This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0457
Council Decision 2012/457/CFSP of 2 August 2012 amending Decision 2010/413/CFSP concerning restrictive measures against Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/457/PESK tat- 2 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/457/PESK tat- 2 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ĠU L 208, 3.8.2012, p. 18–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/08/2012
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010D0413 | Emenda | anness I | 03/08/2012 | |
Modifies | 32010D0413 | Emenda | anness II | 03/08/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012D0457R(01) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV) |
3.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/457/PESK
tat-2 ta’ Awwissu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) u (2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(2) |
Il-Kunsill jikkunsidra li ċerti persuni għandhom jitneħħew mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u li għandhom jiġu emendati l-entrati li jikkonċernaw ċerti entitajiet. |
(3) |
B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilita f'konformità mar-Riżoluzzjoni KSNU 1737 (2006), żewġ persuni u entità għandhom jitneħħew mil-lista kif tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. |
(4) |
Il-listi li jinsabu fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
Artikolu 2
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet imsemmija fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-persuni u l-entità elenkati fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u miżjuda fil-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, kif emendata bl-entrati li jinsabu fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS I
Persuni imsemmija fl-Artikolu 1
1. |
Dr Ahmad AZIZI |
2. |
Dr Ali DIVANDARI |
3. |
Dr Abdolnaser HEMMATI |
4. |
Mohammad Reza MESKARIAN |
5. |
Sayeed ZAVVAR |
ANNESS II
Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data ta’ elenkar |
|||||
1. |
Mobin Sanjesh |
Entry 3, No 11, 12th Street, Miremad Alley, Abbas Abad, Tehran. |
Involut fix-xiri ta’ tagħmir u ta’ materjali li għandhom applikazzjonijiet diretti fil-programm nukleari Iranjan. |
1.12.2011 |
|||||
2. |
Bank Melli Iran ZAO (magħruf ukoll bħala Mir Business Bank) |
Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moscow, 130064, Russia Indirizz alternattiv: Mashkova st. 9/1 Moscow 105062 Russia |
Proprjetà tal-Bank Melli. |
23.6.2008 |
|||||
3. |
Melli Bank plc |
London Wall, 11th floor, London EC2Y 5EA, United Kingdom |
Proprjetà tal-Bank Melli. |
23.6.2008 |
|||||
4. |
Neka Novin (magħruf ukoll bħala Niksa Nirou) |
Unit 7, No 12, 13th Street, Mir-Emad St, Motahary Avenue, Tehran, 15875- 6653 |
Involut fl-akkwist ta’ tagħmir speċjalizzat u materjali li għandhom applikazzjoni diretta fil-programm nukleari Iranjan. |
23.5.2011 |
|||||
5. |
Bank Tejarat |
|
Il-Bank Tejarat huwa parzjalment proprjetà tal-Istat. Huwa ffaċilita b'mod dirett l-isforzi nukleari tal-Iran. Fl-2011, pereżempju, il-Bank Tejarat iffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ dollari fi sforz biex jiġi assistit l-isforz kontinwu tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li hija indikata min-NU, biex jinkiseb uranju tat-tip yellowcake. L-AEOI hija l-organizzazzjoni Iranjana ewlenija għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari, u tamministra il-programmi ta’ produzzjoni ta’ materjal fissili. Fil-passat, il-Bank Tejarat assista wkoll banek Iranjani indikati biex jevitaw sanzjonijiet internazzjonali, pereżempju billi pparteċipa f'kummerċ li jinvolvi l-kumpanniji ta’ kopertura tas-Shahid Hemmat Industrial Group, indikati min-NU. |
23.1.2012 |
|||||
6. |
Shahid Beheshti University |
Daneshju Blvd., Yaman St., Chamran Blvd., P.O. Box 19839-63113, Tehran, Iran |
Proprjetà ta’ jew ikkontrollata mill-Ministry of Defence and Armed Forces Logistics (MODAFL). Twettaq riċerka xjentifika fir-rigward tal-iżvilupp ta’ armamenti nukleari. |
23.5.2011 |
ANNESS III
Persuni u entità msemmija fl-Artikolu 3
Persuni
1. |
Azim Aghajani (spelluta wkoll: Adhajani). Funzjoni: Membru tal-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat mill-Iran. Aktar informazzjoni: Nazzjonalità: Iran. Numru tal-Passaport: 6620505, 9003213 Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta’ April 2012 |
2. |
Ali Akbar Tabatabaei (psewdonomu: Sayed Akbar Tahmaesebi). Funzjoni: Membru tal-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat mill-Iran. Aktar informazzjoni: Nazzjonalità: Iran. Data tat-twelid: 1967 Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta’ April 2012 |
Entità
1. |
Behineh Trading Co. Informazzjoni oħra: Kumpannija Iranjana li kellha rwol ewlieni fit-trasferiment illegali ta’ armi għall-Punent tal-Afrika u aġixxiet f'isem l-IRGC-Qods Force li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Qods Force, il-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, li kien indikat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007), bħala dik li tibgħat il-konsenja tal-armamenti. Aktar informazzjoni: Lokazzjoni: Tavakoli Building, Opposite of 15th Alley, Emam-Jomeh Street, Tehran, Iran. Telefon: +98 919 538 2305. Website: http://www.behinehco.ir Data tal-indikazzjoni min-NU: 18 ta’ April 2012 |