mod dirett jew b'mod indirett, tagħmir, teknoloġija jew softwer identifikata fl-Anness IV, kemm jekk joriġina jew le mill-Unjoni, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikat fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel. 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk dawn ikollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-softwer inkwistjoni se jintużaw għas-sorveljanza jew għall-interċettazzjoni, mill-gvern Iranjan, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji jew kwalunkwe persuna jew entità li topera jew f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, tal-komunikazzjoni tat-telefon jew tal-internet fl-Iran. 3. L-Anness IV għandu jinkludi tagħmir, teknoloġija jew softwer li jistgħu jintużaw għas-sorveljanza jew għall-interċettazzjoni tal-komunikazzjoni tal-internet jew tat-telefon. 4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba' ġimgħat wara l-awtorizzazzjoni.” “Artikolu 1c 1. Għandu jiġi pprojbit:
sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikata fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel, fuq il-bażi kif stabbilit fl-Artikolu 1b(2). 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c), “servizzi ta' sorveljanza jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet” tfisser dawk is-servizzi li jipprovdu, b'mod partikolari bl-użu ta' tagħmir, teknoloġija jew softwer kif identifikat fl-Anness IV, aċċess għal u twassil tad-dejta assoċjata ma' telekomunikazzjoni dieħla jew ħierġa u dejta assoċjata mat-telefonati għall-finijiet tal-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħżin tagħha jew kwalunkwe attività relatata oħra.” |
(2) |
Il-persuni elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness I. |
(3) |
It-test stabbilit fl-Anness II ta’ mar-Regolament jiżdied bħala Anness III. |
(4) |
It-test stabbilit fl-Anness III ta’ mar-Regolament jiżdied bħala Anness IV. |
(5) |
L-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness IV ta’ mar-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-23 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 195, 27.7.2010,p. 39.
(2) ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1 -
(3) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1 -
(4) Ara paġna 85 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
Lista ta' persuni msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
ZARGHAMI Ezzatollah |
|
Bħala Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), huwa responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ipprogrammar. IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta' priġunieri u serje ta' "simulazzjonijiet ta' proċessi" f'Awwissu 2009 u f'Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess ġust u d-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
2. |
TAGHIPOUR Reza |
Post tat-Twelid: Maragheh (Iran) Data tat-Twelid: 1957 |
Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni. Bħala Ministru tal-informazzjoni, huwa wieħed mill-ogħla uffiċjali responsabbli miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-internet u anke kwalunkwe tip ta' komunikazzjoni (partikolarment it-telefons ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta' priġunieri politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tagħhom. F'diversi okkażjonijiet mill-aħħar elezzjoni presidenzjali u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefons ċellulari u s-servizzi tal-sms inqatgħu, il-kanali tat-televiżjoni satellitari ġew iġġamjati, l-internet ġie sospiż lokalment jew mill-anqas, tnaqqsitlu r-rapidità tiegħu. |
23.3.2012 |
3. |
KAZEMI Toraj |
|
Kurunell tal-pulizija tat-teknoloġija u l-komunikazzjoni, dan l-aħħar nieda kampanja ta' reklutaġġ ta' hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-internet u jkun ta' preġudizzju għal siti elettroniċi "li jagħmlu ħsara". |
23.3.2012 |
4. |
LARIJANI Sadeq |
Post tat-Twelid: Najaf (Iraq) Data tat-Twelid: 1960 jew Awwissu 1961 |
Kap tal-Ġudikatura. Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (retribut), hodoud (reat kontra Alla) u ta'zirat (reat kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjonijiet. F'dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta' piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir (attwalment 16-il persuna qegħdin taħt sentenza ta' tħaġġir), eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta' minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta' eluf ta' nies. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta' kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċtu f'għajnejn l-ikkundanati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta' priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. L-eżekuzzjonijiet żdiedu ferm mill-2009. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan għar-rispett tad-dritt għal proċess ġust. |
23.3.2012 |
5. |
MIRHEJAZI Ali |
|
Viċi Kap tal-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem u Kap tas-Sigurtà. Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem responsabbli mit-tfassil tas-supressjoni tal-protesti li ilha tkun implimentata mill-2009. |
23.3.2012 |
6. |
SAEEDI Ali |
|
Rappreżentant tal-Mexxej fost il-Pasdaran mill-1995 wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta' din il-funzjoni uffiċjali huwa ċ-ċinga ta' trasmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej u l-apparat ta' repressjoni tal-Pasdaran. |
23.3.2012 |
7. |
RAMIN Mohammad-Ali |
Post tat-Twelid: Dezful (Iran) Data tat-Twelid: 1954 |
Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2010, kien direttament responsabbli mill-għeluq ta' bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, etc), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni u l-arrest tal-ġurnalisti. |
23.3.2012 |
8. |
MORTAZAVI Seyyed Solat |
Post tat-Twelid: Meibod (Iran) Data tat-Twelid: 1967 |
Viċi Ministru tal-Intern għall-Affarijiet Politiċi. Responsabbli mill-istruzzjoni ta' ripressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni. |
23.3.2012 |
9. |
REZVANI Gholomani |
|
Viċi Gvernatur ta' Rasht. Responsabbli minn ksur gravi tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
10. |
SHARIFI Malek Ajdar |
|
Kap tal-ġudikatura fil-Lvant tal-Ażerbajġan. Responsabbli minn ksur gravi tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
11. |
ELAHI Mousa Khalil |
|
Prosekutur ta' Tabriz. Responsabbli mill-istruzzjoni ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem tad-dritt għal proċess legali. |
23.3.2012 |
12. |
FAHRADI Ali |
|
Prosekutur ta' Karaj. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem billi talab il-piena tal-mewt għal minuri. |
23.3.2012 |
13. |
REZVANMANESH Ali |
|
Prosekutur. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem billi talab il-piena tal-mewt għal minuri. |
23.3.2012 |
14. |
RAMEZANI Gholamhosein |
|
Kmandant tal-IRGC Intelligence. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fuq persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni. Imexxi d-Dipartiment responsabbli għall-arrest u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti. |
23.3.2012 |
15. |
SADEGHI Mohamed |
|
Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti. |
23.3.2012 |
16. |
JAFARI Reza |
|
Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità. Responsabbli mill-arresti, id-detenzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta' bloggers u ġurnalisti. |
23.3.2012 |
17. |
RESHTE-AHMADI Bahram |
|
Viċi Prosekutur f'Tehran. Imexxi ċ-ċentru ta' prosekuzzjoni ta' Evin. Responsabbli miċ-ċaħda ta' drittijiet, inklużi drittijiet ta' żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn. |
23.3.2012 |
ANNESS II
It-test li ġej għandu jiġi inkluż bħala l-Anness III mar-Regolament (UE) Nru 359/2011.
