EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0829

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK tal- 21 ta' Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 356, 22.12.2012, p. 71–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/829/oj

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/71


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/829/PESK

tal-21 ta' Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1).

(2)

Għandha tiddaħħal dispożizzjoni rigward monitoraġġ imsaħħaħ fuq l-attivitajiet kollha tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

Barra minn hekk, għandha tiġi emendata wkoll dispożizzjoni fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi.

(4)

Barra minn hekk, persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitatjiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, ċerti entitajiet għandhom jitneħħew minn dik il-lista u l-entrati dwar ċerti entitajiet għandhom jiġu emendati.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a   L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom mal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fil-paragrafu 1, li:

(a)

jeżerċitaw viġilanza kontinwa fir-rigward tal-attività relatata mal-kontijiet inkluż permezz tal-programmi tagħhom dwar diliġenza dovuta tal-klijenti u skont l-obbligi tagħhom relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jeħtieġu li jimtlew il-partijiet kollha ta’ informazzjoni tal-istruzzjonijiet għall-ħlas li huma relatati mal-oriġinatur u l-benefiċjarju tat-transazzjoni inkwistjoni u, jekk dik l-informazzjoni ma tkunx ipprovduta, jirrifjutaw it-transazzjoni;

(c)

iżommu r-rekords kollha tat-transazzjonijiet għal perijodu ta' ħames snin u dawn għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta jintalbu;

(d)

jekk jissuspettaw, jew għandhom bażi raġonevoli biex jissuspettaw, li l-fondi huma relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni, jirrappurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-UIF jew lil awtorità kompetenti oħra inkarigata mill-Istat Membru kkonċernat. L-UIF jew tali awtorità oħra kompetenti għandha jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi ta' żmien f'waqtu għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ biex il-funzjoni titwettaq korrettament, inkluż l-analiżi ta' rapporti dwar transazzjonijiet suspettużi.”.

(2)

L-Artikolu 20(1)(b) jinbidel b'dan li ġej:

"(b)

persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness I li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma', jew jipprovdu appoġġ għal, attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż permezz tal-involviment fl-akkwist tal-oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjali u teknoloġija pprojbiti, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċti, jew persuni u entitajiet li għenu lil persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010) jew din id-Deċiżjoni, kif ukoll membri u entitajiet oħra tal-IRGC u l-IRISL u entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li jaġixxu f'isimhom jew jipprovdu assigurazzjoni jew servizzi essenzjali oħra lilhom, kif elenkat fl-Anness II.".

Artikolu 2

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS

I.

Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

"I.   Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

Persuna

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Babak Zanjani

Data tat-twelid: 12 ta' Marzu 1971

Babak Zanjani qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. Zanjani huwa faċilitatur ewlieni għan-negozju Iranjan taż-żejt u t-trasferiment ta' flus relatati maż-żejt. Zanjani huwa s-sida ta' u jopera l-Grupp Sorinet ibbażat fl-Emirati Għarab Magħquda, u xi wħud mill-kumpanniji tiegħu jintużaw minn Zanjani biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet relatati maż-żejt.

22.12.2012


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

National Iranian Oil Prodcuts distribution Company (NIOPDC)

No.1, Tehran, Iranshahr Ave.Shadab.St,

P.O.Box: 79145/3184

Tel: +98-21-77606030

Sit Web: www.niopdc.ir

Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC)

22.12.2012

2.

Iranian Oil Pipelines and Telecommunications Company (IOPTC)

No.194, Tehran, Sepahbod Gharani Ave.

Tel: +98-21-88801960/+98-21-66152223

Fax: +98-21-66154351

Sit Web: www.ioptc.com

Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC)

22.12.2012

3.

National Iranian Oil Engineering and Construction Company (NIOEC)

No.263, Tehran, Ostad Nejatollahi Ave.

P.O.Box: 11365/6714

Tel: +98-21-88907472

Fax: +98-21-88907472

Sit Web: www.nioec.org

Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC)

22.12.2012

4.

Iran Composites Institute

Iran Composites Institute

Iranian University of Science and Technology,

16845-188, Tehran, Iran,

Telephone: 98 217 3912858

Fax: 98 217 7491206

Posta elettronika: ici@iust.ac.ir

Sit Web: http://www.irancomposites.org

Iranian Composites Institute (ICI, magħruf ukoll bħala Composite Institute of Iran) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet ta' sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed jappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Mill-2011, ICI kellu kuntratt biex jipprovdi lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE, bi skrejjen ta' ċentrifuġu IR-2M.

22.12.2012

5.

