This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0127
Commission Implementing Regulation (EU) No 127/2012 of 14 February 2012 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 as regards an extension of the use of the active substance metazachlor Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2012 tal- 14 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva metażaklor Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2012 tal- 14 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva metażaklor Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 41, 15.2.2012, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0540 | Sostituzzjoni | anness P.A.217 Test | 06/03/2012 |
15.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 127/2012
tal-14 ta’ Frar 2012
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva metażaklor
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/116/KE (2) il-metażaklor ġiet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) għall-użu bħala erbiċida b’rata massima ta’ applikazzjoni ta’ 1,0 kg/ha biss kull tielet sena fl-istess għalqa. Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza titqies bħala approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (4). |
(2) |
Fit-23 ta’ Marzu 2010 wieħed min-notifikaturi li fuq talba tiegħu l-metażaklor ġiet inkluża fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, ressaq applikazzjoni għal emenda tad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu tal-metażaklor biex jippermettu applikazzjonijiet iżjed spissi fl-istess għalqa, iżda mingħajr ma jinqabeż l-ammont massimu totali ta’ 1,0 kg/ha fuq perjodu ta’ tliet snin. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn informazzjoni addizzjonali. L-applikazzjoni tressqet lir-Renju Unit, li kien inħatar bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (5). |
(3) |
L-Istat Membru relatur ivvaluta l-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejja addendum għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Huwa ressaq dan l-addendum quddiem il-Kummissjoni fl-4 ta’ Jannar 2011, u din ikkomunikatu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-osservazzjonijiet tagħhom. L-addendum mal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-24 ta’ Jannar 2012 fil-format ta’ addendum mar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar il-metażaklor. |
(4) |
Mill-eżamijiet diversi li twettqu, jidher li l-emenda mitluba tad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ma tikkawżax riskji barra dawk li huma diġà meqjusa fl-approvazzjoni tal-metażaklor u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar din is-sustanza. |
(5) |
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela numru 217, metażaklor, tal-Parti A tal-Anness, il-Parti A hija sostitwita b’dan li ġej:
“PARTI A
Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida. L-applikazzjonijiet tas-sustanza għandhom ikunu limitati għal doża totali ta’ mhux aktar minn 1,0 kg ta’ metażaklor/ha f’perjodu ta’ tliet snin fl-istess għalqa.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009,p. 1.
(2) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 86.
(4) ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.
(5) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.