EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0263

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 263/2012 tat- 23 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

ĠU L 87, 24.3.2012, p. 1–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/263/oj

24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 263/2012

tat-23 ta’ Marzu 2012

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 753/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fid-29 ta’ Novembru 2011, fis-6 ta’ Jannar 2012, fit-13 ta’ Frar 2012, fl-1 ta’ Marzu 2012 u fis-16 ta’ Marzu 2012, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, GRUPPI, IMPRIŻI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 4

A.

Individwi assoċjati mat-Taliban

(1)

Abdul Baqi Haqqani Bashir Mohammad

Titlu: (a) Maulavi; (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-provinċji ta' Khost u Paktika taħt ir-reġim Taliban; (b) Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim Taliban; (c) Dipartiment Konsulari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1960-1962 Post tat-twelid: (a) Belt ta' Jalalabad, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan; (b) Distrett ta' Shinwar, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Nangarhar fl-2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Abdul Baqi inizjalment kien il-Gvernatur tal-provinċji ta' Khost u Paktika għar-reġim Taliban. Sussegwentement inħatar Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura. Ħadem ukoll fid-Dipartiment Konsulari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban.

 

Matul l-2003, Abdul Baqi kien involut f'attivitajiet militari kontra l-gvern fid-Distretti ta' Shinwar, Achin, Naziyan u Dur Baba tal-Provinċja ta' Nangarhar. Mill-2009 kien impenjat fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet militanti fir-reġjun tal-Lvant, b'mod partikolari fil-Provinċja ta' Nangarhar u fil-Belt ta' Jalalabad.

(2)

Abdul Qadeer Abdul Baseer (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Qadir (b) Ahmad Haji (c) Abdul Qadir Haqqani).

Titlu: (a) Ġeneral, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Militari, Ambaxxata tat-Taliban, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: Distrett ta' Surkh Rod, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000974 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: (a) Konsulent finanzjarju għall-Kunsill Militari tat-Taliban f'Peshawar u Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban f'Peshawar, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Qadeer Abdul Baseer kien it-teżorier tat-Taliban f'Peshawar, il-Pakistan, fl-2009. Kien il-konsulent finanzjarju tal-Kunsill Militari tat-Taliban f'Peshawar u l-kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban f'Peshawar fil-bidu tal-2010. Huwa jgħaddi personalment il-flus mit-tmexxija tax-shura tat-Taliban lill-gruppi Talibani fil-Pakistan kollu.

(3)

Amir Abdullah (magħruf ukoll bħala Amir Abdullah Sahib).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ex Viċi Gvernatur tat-Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar. Indirizz: Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1972. Post tat-twelid: Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Ivvjaġġa lejn il-Kuwajt, l-Arabja Sawdija, il-Ġamaħirija Għarbija Libjana u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban, (b) Teżorier għal Abdul Ghani Baradar Abdul Ahmad Turk, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Amir Abdullah kien it-teżorier tal-mexxej anzjan Taliban Abdul Ghani Baradar (TI.B.24.01.) u qabel kien il-viċi tal-gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Amir Abdullah ivvjaġġa lejn il-Kuwajt, l-Arabja Sawdija, il-Libja u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa ffaċilita wkoll il-komunikazzjoni għat-tmexxija Talibana u kkoordina laqgħat ta' livell għoli fil-parti tad-dar maħsuba għall-mistednin tar-residenza tiegħu fil-Pakistan. Abdullah għen lil bosta membri anzjani Talibani li ħarbu mill-Afganistan fl-2001 biex jistabbilixxu ruħhom fil-Pakistan.

(4)

Abdul Manan

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Kummerċjali, l-Ambaxxata tat-Taliban, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Manan sar kmandant anzjan Taliban fil-Provinċji ta' Paktia, Paktika u Khost tal-Lvant tal-Afganistan. Kien ukoll responsabbli għall-moviment tal-ġellieda u l-armi Talibani minn naħa għal oħra tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

(5)

Abdul Razaq Ekhtiyar Mohammad.

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mawlana. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1955-1958. Post tat-twelid: Distrett ta' Shah Wali Kot, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 077513 (Karta tal-identifikazzjoni nazzjonali (tazkira) maħruġa fid-Distrett ta' Paghman, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan). Indirizz:it-Tieni Triq, Żona Qalaie-e-Kashif, Distrett Nru 5, Kabul, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: Involut fit-traffikar tad-drogi. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(6)

Abdul Wahab.

Titlu: Malawi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Chargé d’Affaires tat-Taliban f'Riyadh, l-Arabja Sawdija, (b) l-Ewwel Segretarju, Ambaxxata tat-Taliban f'Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1973. Post tat-twelid: Distrett ta' Khogyani, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban fi Quetta fl-2010, (b) Irrappurtat deċedut fil-bidu tal-2011 fil-Pakistan, (c) Kien jappartjeni għat-tribù Khogyani. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(7)

Abdul Rahman Agha.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Prim Imħallef tal-Qorti Militari taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: (a) Afgana, (b) Pakistana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(8)

Abdul Wasay Mu’tasim Agha. (magħruf ukoll bħala (a) Mutasim Aga Jan, (b) Agha Jan, (c) Abdul Wasay Agha Jan Motasem).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1961, (b) Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Jelawur, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Speerwan, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jiġbor fondi għat-Taliban u jivvjaġġa spiss lejn l-Istati tal-Golf, (b) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2011, (c) Il-familja tiegħu marbuta permezz ta' żwieġ ma' Mullah Mohammed Omar, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għall-grupp etniku tas-Sadat. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(9)

Janan Agha (magħruf ukoll bħala Abdullah Jan Agha).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Faryab (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1958, (b) Bejn wieħed u ieħor 1953. Post tat-twelid: Belt ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u konsulent għal Mullah Mohammed Omar f'Ġunju 2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għall-grupp etniku tas-Sadat. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(10)

Sayed Mohammad Azim Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Mohammad Azim Agha, (b) Agha Saheb).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Direttur tad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi fil-Ministeru tal-Intern taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1966; (b) Bejn wieħed u ieħor 1969. Post tat-twelid: Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-kariga ta' Sayed Mohammad Azim Agha bħala impjegat mad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi kienet fil-Ministeru tal-Intern tar-reġim tat-Taliban.

(11)

Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (b) Sayyed Ghayasudin, (c) Sayed Ghias).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Affarijiet tal-Haj u Affarijiet Reliġjużi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1961. Post tat-twelid: Distrett ta’ Kohistan, Provinċja ta’ Faryab, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċji ta' Faryab, Jawzjan, Sari Pul u Balkh, l-Afganistan, f'Ġunju 2010, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u l-Kunsill Militari tat-Taliban f'Diċembru 2009, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għall-grupp etniku tas-Sadat. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sayyed Ghiassouddine Agha kien ukoll Ministru tal-Edukazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Kien ukoll il-membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Faryab, l-Afganistan, f'Mejju 2007. Hu maħsub li jinsab involut fit-traffikar tad-drogi.

(12)

Mohammad Ahmadi.

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Kakar, (c) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(13)

Mohammad Shafiq Ahmadi.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(14)

Ahmadullah (magħruf ukoll bħala (a) Ahmadulla (b) Mohammad Ahmadullah).

Titlu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1975, (b) Bejn wieħed u ieħor 1965. Post tat-twelid: (a) Iż-żona ta' Khogyani, Distrett ta' Qarabagh, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrappurtat deċedut f'Diċembru 2001, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Khogyani. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fl-2003, Ahmadullah iddistribwixxa tagħmir splussiv lil militanti u tahom struzzjonijiet biex iwettqu attakki fl-Afganistan.

(15)

Abdul Bari Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Haji Mullah Sahib (b) Zakir).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Helmand taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1953. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Baghran, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Now Zad, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2009, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Alokozai, (d) Membru tat-tmexxija tat-Taliban fil-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(16)

Ahmed Jan Akhundzada Wazir (magħruf ukoll bħala (a) Haji Ahmad Jan, (b) Ahmed Jan Akhund).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ilma u l-Elettriku taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan; (b) Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Militari Suprem tat-Taliban fl-2009, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(17)

Attiqullah Akhund.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1953. Post tat-twelid: Distrett ta' Shah Wali Kot, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Militari Suprem tat-Taliban kif ukoll tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2010, (b) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(18)

Hamidullah Akhund Sher Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Janat Gul (b) Hamidullah Akhund).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1972 u l-1973. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Sarpolad, Distrett ta' Washer, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(19)

Mohammad Hassan Akhund.

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) L-Ewwel Viċi, Kunsill tal-Ministri taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban, (c) Gvernatur ta' Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban, (d) Konsulent Politiku ta' Mullah Mohammed Omar. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1955-1958, (b) Bejn wieħed u ieħor 1945-1950. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Pashmul, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat qrib ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Diċembru 2009, (c) Jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Mohammad Hassan Akhund huwa assoċjat qrib ta' Mohammed Omar.

 

Mohammad Hassan Akhund kien għadu mexxej attiv tat-Taliban f'nofs l-2009. Huwa kien wieħed mill-aktar kmandanti effettivi tat-Taliban fil-bidu tal-2010.