Jelvesazan Company

22 Bahman St., Bozorgmehr Ave, 84155666, Esfahan, Iran

Tel: 98 0311 2658311 15

Fax: 98 0311 2679097

Jelvesazan Company qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn kmieni fl-2012, Jelvesazan kellu l-intenzjoni jforni pompi li joħolqu vakwu lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE.

22.12.2012

6.

Iran Aluminium Company

Arak Road Km 5, Tehran Road, 38189-8116, Arak, Iran

Tel: 98 861 4130430

Fax: 98 861 413023

Sit Web: www.iralco.net

Iran Aluminium Company (magħrufa wkoll bħala IRALCO, Iranian Aluminium Company) qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet ta' sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Min-nofs l-2012, IRALCO kellha kuntratt biex tforni aluminju lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE.

22.12.2012

7.

Simatec Development Company

 

Simatec Development qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn kmieni fl-2010, Simatec kellha kuntratt ma' Kalay magħżula min-NU, biex takkwista invertituri Vacon biex jitħaddmu ċentrifugi tal-arrikkiment tal-uranju. Min-nofs l-2012, Simatec kienet qed tipprova takkwista inverituri kkontrollati mill-UE.

22.12.2012

8.

Aluminat

1.

Parcham St, 13th Km of Qom Rd 38135 Arak (Fabbrika)

2.

Unit 38, 5th Fl, Bldg No 60, Golfam St, Jordan, 19395-5716, Tehran

Tel: 98 212 2049216 / 22049928 / 22045237

Fax: 98 21 22057127

Sit Web: www.aluminat.com

Aluminat qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Kmieni fl-2012, Aluminat kellha kuntratt biex tforni aluminju 6061-T6 lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE.

22.12.2012

9.

Organisation of Defensive Innovation and Research

 

L-Organisation of Defensive Innovation and research (SPND) qed tgħin lil persuni u entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar dimensjonijiet militari possibbli (PMD) tal-programm nukleari tal-Iran li l-Iran ikompli jirrifjuta li jikkoopera dwaru. SPND hija mmexxija minn Mohsen Fakhrizadeh, magħżul min-NU, u hija parti mill-Ministeru tad-Difiża għal-Loġistika tal-Forzi Armati(MODAFL, magħżul mill-UE f'Mejju 2011). Davoud Babaei ntgħażel mill-UE f'Diċembru 2011 fir-rwol tiegħu bħala kap tas-sigurtà ta' SPND, fejn huwa responsabbli għhall-prevenzjoni tal-iżzvelar ta' informazzjoni inklużz lill-IAEA.

22.12.2012

10.

First Islamic Investment Bank

Fergħa: 19A-31-3A, Level 31 Business Suite, Wisma UOA, Jalan Pinang 50450, Kuala Lumpur; Kuala Lumpur; Wilayah Persekutuan; 50450

Tel: 603-21620361/2/3/4, +6087417049/ 417050, +622157948110

Fergħa: Unit 13 (C), Main Office Tower, Financial Park Labuan Complex, Jalan Merdeka, 87000 Federal Territory of Labuan, Malasja; Labuan F.T; 87000 Labuan F.T; 87000

Relazzjonijiet tal-Investituri: Menara Prima 17th floor Jalan Lingkar, Mega Kuningan Blok 6.2 Jakarta 12950 – Indonesia; South Jakarta; Jakarta; 12950

First Islamic Investment Bank (FIIB) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. FIIB huwa parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxi minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt.

22.12.2012

11.

International Safe Oil

 

International Safe Oil (ISO) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. ISO hija parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxija minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt.

22.12.2012

12.

Sorinet Commercial Trust

SCT Bankers Company

Fergħa: No.1808, 18th Floor, Grosvenor House Commercial Tower, Sheik Zayed Road, Dubai, UAE, P.O.Box 31988

Tel: 0097 14 3257022-99

Posta elettronika: INFO@SCTBankers.com

Kodiċi SWIFT ta' Dubai: SCTSAEA1

Fergħa: No.301, 3rd Floor Sadaf Building Kish Island, Iran, P.O.Box 1618

Tel: +98 764 444 32 341-2

Fax: +98 764 444 50 390-1

Sorinet Commercial Trust (SCT) qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. SCT hija parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxija minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt.

22.12.2012

13.

Hong Kong Intertrade Company Ltd

Hong Kong Intertrade Company, Hong Kong

Hong Kong Intertrade Compa HKICO hija kumpannija ta' kopertura kkontrollata minn National Iranian Oil Company (NI F'nofs l-2012, kien skedat li HCICO tirċievi miljuni ta'dollari minn bejgħ ta' żejt minn NIOC.

22.12.2012

14.

