Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0274

    2012/274/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta’ April 2012 li tiddetermina t-tieni sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2505)

    ĠU L 134, 24.5.2012, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/274/oj

    24.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 134/20


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-24 ta’ April 2012

    li tiddetermina t-tieni sett ta’ reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2505)

    (2012/274/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament dwar il-VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 48(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprovdi għal implimentazzjoni progressiva tal-attivitajiet tal-VIS. Il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha 2010/49/KE (2) iddeterminat l-ewwel reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS . Meta jitqies il-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS fil-11 ta’ Ottubru 2011, hu meħtieġ li jiġi ddeterminat it-tieni sett ta’ reġjuni fejn id-dejta li għandha tiġi pproċessata fil-VIS, inklużi ritratti u dejta dwar il-marki tas-swaba’, għandha tinġabar u tiġi trażmessa lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha tal-viża fir-reġjun ikkonċernat.

    (2)

    L-Artikolu 48(4) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 jipprovdi għad-determinazzjoni tas-sekwenza tar-reġjuni għall-varar tal-VIS abbażi tal-kriterji li ġejjin: ir-riskju tal-immigrazzjoni irregolari, it-theddid lis-sigurtà interna tal-Istati Membri u l-fattibbiltà li jinġabru elementi bijometriċi mill-postijiet kollha fir-reġjun ikkonċernat.

    (3)

    Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tar-reġjuni differenti billi qieset, l-ewwwel nett, elementi bħall-medja tar-rati tar-rifjut tal-viżi, ir-rati tar-rifjut tad-dħul, u r-rati ta’ persuni bin-nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi individwati bħala preżenti irregolarment fit-territorju tal-Istati Membri; għat-tieni kriterju, valutazzjoni ta’ theddida mwettqa mill-Europol; u għat-tielet kriterju, il-fatt li l-livell ta’ preżenza konsulari jew rappreżentazzjoni żdied fir-reġjuni kollha madwar id-dinja mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/49/KE.

    (4)

    Skont din il-valutazzjoni, ir-reġjuni sussegwenti fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta tal-viża lill-VIS għandha tibda għall-applikazzjonijiet kollha tal-viża, għandhom ikunu: l-Afrika tal-Punent, l-Afrika Ċentrali, l-Afrika tal-Lvant, l-Afrika t’Isfel, l-Amerika t’Isfel, l-Asja Ċentrali, u l-Asja tax-Xlokk.

    (5)

    It-territorju okkupat tal-Palestina kien eskluż mir-reġjun tal-Lvant Qarib, li kien kopert mid-Deċiżjoni 2010/49/KE, minħabba dffikultajiet tekniċi li jistgħu jkunu iffaċċjati fit-tagħmir tal-karigi u l-uffiċini konsolari kkonċernati. Biex ikun evitat distakk meta tkun miġġielda l-imigrazzjoni irregolari u l-protezzjoni tas-sigurtà interna u fil-kunsiderazzjoni taż-żmien disponibbli għall-Istati Membri biex isolvu d-diffikultajiet tekniċi, it-territorju okkupat tal-Palestina għandu jkun il-ħdax-il-reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta tal-viża għall-VIS għandhom jibdew għal kull applikazzjoni għal viża.

    (6)

    Id-data tal-bidu tal-operazzjonijeit f’kull wieħed minn dawn ir-regjuni għandha tkun determinata mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

    (7)

    Għad-determinazzjoni tar-reġjuni aktar ‘il bogħod, għandhom jittieħdu Deċiżjonijiet sussegwenti fi stadju aktar tard abbażi ta’ valutazzjoni addizzjonali u aġġornata ta’ dawn ir-reġjuni l-oħrajn skont il-kriterji relevanti u l-esperjenza mal-implimentazzjoni fir-reġjuni ddeterminati bid-Deċiżjoni 2010/49/KE u bid-deċiżjoni preżenti.

    (8)

    Ladarba r-Regolament dwar il-VIS jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-VIS fil-liġi nazzjonali tagħha skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka, hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni.

    (9)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem fi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għaldaqstant ir-Renju Unit mhux marbut biha u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

    (10)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (11)

    Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

    (12)

    Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

    (13)

    Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9).

    (14)

    Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew hu reletat miegħu fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

    (15)

    Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew hu reletat miegħu fit-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005.

    (16)

    Il-miżuri pprovveduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat li hu stabbilit bl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (10),

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-reġjuni fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandhom jibdew, sussegwentamnt għar-reġjuni ddeterminati mid-Deċiżjoni 2010/49/KE, skont l-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, huma dawn li ġejjin:

    Ir-raba’ reġjun:

    il-Benin,

    il-Burkina Faso,

    il-Kap Verde,

    il-Côte d’Ivoire,

    il-Gambja,

    il-Gana,

    il-Ginea,

    il-Ginea Bissaw,

    il-Liberja,

    il-Mali,

    in-Niġer,

    in-Niġerja,

    is-Senegal,

    is-Sjerra Leone,

    it-Togo.

    Il-ħames reġjun:

    il-Burundi,

    il-Kamerun,

    ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

    iċ-Ċad,

    il-Kongo,

    ir-Repubblikà Demokratika tal-Kongo,

    il-Ginea Ekwatorjali,

    il-Gabon,

    ir-Rwanda,

    São Tomé u Principe.

    Is-sitt reġjun:

    il-Komoros,

    Ġibuti,

    l-Eritrea,

    l-Etjopja,

    il-Kenja,

    il-Madagaskar,

    il-Mawrizju,

    is-Seychelles,

    is-Somalja,

    is-Sudan t’Isfel,

    is-Sudan,

    it-Tanzanija,

    l-Uganda.

    Is-seba’ reġjun:

    l-Angola,

    il-Bozwana,

    il-Lesoto,

    il-Malawi,

    il-Możambik,

    in-Namibja,

    l-Afrika t’Isfel,

    is-Sważiland,

    iż-Żambja,

    iż-Żimbabwe.

    It-tmien reġjun:

    l-Arġentina,

    il-Bolivja,

    il-Brażil,

    iċ-Ċilì,

    il-Kolombja,

    l-Ekwador,

    il-Paragwaj,

    il-Perù,

    l-Urugwaj,

    il-Veneżwela.

    Id-disa’ reġjun:

    il-Każakstan,

    il-Kirgiżistan,

    it-Taġikistan,

    it-Turkmenistan,

    l-Uzbekistan.

    L-għaxar reġjun:

    il-Brunej,

    il-Burma/Mjanmar,

    il-Kambodja,

    l-Indoneżja,

    il-Laos,

    il-Malasja,

    il-Filippini,

    is-Singapor,

    it-Tajlandja,

    il-Vjetnam.

    Il-ħdax-il reġjun:

    It-territorju okkupat Palestinjan.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lill-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Isvezja.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Cecilia MALMSTRÖM

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

    (2)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 62.

    (3)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

    (4)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

    (5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

    (6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

    (7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

    (8)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

    (9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.

    (10)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.


    Top