(20)

Mohammad Abbas Akhund.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tas-Saħħa Pubblika taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Khas Uruzgan, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban inkarigat mill-Kumitat Mediku f'Jannar 2011, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(21)

Mohammad Essa Akhund.

Titlu: (a) Alhaj, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ilma, is-Sanità u l-Elettriku taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Iż-żona ta' Mial, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(22)

Ubaidullah Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund). 0

Titlu: (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Sangisar, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kien wieħed mill-viċi ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban, inkarigat minn operazzjonijiet militari, (c) Arrestat fl-2007 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan fl-2011, (d) Rabta permezz ta' żwieġ ma' Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad, (e) Jappartjeni għat-tribù Alokozai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ubaidullah Akhund kien viċi ta' Mohammed Omar u membru tat-tmexxija tat-Taliban inkarigat minn operazzjonijiet militari.

(23)

Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad Jan Akhunzada (b) Ahmad Jan Akhund Zada).

Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċji ta' Zabol u Uruzgan taħt ir-reġim tat-Taliban. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Lablan, Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, (b) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, fil-bidu tal-2007, (b) Ħaten Mullah Mohammed Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmad Jan Akhunzada Shukoor Akhunzada kien il-membru tat-Taliban inkarigat mill-Provinċja ta' Uruzgan fil-bidu tal-2007.

(24)

Mohammad Eshaq Akhunzada (magħruf ukoll bħala Mohammad Ishaq Akhund).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Laghman (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fl-2008, Mohammad Eshaq Akhunzada kien il-kmandant provinċjali tat-Taliban għall-Provinċja ta' Ghazni, l-Afghanistan, u kien għadu attiv fil-provinċja fl-2011.

(25)

Agha Jan Alizai (magħruf ukoll bħala (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha).

Titlu: Haji. Data tat-twelid: (a)15.10.1963, (b)14.2.1973, (c) 1967, (d) Bejn wieħed u ieħor 1957. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Hitemchai, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, (b) Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk ta' traffikar tad-droga f'Helmand, l-Afganistan, (b) Ivvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Agha Jan Alizai mexxa waħda mill-ikbar netwerks ta' traffikar tad-drogi f'Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi għat-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta' traffikar ta' narkotiċi. Fl-2008, grupp ta' traffikanti ta' narkotiċi, inkluż Alizai, qabel li jħallas it-taxxa tat-Taliban fuq l-art fejn kien jinżergħa l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil mit-Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi.

 

It-Taliban qablu wkoll li jipprovdu s-sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u s-siti ta' ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasport għall-ġellieda Talibani. Alizai kien involut ukoll fix-xiri ta' armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa' ma' mexxejja anzjani tat-Taliban. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta' passaporti foloz Iranjani minn membri tat-Taliban sabiex jivvjaġġaw lejn l-Iran għat-taħriġ. Fl-2009, Alizai ipprovda passaport u fondi lil kmandant tat-Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran.

(26)

Allah Dad Mati (magħruf ukoll bħala (a) Allahdad, (b) Shahidwror, (c) Akhund).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Iżvilupp Urban taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim tat-Taliban, (c) Kap tal-Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim tat-Taliban Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1953, (b) Bejn wieħed u ieħor 1960. Post tat-twelid: Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef sieq fi splużjoni ta' mina, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Allahdad, membru tat-tribù Nurzai minn Spin Boldak, inħatar Ministru tal-Kostruzzjoni u d-Djar wara li kellu karigi oħra fiċ-ċivil taħt ir-reġim tat-Taliban.

(27)

Aminullah Amin Quddus (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Yusuf (b) Aminullah Amin).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Saripul (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1973. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Loy Karez, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2011, (b) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(28)

Mohammad Sadiq Amir Mohammad.

Titlu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Kummerċ Afgan, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: SE 011252 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: Irrappurtat deċedut. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Sadiq Amir Mohammad kien membru tal-Majlis-ash-Shura ġdida rrappurtata li tħabbret minn Mohammed Omar f'Ottubru 2006.

(29)

Muhammad Taher Anwari (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Taher Anwari, (b) Muhammad Tahir Anwari, (c) Mohammad Tahre Anwari).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1961. Post tat-twelid: Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Andar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Il-kariga ta' Muhammad Taher Anwari bħala Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi kienet taqa' taħt il-Kunsill tal-Ministri tar-reġim tat-Taliban, li kien l-ogħla livell fil-ġerarkija Talibana. Kien ukoll Ministru tal-Finanzi tar-reġim tat-Taliban.

 

Kien ukoll jikteb diskorsi għall-Mexxej Suprem tat-Taliban Mohammed Omar (TI.O.4.01).

(30)

Arefullah Aref.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja Ghazni taħt ir-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja Paktia taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Andar Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(31)

Sayed Esmatullah Asem (magħruf ukoll bħala (a) Esmatullah Asem (b) Asmatullah Asem).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1967. Post tat-twelid: Qalayi Shaikh, Distrett ta' Chaparhar, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Mejju 2007, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Peshawar, (d) Responsabbli għal attivitajiet Talibani Afgani f'Żoni Tribali taħt Ammistrazzjoni Federali, il-Pakistan, fl-2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Fil-mument meta ddaħħal fil-lista, Sayed Esmatullah Asem kien ukoll is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. Minn Mejju 2007, sar membru tat-tmexxija tat-Taliban. Kien ukoll membru ta' Kunsill reġjonali tat-Taliban fl-2009.

 

Sayed Esmatullah Asem kien il-kmandant ta' grupp ta' ġellieda Talibani fid-Distrett ta' Chaparhar, fil-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afghanistan. Huwa kien kmandant tat-Taliban fil-Provinċja ta' Konar li, fl-2007, bagħat attakki suwiċidi lejn diversi provinċji fil-Lvant tal-Afganistan.

 

Lejn tmiem l-2008, Sayed Esmatullah Asem kien inkarigat minn bażi tat-taħriġ tat-Taliban fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

(32)

Atiqullah.

Titlu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal kariga f'Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-Ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim tat-Taliban.

 

Wara l-waqgħa tar-reġim tat-Taliban, Atiqullah sar uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan.

(33)

Azizirahman Abdul Ahad

Titlu: Sur Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, l-Ambaxxata tat-Taliban, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1972. Post tat-twelid: Distrett ta' Shega, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 44323 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(34)

Abdul Ghani Baradar Abdul Ahmad Turk (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Baradar Akhund (b) Abdul Ghani Baradar).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Yatimak, Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Arrestat fi Frar 2010 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (b) Talba għall-estradizzjoni lejn l-Afganistan pendenti fil-Qorti Superjuri ta' Lahore, il-Pakistan, f'Ġunju 2011, (c) Jappartjeni għat-tribù Popalzai, (d) Kmandant militari anzjan tat-Taliban u membru tal-"Quetta Council" f'Mejju 2007. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Abdul Ghani Baradar kien kmandant militari anzjan tat-Taliban u membru tat-tmexxija tat-Taliban fi Frar 2010.

 

Bħala l-Viċi Ministru tad-Difiża tat-Taliban, kien meqjus bħala wieħed mill-viċi ta' Mohammed Omar (TI.O.4.01) u mexxa t-taqsima tal-affarijiet militari tat-Taliban.

 

Huwa kien membru prinċipali tan-netwerk tat-Taliban u organizza operazzjonijiet Talibani kontra l-Gvern Afgan u l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministru tad-Difiża tat-Taliban, Ubaidullah Akhund (TI.A.22.01).

(35)

Shahabuddin Delawar

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1953. Post tat-twelid: Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap tal-Ambaxxata tat-Taliban f'Riyadh, l-Arabja Sawdija, sal-25 ta' Settembru 1998, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(36)

Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Doost Mohammad)

Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Nawi Deh, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat ma' Mullah Jalil Haqqani, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Dost Mohammad inħatar ukoll mit-tmexxija tat-Taliban biex ikun inkarigat mill-operazzjonijiet militari f'Angora, fil-provinċja ta' Nuristan fl-Afganistan.

 

F'Marzu 2010, Dost Mohammad kien shadow gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Nuristan u l-mexxej ta' madrassa li minnha kien jirrekluta ġellieda.

(37)

Mohammad Azam Elmi (magħruf ukoll bħala Muhammad Azami).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Minjieri u l-Industriji taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Sayd Karam, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: irrappurtat deċedut fl-2005. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(38)

Faiz.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1969. Post tat-twelid: Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(39)

Rustum Hanafi Habibullah (magħruf ukoll bħala (a) Rostam Nuristani (b) Hanafi Sahib).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Dara Kolum, Distrett ta' Do Aab, Provinċja ta' Nuristan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Nuristan, l-Afganistan, f'Mejju 2007, (b) Jappartjeni għat-tribù Nuristani. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(40)

Gul Ahmad Hakimi.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Kummerċjali, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Logar, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Gul Ahmad Hakimi kien ukoll id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għall-Edukazzjoni Sekondarja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni f'Kabul tar-reġim tat-Taliban qabel ma ntbagħat f'Karachi fl-1996.