"ANNESS III
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 1a
1. |
Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
|
2. |
Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni. |
3. |
Vetturi kif ġej:
|
4. |
Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:
|
5. |
Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:
|
6. |
Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u softwer imfassal speċifikament għalihom. |
7. |
Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni. |
8. |
Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’. |
9. |
Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm. |
10. |
Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista. |
11. |
Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.” |
ANNESS III
It-test li ġej għandu jiġi inkluż bħala l-Anness IV mar-Regolament (UE) Nru 359/2011.
"ANNESS IV
It-tagħmir, it-teknoloġija u s-softwer imsemmija fl-Artikoli 1b u 1c
Nota Ġenerali
Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa mhux ser japplika għal:
(a) |
tagħmir, teknoloġija jew softwer li huma speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 428/2009 (1) jew il-Lista Militari Komuni; jew |
(b) |
softwer li huwa mfassal għall-installazzjoni mill-utent mingħajr aktar appoġġ sostanzjali mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħu mill-ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':
|
(c) |
softwer li huwa fid-dominju pubbliku. |
Il-kategoriji A, B, C, D u E jirreferu għall-kategoriji li jirriferi għalihom ir-Regolament (KE) Nru 428/2009.
It-“tagħmir, teknoloġija u softwer” imsemmija fl-Artikolu 1b huwa:
A. |
Lista ta' tagħmir
|
B. |
Mhux użati |
C. |
Mhux użati |
D. |
"Softwer" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq. |
E. |
"Teknoloġija" għall-"iżvilupp", "il-produzzjoni" jew l"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq. |
Tagħmir, teknoloġija u softwer li jaqgħu f'dawn il-kategoriji huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u sorveljanza tal-komunikazzjonijiet bl-internet, bit-telefon u bis-satellita”.
Għall-fini ta' dan l-Anness, is-“sorveljanza” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-dejta tan-netwerk."
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).
(2) IMSI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Huwa kodiċi uniku ta' identifikazzjoni għal kull tagħmir ta' telefonija mobbli, integrat fis-SIM card u li jippermetti l-identifikar ta' tali SIM permezz ta' netwerks ta' GSM u UMTS.
(3) MSISDN tirreferi għal Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Huwa numru li jidentifika b'mod uniku abbonament f'netwerk ta' telefonija mobbli GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefon għas-SIM card fit-telefon mobbli u għalhekk jidentifika lill-abbonat tat-telefon mobbli kif ukoll l-IMSI, iżda sabiex is-sejħiet jiġu trażmessi mingħandu.
(4) IMEI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Huwa numru, normalment uniku li jidentifika t-telefon mobbli GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll ċerti telefons satellitari. Normalment ikun ipprintjat ġol-kompartiment tal-batterija tat-telefon. L-interċettar (interċettar tal-linji telefoniċi) jista' jiġi speċifikat min-numru IMEI tiegħu kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN.
(5) TMSI tirreferi għal Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat mobbli). Hija l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn l-apparat mobbli u n-netwerk.
(6) SMS tirreferi għal Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).
(7) GSM tirreferi għal Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).
(8) GPS tirreferi għal Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).
(9) GPRS tirreferi għal General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).
(10) UMTS tirreferi għal Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).
(11) CDMA tirreferi għal Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).
(12) PSTN tirreferi għal Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).
(13) DHCP tirreferi għal Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).
(14) SMTP tirreferi għal Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).
(15) GTP tirreferi għal GPRS Tunneling Protocol.
ANNESS IV
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 359/2011 għandu jiġi sostiwit bit-test li jmiss:
"ANNESS II
Siti tal-internet għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
Il-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
Il-BULGARIJA
http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
L-ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea |
Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) |
Uffiċċju EEAS 02/309 |
B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju) |
L-indirizz tal-email: relex-sanctions@ec.europa.eu". |