Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0766

    2012/766/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8900) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 337, 11.12.2012, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429 U 32020R0687

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/766/oj

    11.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 337/53


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Parti A tal-Anness XI mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8900)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2012/766/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri preventivi bl-għan li jiżdiedu l-kuxjenza u t-tħejjija mill-awtoritajiet kompetenti u mill-komunità agrikola għal dik il-marda.

    (2)

    Dawk il-miżuri preventivi jinkludu obbligu fuq l-Istati Membri biex jassiguraw li l-immaniġġjar tal-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka u d-dijanjożi jitwettaq biss fil-laboratorji approvati elenkati fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE.

    (3)

    Ir-Renju Unit informa uffiċjalment lill-Kummissjoni li isem il-laboratorju nazzjonali elenkat fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE li jinsab f’dak l-Istat Membru nbidel.

    (4)

    Għal ċertezza legali, huwa importanti li l-lista ta’ laboratorji nazzjonali stabbilita fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE tinżamm aġġornata. Għaldaqstant, huwa neċessarju li tinbidel l-annotazzjoni għar-Renju Unit fil-lista tal-laboratorji nazzjonali stabbiliti fil-parti A ta’ dak l-Anness.

    (5)

    L-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE, l-annotazzjoni għar-Renju Unit tinbidel b’dan li ġej:

    “UK

    Ir-Renju Unit

    The Pirbright Institute

    Ir-Renju Unit

    L-Estonja

    Il-Finlandja

    L-Irlanda

    Il-Latvja

    Malta

    Is-Slovenja

    L-Isvezja”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.


    Top