(41)

Abdullah Hamad Mohammad Karim (magħruf ukoll bħala al-Hammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Quetta, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1972. Post tat-twelid: ir-raħal ta' Darweshan, iż-żona Hazar Juft, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000857 (maħruġ fl-20.11.1997). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 300786 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Baloch. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(42)

Hamdullah Allah Noor

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tar-Ripatrijazzjoni, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Quetta, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1973. Post tat-twelid: Distrett Numru 6, il-Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 4414 (karta ta' identifikazzjoni Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Baloch. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(43)

Zabihullah Hamidi (magħruf ukoll bħala Taj Mir)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Payeen Bagh, Distrett ta' Kahmard, Provinċja ta' Bamyan, l-Afganistan. Indirizz:Iż-żona ta' Dashti Shor, Mazari Sharif, Provinċja ta' Balkh, l-AfganistanĊittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(44)

Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala Qari Din Mohammad).

Titlu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1955. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Shakarlab, Distrett ta' Yaftali Pain, Provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Takhar u Badakhshan; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(45)

Abdul Jalil Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Jalil Akhund (b) Mullah Akhtar (c) Nazar Jan)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Arghandaab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Numru tal-Passaport: OR 1961825 (maħruġ taħt l-isem Mullah Akhtar, passaport maħruġ fl-4 ta' Frar 2003 mill-Konsulat Afgan fi Quetta, il-Pakistan, skada 2 ta' Frar 2006). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007, (c) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(46)

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).

Indirizz: Miram Shah, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1975-1979. Informazzjoni oħra: (a) kmandant tal-operazzjonijiet tan-Netwerk ta' Haqqani u membru tax-shura tat-Taliban f'Miram Shah, (b) għen fit-tmexxija ta' attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani. Data tan-nomina min-NU:11.5.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Badruddin Haqqani huwa l-kmandant tal-operazzjonijiet għan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar tal-fundatur tiegħu Jalaluddin Haqqani, li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90. Badruddin huwa iben Jalaluddin u ħu Nasiruddin Haqqani u Sirajuddin Haqqani, kif ukoll in-neputi ta' Khalil Ahmed Haqqani.

 

Badruddin jgħin fit-tmexxija tar-ribelli assoċjati mat-Taliban u l-ġellieda barranin fl-attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan. Badruddin ipoġġi fuq ix-shura tat-Taliban f'Miram Shah, li għandha awtorità fuq l-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

 

Huwa maħsub ukoll li Badruddin huwa responsabbli għall-ħtif ta' nies għan-Netwerk ta' Haqqani. Huwa kien responsabbli għall-ħtif ta' bosta Afgani u ċittadini barranin fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

(47)

Ezatullah Haqqani Khan Sayyid (magħruf ukoll bħala Ezatullah Haqqani).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1957. Post tat-twelid: Distrett ta’ Alingar, Provinċja ta’ Laghman, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Peshawar mill-2008, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Ezatullah Haqqani kien oriġinarjament jidher fuq il-lista bħala Maulavi Ezatullah fit-23 ta' Frar 2001. Iż-żieda ta' "Haqqani" fuq il-lista saret fis-27 ta' Settembru 2007.

 

Mill-2009, Ezatullah Haqqani kien membru ta' Kunsill reġjonali tat-Taliban.

(48)

Jalaluddin Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani, (c) Jallalouddine Haqani).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Affarijiet tal-Fruntieri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1942; (b) Bejn wieħed u ieħor 1948. Post tat-twelid: (a) żona ta' Garda Saray, Distrett ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan; (b) Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani; Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani; (b Ħu Mohammad Ibrahim Omari u Khalil Ahmed Haqqani; (c) Mexxej attiv tat-Taliban, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Kap tax-Shura tat-Taliban f'Miram Shah fl-2008, (f) Jappartjeni għat-tribù Zadran. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Jalaluddin Haqqani għandu relazzjonijiet mill-qrib ma' Usama bin Laden u Mohammed Omar. Huwa missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u mexxej attiv tat-Taliban. Jalaluddin Haqqani kien ukoll il-kollegament bejn Al-Qaida u t-Taliban fl-2007. Huwa kien il-President tal-"Kunsill Miram Shah" tat-Taliban f'Ġunju 2008.

 

Kien oriġinarjament kmandant għall-Partit Iżlamiku Mwalawi Hezbi fil-provinċji ta' Khost, Paktika u Paktia. Aktar tard ingħaqad mat-Taliban u nħatar Ministru tal-Affarijiet tal-Fruntieri. Wara l-waqa' tar-reġim tat-Taliban, flimkien ma' elementi tat-Taliban u ta' Al-Qaida, huwa ħarab lejn it-tramuntana tal-Waziristan u beda' jerġa' jgħaqqad il-milizzji tiegħu għall-ġlieda kontra l-Gvern tal-Afganistan.

 

Haqqani ġie akkużat bl-involviment fl-attakki bil-bombi kontra l-Ambaxxata Indjana f'Kabul fl-2008 u bit-tentattiv tal-assassinju tal-President Karzai matul parata militari f'Kabul aktar kmieni l-istess sena. Haqqani kien ukoll implikat f'attakk fuq bini ministerjali f'Kabul fi Frar 2009.

(49)

Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani).

Titlu: Haji. Indirizz: (a) Peshawar, il-Pakistan; (b)Qrib Dergey Manday Madrasa fir-Raħal ta’ Dergey Manday, qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan, (c)Raħal ta’ Kayla qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan; (d)Raħal ta’ Sarana Zadran, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a)1.1.1966, (b) bejn l-1958 u l-1964. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan, (b) Qabel kien ivvjaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, Emirati Għarab Magħquda, (c) Ħu Jalaluddin Haqqani u ziju ta' Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU:9.2.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Khalil Ahmed Haqqani huwa membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li topera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani, li jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, twaqqaf minn ħu Khalil Haqqani, Jalaluddin Haqqani (TI.H.40.01.), li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90.

 

Khalil Haqqani jieħu sehem f'attivitajiet ta' ġbir ta' fondi f'isem it-Taliban u n-Netwerk ta' Haqqani, u ta' spiss jivvjaġġa barra mill-pajjiż biex jiltaqa' ma' persuni li jagħtu appoġġ finanzjarju. Minn Settembru 2009, Khalil Haqqani vvjaġġa lejn l-istati tal-Golf u ġabar fondi minn sorsi hemmhekk, kif ukoll minn sorsi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Asja.

 

Khalil Haqqani jipprovdi wkoll appoġġ lit-Taliban u lin-Netwerk ta' Haqqani li joperaw fl-Afganistan. Minn kmieni fl-2010, Khalil Haqqani pprovda fondi lil ċelloli tat-Taliban fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Fl-2009, Khalil Haqqani pprovda u kkontrolla madwar 160 kumbattenti fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan, u kien wieħed minn diversi persuni responsabbli għad-detenzjoni ta' priġunieri għedewwa maqbuda mit-Taliban u min-Netwerk ta' Haqqani. Khalil Haqqani ħa ordnijiet għal operazzjonijiet tat-Taliban minn Sirajuddin Haqqani, in-neputi tiegħu.

 

Khalil Haqqani aġixxa wkoll f'isem Al-Qaida u kellu konnessjoni mal-operazzjonijiet militari tagħha. Fl-2002, Khalil Haqqani skjera persunal biex issaħħu elementi ta' Al-Qaida fil-Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan.

(50)

Mohammad Moslim Haqqani Muhammadi Gul (magħruf ukoll bħala Moslim Haqqani).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Haj u tal-Affarijiet Reliġjużi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Gorgan, Distrett ta' Pul-e-Khumri, Provinċja ta' Baghlan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1136 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Pashtun Etniku mill-Provinċja ta’ Baghlan, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Moslim Haqqani kien ukoll Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja tar-reġim tat-Taliban. Din in-nomina żdiedet mal-Lista fit-18 ta' Lulju 2007.

(51)

Mohammad Salim Haqqani.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1966-1967. Post tat-twelid: Distrett ta’ Alingar, Provinċja ta’ Laghman, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kmandant ta' Ezatullah Haqqani Khan Sayyid f'Mar. 2010, (b) Membru tal-Kunsill Militari tat-Taliban f'Peshawar f'Ġunju 2010, (c) Jappartjeni għall-grupp etniku Pashai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fl-2006, Mohammad Salim Haqqani kien membru ta' kunsill tat-Taliban li ppjana attakki kontra l-forzi tal-gvern Afgan fil-Provinċja ta' Laghman, l-Afganistan. Huwa kien kmandant tat-Taliban għall-provinċja lejn tmiem l-2004.

(52)

Nasiruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Naseer Haqqani, (b) Dr. Naseer Haqqani, (c) Nassir Haqqani, (d) Nashir Haqqani, (e) Naseruddin, (f) Dr. Alim Ghair).

Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1970-1973. Post tat-twelid: Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Iben Jalaluddin Haqqani. Huwa vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

In-Netwerk ta' Haqqani huwa grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Huwa jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied subien il-kbar ta' Jalaluddin Haqqani, li wieħed minnhom huwa Nasiruddin Haqqani.

