EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0348

2012/348/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 11, 13H, 30, 44, 49, 54, 64, 101, 106 u 121 u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Tekniku Globali Nru 1 dwar is-serraturi u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa

ĠU L 173, 3.7.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/348/oj

3.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Ġunju 2012

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 11, 13H, 30, 44, 49, 54, 64, 101, 106 u 121 u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Tekniku Globali Nru 1 dwar is-serraturi u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa

(2012/348/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), il-Komunità aderixxiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNECE”) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu iffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta’ regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”).

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (3) issostitwiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, li stabbilixxiet qafas armonizzat li jinkludi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi l-ġodda kollha, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tal-UNECE fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata d-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolamenti tal-UNECE qegħdin jissostitwixxu dejjem aktar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma’ ċerti elementi jew fatturi koperti mir-Regolamenti tal-UNECE Nri 11, 13H, 30, 44, 49, 54, 64, 101, 106 u 121 u r-Regolament Tekniku Globali Nru 1 tal-UNECE jeħtieġ li jiġu adattati.

(5)

Huwa xieraq li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim tal-1998 dwar l-emendi li għandhom isiru għall-atti tal-UNECE msemmija aktar ’il fuq.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim tal-1998 mill-25 sad-29 ta’ Ġunju 2012 għandha tkun dik li tivvota favur l-emendi proposti elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

(2)  ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12.

(3)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.


ANNESS

Il-lista msemmija fl-Artikolu 1

Proposta għas-Suppliment 3 għas-sensiela 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

ECE/TRANS/WP.29/2012/41

Proposta għas-Suppliment 14 għar-Regolament Nru 13-H (Brejkijiet ta’ vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2012/47

Proposta għas-Suppliment 17 għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 30 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2012/48

Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 44 (Sistemi tat-trażżin tat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2012/44

Proposta għas-għas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta’ magni C.I. u P.I. (LPG u CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2012/45

Proposta għas-Suppliment 18 tar-Regolament Nru 54 (Tajers għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2012/49

Proposta għar-Rettifika 3 tar-Reviżjoni 2 tar-Regolament Nru 54 (Tajers għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2012/52

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 02 tal-emendi għar-Regolament Nru 64 (Unità ta’ emerġenza għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat, sistema tat-tip run flat u sistema għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers)

ECE/TRANS/WP.29/2012/50

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 101 (Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil)

ECE/TRANS/WP.29/2012/46

Proposta għas-Suppliment 9 għar-Regolament Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/2012/51

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjali ta’ avvertiment u indikaturi)

ECE/TRANS/WP.29/2012/30

Proposta għall-Emenda 1 għar-Regolament Tekniku Globali Nru 1 (Serraturi tal-bibien u komponenti għaż-żamma tal-bibien)

ECE/TRANS/WP.29/2012/56

ECE/TRANS/WP.29/2012/57

ECE/TRANS/WP.29/2012/AC.3/18


Top