Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0362

    2012/362/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta' studji ta' sorveljanza volontarji dwar it-telf ta' kolonji tan-naħal tal-għasel (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4396)

    ĠU L 176, 6.7.2012, p. 65–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/05/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/362/oj

    6.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 176/65


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-4 ta’ Lulju 2012

    dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lil ċerti Stati Membri għall-appoġġ ta' studji ta' sorveljanza volontarji dwar it-telf ta' kolonji tan-naħal tal-għasel

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4396)

    (It-testi bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bl-Ispanjol, bl-Isvediż biss huma awtentiċi)

    (2012/362/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-saħħa tan-naħal tal-għasel (2) tagħti ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni li diġà ttieħdu u li qed jittieħdu fir-rigward tas-saħħa tan-naħal tal-għasel fl-UE. Il-kwistjoni fis-suġġett prinċipali tal-Komunikazzjoni hija l-mortalità li qed tiżdied tan-naħal osservati madwar id-dinja.

    (2)

    Fl-2009, il-proġett tal-EFSA “Il-mortalità tan-naħal u s-sorveljanza tan-naħal fl-Ewropa” ikkonkluda li b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ sorveljanza fl-UE huma dgħajfa u hemm nuqqas ta’ dejta fuq livell ta’ Stati Membri u nuqqas ta’ dejta komparabbli fuq livell ta’ UE.

    (3)

    Sabiex tittejjeb id-disponibbiltà tad-dejta dwar il-mortalità tan-naħal, huwa xieraq li ċerti studji ta’ sorveljanza fl-Istati Membri dwar it-telf tan-naħal tal-għasel jingħataw assistenza u appoġġ.

    (4)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kumissjoni 2011/881/UE tal-21 ta' Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament li tappoġġa studji ta’ sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonja tan-naħal tal-għasel (3) warrbet EUR 3 750 000 bħala kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta' studji ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel.

    (5)

    Il-laboratorju ta' referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal (EURL) ippreżenta id-dokument “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” li jista’ jinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm) li jipprovdi gwida għall-Istati Membri biex jelaboraw l-istudji tagħhom ta’ sorveljanza.

    (6)

    L-Istati Membri kienu mistiedna jibagħtu lill-Kummissjoni l-programmi tal-istudji tagħhom ta’ sorveljanza bbażati fuq id-dokument tekniku tal-EURL għas-saħħa tan-naħal. Għoxrin Stat Membru bagħtu l-proposti tagħhom għall-istudji ta’ sorveljanza. Dawn il-proposti ġew evalwati mil-lat tekniku u finanzjarju sabiex tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mad-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses”.

    (7)

    Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit ġabru programmi ta' studji ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel b'konformità mad-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” u talbu l-appoġġ finanzjarju tal-UE.

    (8)

    Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-1 ta' April 2012 għall-programmi ta' studju ta' sorveljanza volontarja dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel implimentati mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Italja, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, mill-Polonja, mill-Portugall, mis-Slovakkja, mill-Finlandja, mill-Isvezja u mir-Renju Unit.

    (9)

    Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (4), għandhom jiġu ffinanzjati miżuri veterinarji skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

    (10)

    Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-programmi ta' studju ta' sorveljanza ppjanati fil-fatt ikunu twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni u lil-laboratorju ta’ referenza għas-saħħa tan-naħal tal-UE.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-Unjoni għandha tagħti għajnuna finanzjarja għall-programmi ta’ studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel lill-Belġju, lid-Danimarka, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Ungerija, lill-Polonja, lill-Portugall, lis-Slovakkja, lill-Finlandja, lill-Isvezja u lir-Renju Unit.

    2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni

    (a)

    għandha tkun bir-rata ta' 70 % tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-programmi ta’ studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel u speċifikata fl-Anness I għall-perjodu mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013;

    (b)

    ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    1.

    EUR 62 876 għall-Belġju;

    2.

    EUR 192 688 għad-Danimarka;

    3.

    EUR 294 230 għall-Ġermanja;

    4.

    EUR 66 637 għall-Estonja;

    5.

    EUR 109 931 għall-Greċja;

    6.

    EUR 205 050 għal Spanja;

    7.

    EUR 529 615 għal Franza;

    8.

    EUR 521 590 għall-Italja;

    9.

    EUR 147 375 għal-Latvja;

    10.

    EUR 92 123 għal-Litwanja;

    11.

    EUR 98 893 għall-Ungerija;

    12.

    EUR 254 108 għall-Polonja;

    13.

    EUR 28 020 għall-Portugall;

    14.

    EUR 183 337 għas-Slovakkja;

    15.