 

Nasiruddin Haqqani jaħdem bħala emissarju għan-Netwerk ta' Haqqani u jqatta' bosta mill-ħin tiegħu jiġbor il-fondi. Fl-2004, Haqqani vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija ma' assoċjat tat-Taliban biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa pprovda wkoll fondi fl-2004 lil militanti fl-Afganistan sabiex jiġu mfixkla l-elezzjonijiet presidenzjali Afgani. Mill-inqas bejn l-2005 u l-2008, Nasiruddin Haqqani ġabar fondi għan-Netwerk ta' Haqqani permezz ta' diversi vjaġġi għall-ġbir ta' fondi, inkluż matul vjaġġi regolari lejn l-Emirati Għarab Magħquda fl-2007 u permezz ta' vjaġġ ieħor għall-ġbir ta' fondi lejn stat ieħor tal-Golf fl-2008. Minn nofs l-2007, Haqqani kellu allegatament tliet sorsi prinċipali ta' finanzjament: donazzjonijiet mir-reġjun tal-Golf, traffikar ta' drogi, u ħlasijiet minn Al-Qaida. Lejn tmiem l-2009, Nasiruddin Haqqani rċieva bosta mijiet ta' eluf ta' dollari minn individwi assoċjati ma' Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija sabiex dawn jintużaw għall-attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

(53)

Sayyed Mohammed Haqqani (magħruf ukoll bħala Sayyed Mohammad Haqqani).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Kap tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta’ Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Chaharbagh, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Gradwat tal-Madrrassa ta' Haqqanija f'Akora Khattak, il-Pakistan, (b) Maħsub li kellu relazzjonijiet mill-qrib mal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammad Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2010, (e) Jappartjeni għat-tribù Barakzay. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Sayyed Mohammed Haqqani huwa alleat ma' Gulbbudin Hekmatyar u ilu bosta snin jappoġġa lil Mullah Mohammad Omar. Bħala Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim tat-Taliban, huwa ddistribwixxa karti tal-identità Afgani lil barranin marbuta ma' Al-Qaida li ġġieldu fl-Afganistan u ġabar ammont sinifikanti ta' fondi minn għandhom.

 

Sayyed Mohammed Haqqani ltaqa' diversi drabi ma' Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri u Farhad, is-segretarju ta' Mohammed Omar, fl-2003 u l-2004. Huwa fetaħ ħanut tal-kotba fil-bażar ta' Qissa Khwani, f'Peshawar, il-Pakistan, li kien implikat fil-finanzjament tat-Taliban. Sa Marzu 2009, hu kien għadu mexxej attiv tar-ribelli Talibani.

(54)

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Siraj Haqqani, (b) Serajuddin Haqani, (c) Siraj Haqani, (d) Saraj Haqani, (e) Khalifa).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Na’ib Amir (Viċi Kmandant). Indirizz: (a)Inħawi ta' Kela/inħawi ta' Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan; (b)Manba’ul uloom Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (c)Dergey Manday Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977/1978. Post tat-twelid: (a) Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (b) Raħal ta' Srana, Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (c) Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Khost, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mill-2004, kmandant prinċipali tal-operazzjonijiet fir-reġjuni tal-Lvant u n-Nofsinhar tal-Afganistan. (b) Iben Jallaloudine Haqani. (c) Jappartjeni għat-taqsima tas-Sultan Khel, it-tribù Zardan ta' Garda Saray tal-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:13.9.2007.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar prominenti, influwenti, karismatiċi u b'esperjenza fin-netwerk ta' Haqqani, grupp ta' ġellieda b'assoċjazzjoni mill-qrib kemm mat-Taliban kif ukoll ma' Al-Qaida, u kien wieħed mill-kmandanti prinċipali tal-operazzjonijiet tan-netwerk mill-2004.

 

Ħafna mis-setgħa u l-awtorità ta' Sirajuddin Haqqani ġejja minn missieru, Jalaluddin Haqqani, ex-Ministru tar-reġim tat-Taliban, li kien kmandant militari tat-Taliban u intermedjarju għal Al-Qaida u t-Taliban fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Matul il-kariga tiegħu bħala Ministru tar-reġim tat-Taliban, Jalaluddin Haqqani stabbilixxa rabtiet ferm mill-qrib ma' Al-Qaida.

 

Sirajuddin Haqqani għandu assoċjazzjonijiet qawwija mat-Taliban, li jipprovdulu finanzjament għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa jirċievi wkoll finanzjament minn diversi gruppi u individwi oħra, inklużi barunijiet tad-droga. Huwa intermedjarju ċentrali għall-operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan u attivitajiet ta' appoġġ fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Ir-rabtiet tiegħu mat-Taliban saru pubbliċi f'Mejju 2006 minn Mullah Dadullah, f'dak iż-żmien wieħed mill-ogħla kmandanti militari tat-Taliban, li ddikjara li ħadem ma' Sirajuddin Haqqani u ppjana operazzjonijiet miegħu. Huwa għandu wkoll rabtiet ma' Jaish-i-Mohammed.

 

Sirajuddin Haqqani huwa attivament involut fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta' attakki mmirati konta l-Forzi Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF), uffiċjali u pajżana Afgani, prinċipalment fir-reġjuni tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afganistan. Huwa jirrekluta wkoll u jibgħat regolarment ġellieda fil-Provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika fl-Afganistan.

 

Sirajuddin Haqqani kien involut fl-attakk suwiċida bil-bombi kontra xarabank tal-Akkademja tal-Pulizija f'Kabul fit-18 ta' Ġunju 2007 fejn inqatlu 35 uffiċjal tal-pulizija.

(55)

Abdul Hai Hazem Abdul Qader (magħruf ukoll bħala Abdul Hai Hazem)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: L-Ewwel Segretarju, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Quetta, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Raħal ta' Pashawal Yargatoo, Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 0001203 (Passaport Afgan). Indirizz: (a)Raħal ta' Iltifat, Distrett ta' Shakardara, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan, (b)Żona ta' Puli Charkhi, Distrett Numru 9, Belt ta' Kabul, Provinċja ta' Kabul. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(56)

Hidayatullah (magħruf ukoll bħala Abu Turab)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili u t-Turiżmu taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:8.3.2001.

(57)

Abdul Rahman Ahmad Hottak (magħruf ukoll bħala Hottak Sahib)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru (Kulturali) tal-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim tat-Taliban; (b) Kap tad-Dipartiment Konsulari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1957. Post tat-twelid: Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(58)

Najibullah Haqqani Hidayatullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Finanzi tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1964, (b) 1969. Post tat-twelid: Raħal ta' Moni, Distrett ta' Shigal, Provinċja ta' Kunar. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kuġin ta' Moulavi Noor Jalal, (b) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Laghman minn tard fl-2010. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Najibullah Haqqani Hydayetullah kien ukoll Viċi Ministru tal-Finanzi tar-reġim tat-Taliban. Din in-nomina żdiedet mal-Lista fit-18 ta' Lulju 2007. Fis-27 ta' Settembru 2007, dan l-isem fuq il-lista ġie aġġornat biex tneħħiet in-nomina oriġinali ta' "Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim tat-Taliban".

 

Najibullah Haqqani Hydayetullah kien membru tal-Kunsill tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Kunar, l-Afganistan, f'Mejju 2007. Huwa kuġin ta' Noor Jalal.

 

F'Ġunju 2008, it-tmexxija tat-Taliban ħatritu bħala l-persuna responsabbli għall-attività militari fil-Provinċja ta’ Kunar.

(59)

Gul Agha Ishakzai (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Gul Agha (b) Mullah Gul Agha Akhund (c) Hidayatullah (d) Haji Hidayatullah (e) Hayadatullah)

Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1972. Post tat-twelid: Band-e-Timor, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru ta' Kunsill tat-Taliban li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b) Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban, (c) Assoċjat ma' Mullah Mohammed Omar, (d) Kien l-uffiċċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu, (e) Jappartjeni għat-tribù Ishaqzai. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Gul Agha Ishakzai huwa l-kap tal-kummissjoni finanzjarja tat-Taliban u jagħmel parti minn kunsill Taliban maħluq reċentement li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Huwa ġabar ukoll flus għal attakki suwiċidi f'Kandahar, l-Afganistan, u kien involut fil-ħruġ ta' fondi għal ġellieda Talibani u l-familji tagħhom.

 

Gul Agha Ishakzai, ħabib tat-tfulija tal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammed Omar, kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu. Kien hemm żmien meta ħadd ma kellu l-permess jiltaqa' ma' Mullah Omar mingħajr l-approvazzjoni tiegħu. Huwa għex fil-palazz presidenzjali ma' Omar matul ir-reġim tat-Taliban.

 

F'Diċembru 2005, Gul Agha Ishakzai ffaċilita l-moviment ta' persuni u merkanżija lejn il-kampijiet ta' taħriġ tat-Taliban; lejn tmiem l-2006 huwa vvjaġġa barra mill-pajjiż biex jikseb partijiet għall-armi.

(60)

Qudratullah Jamal (magħruf ukoll bħala Haji Sahib).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Informazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Gardez, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban fl-2010; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'April 2009, it-tmexxija tat-Taliban ħabbret li Qudratullah Jamal kien ġie nkarigat bħala l-Uffiċjal ta' Kollegament tagħha għas-sostenituri u l-ħbieb tagħha fid-dinja kollha.