Petro Suisse

Petro Suisse

Avenue De la Tour-Halimand 6, 1009 Pully, Svizzera

Petro Suisse qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. Hija kumpannija ta' kopertura kkontrollata minn NIOC, magħżula mill-UE. NIOC stabbiliet lil Petro Suisse bħala kumpannija u tuża l-kontijiet ta' Petro Suisse biex tagħmel u tirċievi l-pagamenti. Petro Suisse kompliet tkun f'kuntatt ma' NIOC fl-2012.

22.12.2012

15.

Oil Industry Pension Fund Investment Company

No 234, Taleghani St, Tehran Iran

Iran's Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC, magħrufa wkoll bħala Oil Pension Fund, NIOC Pension Fund, Petroleum Ministry Pension Fund) qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. OPIC topera taħt il-Ministeru Iranjan tal-Petrol and the National Iranian Oil Company (NIOC), li t-tnejn Hija għandha ishma f'numru ta' entitajiet magħżula mill-UE.

22.12.2012

16.

CF Sharp and Company Private Limited

 

Din l-entità appoġġat lil Irano-Hind Shipping Company (IHSC) (indikata min-Nazzjonijiet Uniti fid-9 ta' Ġunju 2010) biex tevita s-sanzjonijiet adottati fir-rigward tagħha. Wara li ġiet indikata, l-IHSC pprovat taħbi li għandha tliet tankers, billi fdat il-ġestjoni lil Noah Ship Management, imbagħad lil Marian Ship Management CF Sharp and Co ipparteċipat fl-isforzi tagħha billi kkonkludiet kuntratt tal-ġestjoni tal-persunal mal- IHSC għall-ekwipaġġ ta' dawn it-tliet tankers. Dan il-kuntratt ġie implimentat minn Noah Ship Management u Marian Ship Management.

22.12.2012

17.

Sharif University of Technology

Azadi Ave, 11365-8639, Tehran, Iran

Tel: 98 21 66022727

Fax: 98 21 66036005

Sit Web: www.sharif.ir

Sharif University of Technology (SUT) qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tagħhti appoġġ lil attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn tard fl-2011, SUTipprovdiet laboratorji biex jintużaw minn entità nukleari Iranjana magħhżzula min-NU Kalaye Electric Company (KEC) u Iran Centrifuge Technology Company (TESA), indikata mill-UE]

22.12.2012

18.

Moallem Insurance Company (magħrufa wkoll bħala:

Moallem Insurance; Moallem Insurance Co.; M.I.C; Export and Investment Insurance Co.)

No. 56, Haghani Boulevard, Vanak Square, Tehran 1517973511, Iran PO Box 19395-6314, 11/1 Sharif Ave, Vanaq Square, Tehran 19699, Iran

Tel: (98-21) 886776789, 887950512, 887791835

Fax: (98-21) 88771245

Sit Web: www.mic-ir.com

Assiguratur prinċipali ta' IRISL

22.12.2012"

II.

L-entrati għall-entitajiet li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt.

“B.   B. Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Technology Cooperation Office (TCO) tal-Uffiċċju tal-President Iranjan

(magħruf ukoll bħala Center for Innovation and Technology (CITC))

Tehran, Iran

Responsabbli għall-avvanz teknoloġiku tal-Iran permezz ta' prokurament barrani u rabtiet ta' taħriġ rilevanti. Jappoġġa l-programmi nukleari u tal-missili.

26.07.2010

2.

Sureh (magħrufa ukoll bħala Soreh) Nuclear Reactors Fuel Company (magħrufa ukoll bħala Nuclear Fuel Reactor Company; Sookht Atomi Reactorhaye Iran; Soukht Atomi Reactorha-ye Iran)

Kwartieri Ġenerali: 61 Shahid Abtahi St, Karegar e Shomali, Tehran

Kumpless: Persian Gulf Boulevard, Km20 SW Esfahan Road, Esfahan

Kumpannija subordinata għal Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI) sanzjonata min-NU, li tikkonsisti fil-Faċilità għall-Konverżjoni tal-Uranju, l-Impjant għall-Manifattura tal-Karburant u l-Impjant għall-Produzzjoni taż-Żirkonju.

23.05.2011

3.

Tidewater (magħrufa wkoll bħala Tidewater Middle East Co; Faraz Royal Qeshm Company LLC)

Indirizz postali: No. 80, Tidewater Building, Vozara Street, Ħdejn Saie Park, Tehran, Iran

Proprjetà ta' jew ikkontrollata mill-IRGC

23.01.2012”

III.

L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

1.

CF Sharp Shipping Agencies Pte Ltd

2.

Soreh (Nuclear Fuel Reactor Company)


Top