This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0341
2012/341/EU: Council Decision of 25 June 2012 on the position to be taken by the European Union in the EEA Joint Committee concerning an amendment to Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
2012/341/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
2012/341/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 168, 28.6.2012, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ġunju 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
(2012/341/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (3), li permezz tiegħu ġie inkorporat ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (4) fil-Ftehim taż-ŻEE. |
(2) |
Permezz tal-inklużjoni tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, l-istess reġim ġie stabbilit bejn l-UE u l-Isvizzera għat-trasportaturi bl-ajru Svizzeri u dawk Komunitarji (5). |
(3) |
Permezz tal-inklużjoni tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (il-Konvenzjoni ta’ Vaduz) (6), l-istess reġim ġie wkoll stabbilit bejn l-Isvizzera u l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE għat-trasportaturi bl-ajru Svizzeri u dawk tal-EFTA taż-ŻEE. |
(4) |
L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat biex jagħti lit-trasportaturi bl-ajru Svizzeri d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru minn Stat Membru tal-Unjoni lejn Stat tal-EFTA taż-ŻEE u viċeversa. |
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.
(4) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.
(5) Id-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Konġunt bejn il-Komunità u l-Isvizzera għat-Trasport bl-Ajru tas-7 ta’ April 2010 (ĠU L 106, 28.4.2010, p. 20).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-EFTA Nru 1/2012 tat-22 ta’ Marzu 2012.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
ta’
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru … ta’ … (1). |
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (2), li jinkorpora fil-Ftehim taż-ŻEE r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (3). |
(3) |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom l-għan li jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru tal-EFTA taż-ŻEE jkunu intitolati li joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni lejn l-Isvizzera u viċeversa. |
(4) |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom l-għan ukoll li jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità jkunu intitolati li joperaw servizzi bl-ajru minn kwalunkwe Stat tal-EFTA taż-ŻEE lejn l-Isvizzera u viċeversa. |
(5) |
Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jagħti, soġġett għall-kondizzjoni ta’ reċiproċità, lit-trasportaturi bl-ajru Svizzeri d-dritt li joperaw minn Stati Membri tal-Unjoni lejn Stat tal-EFTA taż-ŻEE u viċeversa. |
(6) |
L-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Punt 64a (ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-adattament attwali (b) għandu jkun rinumerat bħala l-adattament (c). |
2. |
L-adattament li ġej għandu jiddaħħal wara l-adattament (a):
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera li jagħti lit-trasportaturi bl-ajru tal-EFTA taż-ŻEE d-dritt li joperaw servizzi bl-ajru minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u viċeversa, min-naħa, jew tal-ftehim bejn l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE u l-Isvizzera li jagħti d-dritt lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li joperaw servizzi bl-ajru mill-Isvizzera lejn Stat tal-EFTA taż-ŻEE u viċeversa, min-naħa l-oħra, liema minnhom ikun l-aħħar.
Artikolu 3
Il-President tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jinnotifika lill-Isvizzera bl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u bl-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, jekk ikun hemm.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L …
(2) ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.
(3) ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.
(*) [Ma hemm indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]