(61)

Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad (magħruf ukoll bħala Saleh Mohammad).

Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1962, (b) 1961. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nulgham, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Sangesar, Distrett ta' Panjway, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk organizzata ta' kuntrabandu fil-provinċji ta' Kandahar u Helmand, l-Afganistan, (b) Qabel ħaddem laboratorji ta' pproċessar ta' eroina f'Band-e-Timor, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Kien proprjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Mirwais Mena, Distrett ta' Dand fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (d) Arrestat fl-2008-2009 u nżamm taħt kustodja fl-Afganistan fl-2011, (e) Konness biż-żwieġ ma' Mullah Ubaidullah Akhund, (f) Jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Saleh Mohammad Kakar huwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzata ta' kuntrabandu fil-Provinċji ta' Kandahar u Helmand, l-Afganistan, li kienet tissodisfa l-ħtiġijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar ħaddem laboratorji ta' pproċessar ta' eroina fl-inħawi ta' Band-e-Timor tal-Provinċja ta' Kandahar, li kienu protetti mit-Taliban.

 

Kakar kien f'kuntatt ma' mexxejja anzjani tat-Taliban, ġabar flus kontanti f'isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi, u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil membri anzjani tat-Taliban. Huwa kien ukoll responsabbli biex jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f'isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Kakar kien proprjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Kandahar u pprovda lit-Taliban b'vetturi biex jintużaw f'attakki suwiċidi.

(62)

Rahmatullah Kakazada (magħruf ukoll bħala (a) Rehmatullah, (b) Kakazada, (c) Mullah Nasir).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi, Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Zurmant, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000952 (passaport Afgan maħruġ fis-7.1.1999). Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan, minn Mejju 2007, (b) Kap ta' netwerk tal-intelligence, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Suleimankheil. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(63)

Abdul Rauf Khadem (magħruf ukoll bħala Mullah Abdul Rauf Aliza).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kmandant tal-Korp Ċentrali taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn l-1958 u l-1963, (b) Bejn wieħed u ieħor 1970. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Azan, Distrett ta' Kajaki, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban fi Quetta fl-2009, (b) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, fl-2011. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Il-Korpi Ċentrali ġew taħt il-Ministeru tad-Difiża tar-reġim tat-Taliban.

 

Abdul Rauf Khadem kien il-membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Logar fl-2009.

 

Abdul Rauf Khadem kien il-kmandant militari ġenerali ta' diversi provinċji fl-Afganistan.

(64)

Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah, (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa).

Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Herat (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) kelliem tar-reġim tat-Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim tat-Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1963, (b)1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Arghistan, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Kandahar Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010, (b) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(65)

Abdul Razaq Akhund Lala Akhund.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Kap tal-pulizija ta' Kabul taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, fl-inħawi fil-fruntiera mad-Distrett ta' Chaman, Quetta, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2008, (b) Viċi ta' Mullah Mohammed Omar f'Marzu 2010, (c) Involut fit-traffikar ta' drogi, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(66)

Jan Mohmmad Madani.

Titlu: Sur Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Chargé d'Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Post tat-twelid: Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(67)

Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani (b) Zaia u Rahman Madani (c) Madani Saheb (d) Diya’ al-Rahman Madani)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1960. Post tat-twelid: Taliqan, Provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar ta' drogi, (b) Membru tat-Taliban responsabbli għal affarijiet militari fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, minn Mejju 2007, (c) Iffaċilita l-ġbir ta' fondi fil-Golf f'isem it-Taliban mill-2003, (d) Iffaċilita wkoll laqgħat bejn uffiċċjali tat-Taliban u persuni għonja li jagħtu appoġġ u għamel arranġamenti biex aktar minn tnax-il individwu jivvjaġġaw lejn Kabul, l-Afganistan, għal attakki suwiċidi, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(68)

Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor (b) Wali Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Miram Shah minn Mejju 2007, (b) Membru tal-Qorti Suprema tat-Taliban u Kap tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill fl-2009, (c) Kmandant tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan mill-2010, (d) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afghanistan minn tard fl-2009, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (f) Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai). Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Latif Mansur kien membru tal-"Kunsill Miram Shah" tat-Taliban f'Mejju 2007. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban min-nofs l-2009. F'Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.

(69)

Mohammadullah Mati (magħruf ukoll bħala Mawlawi Nanai).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1961. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef sieq waħda fis-snin 80, (b) Kap interim tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Frar sa April 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Isakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammadullah Mati kien ukoll Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban taħt l-isem "Ahmadullah Mutie".

(70)

Matiullah.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Direttur, Dwana ta' Kabul taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1973. Post tat-twelid: Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(71)

Abdul Quddus Mazhari ( magħruf ukoll bħala Akhtar Mohammad Maz-hari).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tal-Edukazzjoni, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Provinċja ta' Kunduz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz:Kushal Khan Mena, Distrett Nru 5, Kabul, l-Afganistan. Nru tal-Passaport: SE 012820 (passaport Afgan maħruġ fl-4.11.2000). Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(72)

Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta' Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern tat-Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta' taħrig ta' Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kellu għarfien li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta' suldati lit-Taliban.

 

Huwa kien kmandant ta' madwar 3,000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta' Takhar f'Ottubru 2001.

(73)

Nazar Mohammad.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(74)

Mohammad Homayoon Mohammad Yonus Kohistani (magħruf ukoll bħala Mohammad Homayoon Kohistani).

Titlu: Inġinier. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Ilma u d-Dawl taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid:1 ta' Frar 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Kohistan, Provinċja ta’ Kapisa, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 446963 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Indirizz:It-Tmien Triq, Żona Taymani, Distrett Nru 4, Kabul, l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(75)

Mohammad Shafiq Mohammadi.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Gvernatur Ġenerali tal-Provinċji ta' Paktia, Paktika, Khost u Ghazni taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1948. Post tat-twelid: Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra:(a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(76)

Abdul Kabir Mohammad Jan (magħruf ukoll bħala A. Kabir).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill taħt il-Ministri tar-reġim tat-Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Nangarhar taħt ir-reġim tat-Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Pul-e-Khumri jew Baghlan Jadid, Provinċja ta' Baghlan, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f'operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Zadran. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija tat-Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f'Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari taż-żona tal-Lvant f'Ottubru 2007

(77)

Mohammad Rasul Ayyub (magħruf ukoll bħala Gurg).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Nimroz (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Robat, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban fi Quetta, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzay. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(78)

Mohammad Wali.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1965. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Jelawur, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan; (b) Raħal ta' Siyachoy, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrappurtat deċedut, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban, Mohammad Wali ta' spiss uża t-tortura u mezzi oħra biex jintimida l-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fit-Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim tat-Taliban.

(79)

Mohammad Yaqoub.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Informazzjoni Bakhtar (BIA) taħt ir-reġim tat-Taliban. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Shahjoi, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mill-2009, Mohammad Yaqoub kien membru prinċipali tat-Taliban fid-distrett ta' Yousef Khel fil-provinċja ta' Paktika.

(80)

Amir Khan Motaqi (magħruf ukoll bħala Amir Khan Muttaqi).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Rappreżentant tat-Taliban f'taħditiet immexxija min-NU taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan (b) Raħal ta' Shin Kalai, Distrett ta' Nad-e-Ali, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2007, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Sulaimankhel. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Amir Khan Motaqi kien ukoll rappreżentant tat-Taliban f'taħditiet immexxija min-Nazzjonijiet Uniti matul ir-reġim tat-Taliban.

 

Amir Khan Motaqi huwa kkunsidrat bħala membru prominenti tat-Taliban u kien ukoll Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura matul ir-reġim tat-Taliban. Amir Khan Motaqi kien membru ta' Kunsill reġjonali tat-Taliban f'Ġunju 2007.

(81)

Abdulhai Motmaen.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Kelliem tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Shinkalai, Distrett ta' Nad-e-Ali, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan; (b) Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u kelliem għal Mullah Mohammed Omar minn Ġunju 2007, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdulhai Motmaen kien il-kelliem anzjan għat-Taliban u kien iwassal dikjarazzjonijiet tat-Talibani dwar il-politika barranija. Huwa kien ukoll assoċjat qrib ta' Mohammed Omar.

(82)

Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb).

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Ghorak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Nesh, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(83)

Najibullah Muhammad Juma (magħruf ukoll bħala Najib Ullah).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1958. Post tat-twelid: Żona ta' Zere Kohi, Distrett ta' Shindand, Provinċja ta' Farah, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: 000737 (passaport Afgan maħruġ fl-20.10.1996). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Militari tat-Taliban f'Peshawar fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(84)

Mohammad Naim Barich (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Spen Zrae).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Avjazzjoni Ċivili tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Lakhi, Żona ta' Hazarjuft, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (b) Raħal ta' Laki, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (c) Raħal ta' Lakari, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (d) Darvishan, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (e) Raħal ta' De Luy Wiyalah, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Gerd-e-Jangal tat-Taliban minn Ġunju 2008, (b) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban minn Marzu 2010, (c) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan mill-2008, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Barich. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-"Kunsill Gerdi Jangal" Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta' Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan.

