Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0195

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 195/2012 tat- 8 ta’ Marzu 2012 li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2012

    ĠU L 71, 9.3.2012, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/195/oj

    9.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 71/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 195/2012

    tat-8 ta’ Marzu 2012

    li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2012

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ekwivalenti għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta’ gwida.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2011 (2) jiffissa l-gwida tal-prezzijiet għas-sena tas-sajd 2012 għall-prodotti kollha kkonċernati.

    (3)

    Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u skont kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.

    (4)

    Il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeċijiet differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jinħattu l-art fl-Unjoni sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent prevista fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

    (5)

    Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2012, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2012 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi ta’ konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

    (2)  ĠU L 346, 30.12.2011, p. 1.


    ANNESS

    IL-PREZZIJIET TAL-BEJGĦ U L-FATTURI TA’ KONVERŻJONI

    Speċi

    Preżentazzjoni

    Fattur ta’ konverżjoni

    Livell tal-intervent

    Prezz tal-bejgħ

    (f’EUR għal kull tunnellata metrika)

    Ħalibatt tal-Groenlandja

    (Reinhardtius hippoglossoides)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 661

    Marlozz

    (Merluccius spp.)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 068

    Fi fletti individwali

     

     

     

    bil-ġilda

    1,0

    0,85

    1 299

    bla ġilda

    1,1

    0,85

    1 429

    Sparidae

    (Dentex dentex u Pagellus spp.)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 242

    Pixxispad

    (Xiphias gladius)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    3 518

    Gambli u gambli kbar

    Penaeidae

    Iffriżati

     

     

     

    (a)

    Parapenaeus Longirostris

     

    1,0

    0,85

    3 530

    (b)

    Penaeidae oħrajn

     

    1,0

    0,85

    6 641

    Siċċ

    (Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)

    Iffriżat

    1,0

    0,85

    1 669

    Klamari (Loligo spp.)

    (a)

    Loligo patagonica

    sħiħ, mhux imnaddaf

    1,00

    0,85

    1 012

    imnaddaf

    1,20

    0,85

    1 215

    (b)

    Loligo vulgaris

    sħiħ, mhux imnaddaf

    2,50

    0,85

    2 531

    imnaddaf

    2,90

    0,85

    2 936

    Qarnit

    (Octopus spp.)

    Iffriżat

    1,00

    0,85

    1 892

    Illex argentinus

    sħiħ, mhux imnaddaf

    1,00

    0,80

    719

    tubu

    1,70

    0,80

    1 223

    Forom ta’ preżentazzjoni kummerċjali:

    sħiħ, mhux imnaddaf

    :

    prodott li ma jkun sarlu ebda trattament

    imnaddaf

    :

    prodott li tal-anqas ikun tnaddaf

    f’tubu

    :

    ġisem tal-klamar li tal-anqas ikun tnaddaf u tkun tneħħietlu r-ras


    Top