    EUR 213 986 għall-Finlandja;

    16.

    EUR 39 862 għall-Isvezja;

    17.

    EUR 267 482 għar-Renju Unit.

    (c)

    ma għandhiex taqbeż EUR 595 għal kull żjara tal-apikultura.

    Artikolu 2

    1.   Il-massimu tal-kontribuzzjoni globali awtorizzata minn din id-Deċiżjoni għall-ispejjeż imġarrba għall-programmi msemmija fl-Artikolu 1 huwa stabbilit għal EUR 3 307 803 u għandu jiġi ffinanzjat mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    2.   L-infiq relatat mal-ispejjeż tal-persunal għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, għat-teħid ta' kampjuni, għall-monitoraġġ, għall-oġġetti konsumabbli u għall-ispejjeż ġenerali relatati mal-istudji ta' sorveljanza għandu jkunu eliġibbli skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness III.

    3.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas wara l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti u d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 3(2) u (3).

    Artikolu 3

    1.   Il-programmi għandhom jitwettqu skont id-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” (li jista’ jinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm) u skont il-programmi ta' studju ta' sorveljanza dwar it-telf tal-kolonji tan-naħal tal-għasel ippreżentati mill-Istati Membri.

    2.   Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni:

    rapport tekniku intermedju mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2013 dwar l-ewwel żjara prevista fil-programm ta' studju ta' sorveljanza, u

    rapport tekniku finali mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2013 dwar it-tieni u t-tielet żjara previsti fil-programm ta' studju ta' sorveljanza;

    ir-rapport tekniku għandu jkun konformi mal-mudell li jrid jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-laboratorju ta' referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal.

    3.   Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni:

    verżjoni fuq il-karta u verżjoni elettronika tar-rapport finanzjarju miġbur skont l-Anness II mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013. Fuq talba tal-Kummissjoni għandhom jintbagħtu d-dokumenti ta' sostenn, li jixhdu l-infiq kollu imsemmi fl-applikazzjoni għar-rimbors.

    4.   Ir-riżultat tal-istudji għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  COM (2010) 714 finali.

    (3)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 119.

    (4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


    ANNESS I

    MS

    Numru ta' mġiebaħ

    Għadd ta' żjajjar previsti fl-istudju ta' sorveljanza għal kull miġbħa tan-naħal

    Total tal-ispejjeż diretti

    (Testijiet tal-laboratorju) + żjajjar għat-teħid ta' kampjuni u għall-monitoraġġ

    Spejjeż ġenerali

    (7 %)

    Spiża totali

    Kontribuzzjoni tal-UE

    (70 %)

    BE

    150

    3

    83 946

    5 876

    89 822

    62 876

    DK

    194

    3

    257 260

    18 008

    275 268

    192 688

    DE

    220

    3

    392 831

    27 498

    420 329

    294 230

    EE

    196

    3

    88 968

    6 228

    95 196

    66 637

    EL

    200

    3

    146 770

    10 274

    157 044

    109 931

    ES

    200

    3

    273 765

    19 164

    292 929

    205 050

    FR

    396

    3

    707 096

    49 497

    756 593

    529 615

    IT

    390

    3

    696 382

    48 747

    745 129

    521 590

    LV

    193

    3

    196 762

    13 773

    210 535

    147 375

    LT

    193

    3

    122 994

    8 610

    131 604

    92 123

    HU

    196

    3

    132 034

    9 242

    141 276

    98 893

    PL

    190

    3

    339 263

    23 749

    363 012

    254 108

    PT

    145

    3

    37 410

    2 619

    40 029

    28 020

    SK

    198

    3

    244 776

    17 134

    261 910

    183 337

    FI

    160

    3

    285 695

    19 999

    305 694

    213 986

    SE

    150

    3

    53 220

    3 725

    56 945

    39 862

    UK

    200

    3

    357 119

    24 998

    382 117

    267 482

    Total

     

     

    4 416 293

    309 141

    4 725 433

    3 307 803


    ANNESS II

    MUDELL TA' RAPPORT FINANZJARJU DWAR L-ISTUDJI TA' SORVELJANZA VOLONTARJA DWAR IT-TELF TA' KOLONJI TAN-NAĦAL TAL-GĦASEL

    Nefqa totali għall-proġett (spejjeż reali, mingħajr il-VAT)

    Stat Membru:

     

    Numru ta' mġiebaħ miżjura:


    Spejjeż tal-laboratorju

    Kategorija tal-persunal

    Nru ta' ġranet tax-xogħol

    Rata ta' kuljum

    Total

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Oġġetti konsumabbli (deskrizzjoni)