(85)

Nik Mohammad.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: Raħal ta' Zangi Abad, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjena għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nik Mohammad ġie inkluż fil-lista fil-31 ta' Jannar 2001 bħala Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban, b'hekk jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rigward atti u attivitajiet tal-awtoritajiet Talibani.

(86)

Hamdullah Nomani.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. (b) Sindku tal-Belt Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Raħal ta' Sipayaw, Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(87)

Mohammad Aleem Noorani.

Titlu: Mufti. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: L-ewwel Segretarju, Konsulat Ġenerali Taliban, Karachi, Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(88)

Nurullah Nuri (magħruf ukoll bħala Norullah Noori).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1958, (b) l-1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: Distrett ta' Shahjoe, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010, (b) Jappartjeni għat-tribù Tokhi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(89)

Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balk taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a)Distrett ta' Pashtoon Zarghoon, Provinċja ta' Herat, l-Afganistan, (b) raħal ta' Sardar, Distrett ta' Kohsan, il-Provinċja Heart, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Herat, Farah u Nimroz min-nofs tal-2009, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u s-Shura tal-Quetta, (c) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntieri bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Niazi, (e) Involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Abdul Manan Nyazi kien ukoll kelliem tat-Taliban u mbagħad Gvernatur Provinċjali ta' Mazar-e-Sharif u l-provinċji ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban.

 

Abdul Manan Nyazi kien kmandant anzjan Taliban fil-Punent tal-l-Afganistan, li kien jopera fil-provinċji ta' Farah, Herat u Nimroz, min-nofs l-2009.

 

Abdul Manan Nyazi kien membru ta' kunsill reġjonali Taliban u maħtur bħala l-gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Herat f'Mejju 2010.

 

Abdul Manan Nyazi huwa kmandant Taliban involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-l-Afganistan.

(90)

Mohammed Omar.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul-Mumineen”), l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1966, (b) 1960, (c) 1953. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (b) raħal ta' Noori, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) L-għajn tax-xellug nieqsa, (b) Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Mohammad Omar għandu t-titolu ta' "Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-l-Afganistan" u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden u lin-netwerk tal-Al-Qaida tiegħu fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa kien ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-l-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-l-Afganistan mill-2001.

 

Mohammed Omar jikkmanda lill-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani. Gulbuddin Hekmatyar ikkoopera wkoll ma' Mohammed Omar u t-Taliban.

(91)

Abdul Jabbar Omari. (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Jabar (b) Muawin Jabbar)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Baghlan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Zabul fl-2008, (b) Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Jabbar Omari, minn Ġunju 2008, ħadem bħala viċi għal Amir Khan Haqqani u bħala kmandant ta' grupp armat fid-distrett ta' Siuri fil-provinċja ta' Zabul. F'Ġunju 2008, bil-ħsieb li ssaħħaħ l-attività tagħhom fiż-żona, it-tmexxija Talibana ħatritu shadow Gvernatur għall-provinċja ta' Zabul.

(92)

Mohammad Ibrahim Omari. (magħruf ukoll bħala Ibrahim Haqqani)

Titlu: Alhaj. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet tal-Fruntieri taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Garda Saray, Provinċja ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Ħu Jalaluddin Haqqani. Hu maħsub li qiegħed fl-l-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(93)

Nooruddin Turabi Muhammad Qasim (magħruf ukoll bħala (a)Noor ud Din Turabi (b) Haji Karim).

Titlu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ġustizzja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1963; (b) Bejn wieħed u ieħor 1955, (c) Bejn wieħed u ieħor 1956. Post tat-twelid: (a) Id-Distrett Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afgsnistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (c) Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan Province, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Viċi għal Mullah Mohammed Omar. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nooruddin Turabi Muhammad Qasim kien maħtur bħala kmandant militari Taliban fl-l-Afganistan min-nofs l-2009. Huwa kien maħtur bħala viċi għall-mexxej suprem Taliban Mohammed Omar u pparteċipa fil-laqgħat Talibani tax-shura sa mill-bidu tal-2009.

(94)

Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb).

Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Id-Distrett ta' Darzab, Provinċja ta' Faryab, l-Afganistan, (b) Id-Distrett ta' Qush Tepa, Provinċja ta' Jawzjan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Jawzjan fl-l-Afganistan tat-Tramuntana sal-2008, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Minn Mejju 2007, it-tmexxija Talibana poġġiet lil Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul responsabbli mill-provinċja ta' Jawzujan. Huwa kien ukoll il-membru Taliban responsabbli mill-l-Afganistan tat-Tramuntana minn Mejju 2007. Huwa maħsub li huwa involut fit-traffikar tad-drogi.

(95)

Abdul Ghafar Qurishi Abdul Ghani (magħruf ukoll bħala Abdul Ghaffar Qureshi).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tar-Ripatriazzjoni, fl-Ambaxxata tat-Taliban f'Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1970, (b) 1967. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Turshut, Distrett ta' Warduj, Provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000933 (passaport Afgan maħruġ f'Kabul fit-13 ta' Settembru 1998). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 55130 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Indirizz:It-Taqsima Khairkhana Numru 3, Kabul, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar tad-drogi, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(96)

Yar Mohammad Rahimi.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Komunikazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1953. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Talugan, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2009, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(97)

Mohammad Hasan Rahmani (magħruf ukoll bħala Gud Mullah Mohammad Hassan).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandahar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid:(a) Id-Distrett Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (b) Id-Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Għandu riġlejh tal-lemin prostetika, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u viċi tal-Mullah Mohammed Omar minn Marzu 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan (d) Jappartjeni għat-tribù Achakzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(98)

Habibullah Reshad.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni, Ministeru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Waghaz, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap (Intelligence) tal-Kunsill Militari Quetta mill-2009, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(99)

Abdulhai Salek

Titlu: Maulavi Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Uruzgan taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Chaki Wardak, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrappurtat deċedut, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Wardak. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

(100)

Hamdullah Sunani (magħruf ukoll bħala Sanani)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dar-ul-Efta (Dipatiment tal-Fatwa) tal-Qorti Suprema taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u l-ieħor 1923. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Dai Chopan, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrappurtat deċedut f'Diċembru 2001, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-pożizzjoni ta' Sanani bħala Kap tad-Dar-ul-Efta ġiet taħt il-Qorti Għolja taħt ir-reġim Taliban.

(101)

Noor Mohammad Saqib.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Prim Imħallef tal-Qorti Suprema taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: (a) Id-Distrett ta' Bagrami, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan, (b) Iż-żona Tarakhel, Distrett ta' Deh Sabz, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Noord Mohammed Saqib huwa membru tat-tmexxija Talibana u kap tal-Kumitat Reliġjuż tagħha, li jaġixxi bħala fergħa ġudizzjarja tat-Taliban.

(102)

Ehsanullah Sarfida Hesamuddin Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ehsanullah Sarfadi (b) Ehsanullah Sarfida)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1962-1963. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Min-nofs l-2007, huwa pprovda appoġġ lit-Taliban fil-forma ta' armi u flus, (b) Jappartjeni għat-tribù Taraki. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Ehsanullah Sarfida kien ukoll President tal-Bank Ċentrali tat-Taliban. Aktar tard, huwa nħatar bħala l-Amministratur Taliban tal-Provinċji Maħtufa. Ehsanullah Sarfida kien membru tax-Shura Interna Talibana.

 

Ehsanullah Sarfida kien affiljat tal-Al-Qaida li pprovda appoġġ lit-Taliban fil-forma ta' armi u flus. Huwa kien il-kap tad-distrett ta' Marja, il-provinċja ta' Helmand, l-l-Afganistan, f'nofs l-2007.

(103)

Saduddin Sayyed (magħruf ukoll bħala (a) Sadudin Sayed, (b) Sadruddin).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Alhaj, (c) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali taħt ir-reġim Taliban, (b) Sindku tal-Belt ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Chaman, Pakistan. (b) Id-Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Barakzai Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saduddin Sayyed serva wkoll bħala Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali taħt ir-reġim Taliban. Il-Lista ġiet aġġornata fit-8 ta' Marzu 2001 biex tirrifletti dan.

(104)

Abdul Wali Seddiqi.

Titlu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, Konsulat Ġenerali Taliban, Peshawar, Pakistan. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Raħal ta' Zilzilay, Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000769 (passaport Afgan maħruġ fit-2.2.1997). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-l-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(105)

Abdul Wahed Shafiq.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(106)

Said Ahmed Shahidkhel.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) F'Lulju 2003 kien miżmum taħt kustodja f'Kabul, l-Afganistan, (b) Rilaxxat minn taħt il-kustodja fl-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Andar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(107)

Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala (a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (c) Akhtar Mohammad Mansoor, (d) Naib Imam).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u l-ieħor 1960, (b) 1966. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Band-e-Timor, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: SE-011697 (numru tal-passaport Afgan maħruġ fil-25 ta' Jannar 1988 f'Kabul, skada fit-23 ta' Frar 2000). Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar tad-drogi mill-2011, primarjament permezz tal-Gerd-e- Jangal, l-Afganistan, (b) Attiv fil-provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan minn Mejju 2007, (c)"Gvernatur" tat-Taliban ta' Kandaharas minn Mejju 2007, (d) Viċi għall-Mullah Abdul Ghani Baradar fil-Kunsill Suprem tat-Taliban mill-2009, (e) uffiċjal tat-Taliban responsabbli għal erba' provinċji fin-nofsinhar tal-l-Afganistan, (f) Wara l-arrest tal-Mullah Baradar fi Frar 2010 hu kien temporanjament - responsabbli għall-Kunsill Suprem tat-Taliban, (g) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (h) Jappartjeni għat-tribù Ishagzay. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed huwa membru prominenti tat-tmexxija Talibana. Huwa kien ripatrijat lejn l-l-Afganistan f'Settembru 2006 wara detenzjoni fil-Pakistan. Huwa involut fit-traffikar tad-drogi u kien attivi fil-provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika fl-l-Afganistan minn Mejju 2007. Huwa kien ukoll il-“Gvernatur” Taliban ta' Kandahar minn Mejju 2007.

 

Huwa kien b'mod attiv involut f'attività antigovernattiva, b'mod partikolari, kien jirrekluta individwi mat-Taliban biex jiġġieldu kontra l-Gvern Afgan u l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà.

 

Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed kien il-viċi kap tax-shura Talibana suprema min-nofs l-2009. Huwa membru tal-kunsill tat-tmexxija Taliban u kien assenjat ir-rwol ta' Kap tal-Affarijiet Militari tal-"Kunsill Gerdi Jangal" Taliban qabel ma nħatar bħala viċi għal Mohammed Omar f'Marzu 2010. Fl-2010, Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed kien direttament responsabbli mill-attivitajiet Talibani f'erba' provinċji fin-Nofsinhar tal-Afganistan u kien maħtur bħala kap tax-shura ċivili Talibana mill-bidu tal-2010.

(108)

Shamsuddin (magħruf ukoll bħala Pahlawan Shamsuddin).

Titlu: (a) Maulavi; (b) Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan) (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Keshim, Provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(109)

Mohammad Sharif Masood Mohammad Akbar.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Kap tal-Akkademja tal-Pulizija, Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1958. Post tat-twelid: Raħal ta' Uzba, id-Distrett Jaghatu, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 4156 (Karta ta' identifikazzjoni nazzjonali (tazkira) maħruġa fit-13 ta' Awwissu 1996). Indirizz:Kushal Khan Mena, id-Distrett Nru 5, Kabul, l-l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kap tal-Persunal għall-Viċi tal-Affarijiet Amministrattivi tal-Ministeru tal-Akkademja Interna tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-l-Afganistan f'Kabul mill-2011, (b) Jappartjeni għat-tribù Masud. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(110)

Shams Ur-Rahman Abdurahman (magħruf ukoll bħala (a) Shamsurrahman (b) Shams-u-Rahman (c) Shamsurrahman Abdurahman).

Titlu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: Raħal ta' Waka Uzbin, Distrett ta' Sarobi, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'Ġunju 2007, Shams ur-Rahman Sher Alam kien il-membru Taliban responsabbli mill-provinċja ta' Kabul. Huwa kien responsabbli mill-operazzjonijiet militari tat-Taliban f'Kabul u fil-madwar tiegħu u kien involut f'ħafna attakki.

(111)

Abdul Ghafar Shinwari

Titlu: Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi, Pakistan. Data tat-twelid:29.3.1965. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000763 (maħruġ fid-9.1.1997). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Safi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(112)

Mohammad Sarwar Siddiqmal Mohammad Masood (magħruf ukoll bħala Mohammad Sarwar Siddiqmal)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, Ambaxxata Talibana, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Jani Khel, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 19657 (karta ta' identifikazzjoni Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Mangal. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(113)

Sher Mohammad Abbas Stanekzai Padshah Khan.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tas-Saħħa Pubblika taħt ir-reġim Taliban. (b) Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Qala-e-Abbas, iż-żona Shah Mazar, Distrett ta' Baraki Barak, Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Hu maħsub li jinsab fl-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(114)

Ahmad Taha Khalid Abdul Qadir.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Paktia (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Il-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Khost, l-Afganistan, (c) Raħal ta' Siddiq Khel, Distrett ta' Naka, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Nangarhar mill-2011, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Zadran. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Taha kien ukoll Gvernatur taħt ir-reġim Taliban fil-provinċja ta' Kunar fl-aħħar tal-2001. Huwa kien responsabbli mill-Provinċja ta' Wardak għat-Taliban f'Settembru 2009.

(115)

Tahis (magħruf ukoll bħala Tahib).

Titlu: Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(116)

Abdul Raqib Takhari.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tar-Ripatrijazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Takhar u Badakhshan f'Diċembru 2009 (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(117)

Walijan.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Jawzjan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Quetta, Pakistan; (b) Provinċja ta' Nimroz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tas-Shura Talibana Gerd-e-Jangal u Kap tal-Kumitat Taliban tal-Ħabsin u r-Refuġjati, (b) Jappartjeni għat-tribù Ishaqzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(118)

Nazirullah Hanafi Waliullah (magħruf ukoll bħala Nazirullah Aanafi Waliullah).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Kummerċjali, Ambaxxata Talibana, Islamabad, Pakistan. Data tat-twelid: 1962. Post tat-twelid: Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000912 (passaport Afgan maħruġ fit-30.6.1998). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(119)

Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala Abdul-Haq Wasseq).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1975, (b) 1971. Post tat-twelid: Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt kustodja fl-Istati Uniti tal-Amerika mill-2011. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma' Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, huwa kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta' Nimroz u ta' Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence u rrapporta lil Qari Ahmadullah. F'din il-funzjoni, huwa kien responsabbli għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet ma' ġellieda barranin marbuta ma' Al-Qaida u l-kampijiet ta' taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Huwa kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-oppożituri tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan.

(120)

Mohammad Jawad Waziri.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Dipartiment tan-NU, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Wazir. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(121)

Sangeen Zadran (magħruf ukoll bħala (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh)

Titlu: a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi) b) Mullah. Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor 1976 b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Post tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta' Ziruk, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Shadow Gvernatur għall-provinċja ta' Paktika, l-l-Afganistan, u kmandant tan-Netwerk Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afgansitan u l-Pakistan. Logutenent Anzjan għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU:16.08.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta' Haqqani. In-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-l-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta' profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani Sirajuddin Haqqani.

 

Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta' ġellieda f'attakki fix-Xlokk kollu tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta' ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f'bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED).

 

Barra mir-rwol tiegħu f'dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta' Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

(122)

Abdul Rahman Zahed (magħruf ukoll bħala Abdul Rehman Zahid).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Kharwar, Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(123)

Mohammad Zahid.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, Ambaxxata Talibana, Islamabad, Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 001206 (maħruġ fis-17.7.2000). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(124)

Faizullah Khan Noorzai (magħruf ukoll bħala (a) Hajji Faizullah Khan Noorzai, (b) Haji Faizuulah Khan Norezai, (c) Haji Faizullah Khan, (d) Haji Fiazullah, (e) Haji Faizullah Noori, (f) Haji Faizullah Noor, (g) Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan (h) Haji Pazullah Noorzai, (i) Haji Mullah Faizullah).

Titlu: Haji. Indirizz:Triq Boghra, Raħal ta' Miralzei, Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1962, (b) 1961, (c) bejn1968 u1970. Post tat-twelid: (a) Lowy Kariz, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Kadanay, Distrett ta' Spin Boldak Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier prominenti Taliban. (b) Minn nofs l-2009, ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku lill-ġellieda Talibani; ġabar fondi għat-Taliban, u pprovda taħriġ għalihom, fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan. (c) Qabel organizza u ffinanzja operazzjonijiet Talibani fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. (d) Mill-2010, ivvjaġġa lejn u kellu negozji f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Ġappun. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai, is-sottotribù Miralzai. (f) Ħu Malik Noorzai. (g) Isem il-missier huwa Akhtar Mohammed (magħruf bħala: Haji Mira Khan). Data tan-nomina min-NU:04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan serva bħala finanzier prominenti Taliban li miegħu investew fondi l-mexxejja kbar Talibani. Huwa ġabar aktar minn USD 100,000 għat-Taliban mid-donaturi fil-Golf u fl-2009 ta somma mill-flus tiegħu stess. Huwa appoġġa finanzjarjament ukoll lill-kmandant Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar u pprovda fondi biex jgħin fit-taħriġ tal-ġellieda Talibani u tal-Al-Qaida li kellhom imexxu l-attakki kontra l-Koalizzjoni u l-forzi militari Afgani. Minn nofs l-2005, Faizullah organizza u ffinanzja operazzjonijiet tat-Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-Afganistan. Minbarra l-appoġġ finanzjarju tiegħu, Faizullah iffaċilita b'mod ieħor it-taħriġ u l-operazzjonijiet Talibani. Min-nofs l-2009, Faizullah ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku għall-ġellieda Talibani min-Nofsinhar tal-Afganistan. Minn nofs l-2008, Faizullah kien responsabbli għall-akkomodazzjoni ta' qattiela suwiċidi bil-bombi Talibani u li jittrasferihom mill-Pakistan għall-Afganistan. Faizullah ipprovda wkoll missili kontra inġenji tal-ajru għat-Taliban, għen biex imexxi lill-ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-Afganistan, iffaċilita l-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani, u ta radji u vetturi lill-membri Talibani fil-Pakistan.