    Kwantità

    Kost ta' kull unità

    Total

     

     

     

     

     

     


    Teħid ta' kampjuni u l-ispejjeż tal-monitoraġġ (żjajjar tal-imġiebaħ)

    Kategorija tal-persunal

    Nru ta' ġranet tax-xogħol

    Rata ta' kuljum

    Total

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Oġġetti konsumabbli (deskrizzjoni)

    Kwantità

    Kost ta' kull unità

    Total

     

     

     

     

     

     

    Ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju

    Niċċertifikaw li:

    in-nefqa msemmija hawn fuq kienet magħmula fit-twettiq tax-xogħol deskritt fid-dokument tekniku “Basis for a pilot surveillance project on honey bee colony losses” (1) u hija direttament relatata mal-implimentazzjoni tal-programm ta' studju ta' sorveljanza li għalih ingħata appoġġ finanzjarju skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE,

    in-nefqa saret tassew, ingħata rendikont preċiż għaliha u hija eleġibbli skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/362/UE;

    id-dokumenti kollha ta’ evidenza marbuta mal-ispiża huma disponibbli għall-finijiet ta’ verifika,

    ma ntalbet l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għall-proġetti imsemmija f'din id-Deċiżjoni.

    Data:

    Isem u firma tal-uffiċjal finanzjarju responsabbli:


    (1)  (tista' tinstab fuq http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/bees/bee_health_en.htm)


    ANNESS III

    IR-REGOLI TA' ELIĠIBBILTÀ

    1.   Spejjeż tal-laboratorju

    L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż attwali attribwibbli max-xogħol (ir-rimunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar) akkumulati waqt l-implimentazzjoni tal-istudju u tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju. Għal dan il-għan għandhom jinżammu l-iskedi tal-ħin kull xahar.

    Ir-rata ta' kuljum se tiġi kkalkulata fuq ir-rata ta’ 220 jum tax-xogħol fis-sena.

    Ir-rimborż ta' konsumibbli għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attwali mġarrba mill-Istati Membri biex iwettqu t-testijiet fil-laboratorju.

    Il-kit tat-testijiet, ir-reaġenti u l-oġġetti konsumabbli kollha għandhom jiġu rimborżati biss jekk użati speċifikament fit-twettiq ta’ dawn it-testijiet:

    Varroa count (ħasil).

    L-individwazzjoni u l-karatterizzazzjoni tad-deformed wing virus (DWV), il-vajrus tal-paraliżi akuta tan-naħal (ABPV), il-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs (Aethina tumida) u d-dudu tropilaelaps).

    Osservazzjoni klinika (inkluż l-osservazzjoni tas-sintomu tal-batteriji tal-larva (foulbrood), tan-nosema, tal-vajrusis) il-parassita mikrosporidjan (nosema spp.) l-għadd ta' spori, il-kulturi, l-eżami mikroskopiku u t-testijiet bijokimiċi sabiex jiġi identifikat l-aġent kawżali Ewropew tal-batterji tal-larva (Melissococcus plutonius) u l-batterji tal-larva Amerikana (Paenibacillus larvae).

    Il-batterji tal-larva Amerikana — konferma tal-identità tal-aġent kawżali tal-batterji tal-larva Amerikana u tal-batterji tal-larva Ewropea permezz tal-Polymerase Chain Reaction (PCR).

    2.   L-ispejjeż tat-teħid ta' kampjuni u tal-monitoraġġ

    L-ispejjeż għat-teħid ta' kampjuni u l-monitoraġġ jistgħu jiġi rimborżati biss jekk ikunu direttament marbuta maż-żjarat tal-imġiebaħ.

    L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż attwali attribwibbli max-xogħol (ir-rimunerazzjoni, il-pagi, il-piżijiet soċjali u l-ispejjeż tal-irtirar) akkumulati waqt l-implimentazzjoni tal-istudju. Għal dan il-għan għandhom jinżammu l-iskedi tal-ħin kull xahar.

    Ir-rata ta' kuljum se tiġi kkalkulata fuq ir-rata ta’ 220 jum tax-xogħol fis-sena.

    Ir-rimborż ta' oġġetti konsumabbli għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż attwali magħmula mill-Istati Membri u għandhom jiġu rimborżati biss jekk użati speċifikament matul iż-żjarat fl-imġiebaħ.

    3.   Spejjeż ġenerali

    Tista' tiġi ikklejmjata kontribuzzjoni b'rata fissa ta' 7 % ikkalkulata fuq il-bażi tal-ispejjeż diretti eliġibbli kollha.

    4.   In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u t-taxxi l-oħra kollha.


    Top