 

Min-nofs l-2009, Faizullah mexxa madrassa (skola reliġjuża) fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, fejn inġabru għexieren ta' eluf ta' dollari għat-Taliban. L-artijiet tal-madrassa ta' Faizullah intużaw biex jipprovdu taħriġ għall-ġellieda tat-Taliban fil-bini u l-użu ta' apparat splussiv improvizzat (IEDs). Tard fl-2007, il-madrassa ta' Faizullah serviet biex tħarreġ lill-ġellieda tal-Al-Qaida li iktar tard intbagħtu fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-l-Afganistan.

 

Fl-2010, Faizullah kellu uffiċini u possibbilment proprjetajiet, inklużi lukandi, f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Faizullah ivvjaġġa regolarment lejn id-Dubai u l-Ġappun ma' ħuh, Malik Noorzai, biex jimporta karozzi, partijiet tal-karozzi, u ħwejjeġ. Mill-bidu tal-2006, Faizullah kellu negozji fid-Dubai u fil-Ġappun.

(125)

Malik Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Malik Noorzai, (b) Hajji Malak Noorzai, (c) Haji Malek Noorzai, (d) Haji Maluk, (e) Haji Aminullah).

Titlu: Haji. Data tat-Twelid: (a) 1957, (b) 1960. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier Taliban. (b) Għandu negozji fil-Ġappun u jivvjaġġa spiss lejn id-Dubai, l-Emirati Għarab Maqgħuda, u l-Ġappun. (c) Mill-2009, iffaċilita l-attivitajiet Talibani, inkluż permezz tar-reklutaġġ u l-forniment ta' appoġġ loġistiku. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai. (f) Ħu Faizullah Khan Noorzai. Data tan-nomina min-NU:04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Malik Noorzai huwa negozjant ibbażat fil-Pakistan li pprovda appoġġ finanzjarju lit-Taliban. Malik u ħuh, Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan, investew miljuni ta' dollari f'diversi negozji għat-Taliban. Tard f-2008, ir-rappreżentanti tat-Taliban ikkuntattjaw lil Malik bħala negozjant li miegħu jinvestu fondi Talibani. Sa mill-inqas l-2005, Malik ikkontribwixxa personalment ukoll għexieren ta' eluf ta' dollari u qassam mijiet ta' eluf ta' dollari lit-Taliban, li uħud minnhom inġabru minn donaturi fir-reġjun tal-Golf u l-Pakistan u uħud minnhom kienu l-flus ta' Malik stess. Malik kien responsabbli għal kont hawala fil-Pakistan li rċieva għexieren ta' eluf ta' dollari trasferiti mill-Golf kull ftit xhur biex jiġu appoġġati l-attivitajiet Talibani. Malik iffaċilita wkoll attivitajiet Talibani. Mill-2009, Malik kien serva bħala l-kap gwardjan ta' madrassa (skola reliġjuża), għal 16-il sena fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, li ntużat mit-Taliban għall-indottrinazzjoni u t-taħriġ ta' rekluti. Fost affarijiet oħra, Malik ta l-fondi li appoġġaw il-madrassa. Malik, flimkien ma' ħuh, kellu rwol fil-ħżin ta' vetturi li jintużaw fl-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani u għen biex imexxi ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-l-Afganistan. Malik għandu negozji fil-Ġappun u ta' spiss iżur id-Dubai u l-Ġappun għan-negozju. Sa mill-bidu tal-2005, Malik kellu negozju tal-importazzjoni tal-vetturi fl-l-Afganistan li importa vetturi minn Dubai u l-Ġappun. Huwa importa karozzi, parts tal-karozzi u ħwejjeġ minn Dubai u l-Ġappun għan-negozji tiegħu, li fihom investew żewġ kmandanti Talibani. F'nofs l-2010, Malik u ħuh assiguraw ir-rilaxx ta' mijiet ta' kontejners tal-merkanzija, irrappurtati li jiswew miljuni ta' dollari, li l-awtoritajiet Pakistani ssekwestraw iktar kmieni dik is-sena għax kienu tal-fehma li r-riċevituri kellhom konnessjoni mat-terroriżmu.

(126)

Abdul Aziz Abbasin (magħruf ukoll bħala: Abdul Aziz Mahsud).

Data tat-Twelid: 1969. Post tat-Twelid: Ir-Raħal ta' Sheykhan Village, iż-Żona Pirkowti, Distrett ta' Orgun, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni fin-Netwerk Haqqani taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. (b) Shadow Governor Taliban mDistrett ta' Orgun, Provinċja ta' Paktika, fl-Afganistan mill-bidu tal-2010. (c) Opera kamp ta' taħriġ għal ġellieda mhux Afgani fil-Provinċja ta' Paktika. (d) Kien Involut fit-trasport ta' armi lejn l-l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Aziz Abbasin huwa kmandant ewlieni fin-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mil-Lvant tal-l-Afganistan u l-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Sa minn kmieni fl-2010, Abbasin irċieva ordnijiet minn Sirajuddin Haqqani u nħatar minnu biex iservi bħala shadow governor Taliban tad-Distrett Orgun, Provinċja ta' Paktika, fl-Afganistan. Abbasin huwa kmandant ta' grupp ta' ġellieda Talibani u għen fit-tmexxija ta' kamp ta' taħriġ għall-ġellieda barranin ibbażati fProvinċja ta' Paktika. Abbasin kien involut ukoll fl-attakk b'imbuskata ta' vetturi li jfornu l-forzi tal-gvern Afgan u fit-trasport ta' armi lejn l-l-Afganistan.

(127)

Ahmad Zia Agha (magħruf ukoll bħala (a) Zia Agha (b) Noor Ahmad (c) Noor Ahmed (d) Sia Agha Sayeed)

Titlu: Haji. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Uffiċċjal Anzjan Taliban b'responsabbiltajiet militari u finanzjarji mill-2011, (b) Mexxej tal-Kunsill Militari tat-Taliban mill-2010, (c) Fl-2008 u l-2009 serva bħala uffiċċjal finanzjarju u qassam l-flus lil-kmandanti Talibani fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

(128)

Fazl Rabi (magħruf ukoll bħala (a) Fazl Rabbi (b) Fazal Rabi (c) Faisal Rabbi)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċċjal Anzjan fProvinċja ta' Konar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) 1972, (b) 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Kohe Safi, Provinċja ta' Parwan, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Kapisa, l-Afganistan, (c) Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Jirrappreżenta u jipprovdi appoġġ finanzjarju u loġistiku liln-Netwerk ta' Haqqani, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill Finanzjarju Taliban, (c) Ivvajaġġa barra mill-pajjiż f'isem Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Jalaluddin Haqqani, in-netwerk ta' Haqqani u t-Taliban, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

(129)

Mohammad Aman Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Mohammed Aman (b) Mullah Mohammed Oman (c) Mullah Mad Aman Ustad Noorzai (d) Sanaullah)

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Raħal ta' Band Tumur, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru Anzjan tat-Taliban mill-2011 b'dmirijiet finanzjarji, inkluż il-ġbir ta' fondi f'isem it-tmexxija, (b) Ipprovda appoġġ loġistiku għall-operazjonijiet tat-Taliban u kkanalizza r-rikavati mit-traffikar tad-drogi għax-xiri tal-armi, (c) Aġixxa bħala sebgretarju tal-mexxej Taliban il-Mullah Mohammed Omar u bħala ll-messaġġier tiegħu fil-laqgħat tal-livell għoli tat-Taliban, (d) Assoċjat ukoll ma' Gul Agha Ishakzai, (e) Membru taċ-ċirklu ristrett tal-Mullah Mohammed Omar matul ir-reġim Taliban. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

(130)

Ahmed Jan Wazir (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Jan Kuchi (b) Ahmed Jan Zadran)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċċjal tal-Ministeru tal-Finanzi matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Barlach, Distrett ta' Qareh Bagh, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni tal-Haqqani Network, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jaġixxi bħala viċi, kelliemi u kunsillier għall-mexxej anzjan Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, tan-Netwerk ta' Haqqani, (c) Jikkoordina mall-Kunsill Suprem tat-Taliban, (d) Ivvjaġġa barra mill-pajjiż, (e) Jikkoordina ma' u jipprovdi flus, armi, tagħmir u fornimenti ta' komunikazzjoni lill-kmandanti Talibani fProvinċja ta' Ghazni, l-Afganistan Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

(131)

Abdul Samad Achekzai (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Samad)

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tat-Taliban responsabbli mill-fabbrikazzjoni ta' apparat splussiv improvizzat (IED). (b) Involut fir-reklutaġġ u l-iskjerament ta' qattiela suwiċidi bil-bombi biex iwettqu attakki fl-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:2.3.2012.

B.

Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban


Top