EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0126

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/126/PESK tat- 28 ta' Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

ĠU L 55, 29.2.2012, p. 19–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/126/oj

29.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/126/PESK

tat-28 ta' Frar 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, ċerti persuni għandhom jiġu inklużi fl-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

(3)

L-informazzjoni relatata ma' persuni fuq il-lista fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi aġġornata.

(4)

L-Annessi IIIA u V għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK, l-entrati għall-persuni li ġejjin:

1.

Khadanevich, Aliaksandr Alyaksandrauvich

2.

Pykina, Natallia

3.

Saikouski, Uladzimir

4.

Chubkavets, Kiril

5.

Khrobastau, Uladzimir Ivanavich

6.

Shylko, Alena Mikalaeuna

7.

Stsiapurka, Uladzimir Mikhailavich

għandhom jindiblu bl-entrati mniżżla fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-persuni elenkati fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal fl-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.


ANNESS I

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid

Pożizzjoni

1.

Khadanovich, Aliaksandr Alyaksandrauvich

Khodanovich, Aleksandr Aleksandrovich

Хадановiч Аляксандр Аляксандравiч

Хoданович Александр Александрович

 

Imħallef fil-Qorti Ċentrali ta' Rayon tal-belt ta' Minsk

2.

Pykina, Natallia Mikhailauna

Pykina, Natalia Mikhailauna

Pikina, Natalia Mikhailovna

(Pykina, Natalya Mikhailovna)

Пыкiна Наталля Мiхайлаўна

Пыкина Наталья Михайловна

Data tat-twelid: 20.4.1971.

Post tat-twelid: Rakov

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Partizanski li ttrattat il-każ ta' Likhovid. Hija kkundannat lis-Sur Likhovid, attivist ta' "Il-Moviment għall-Ħelsien", għal tliet snin u nofs f'ħabs ta' reġim strett.

3.

Saikouski Valeri Yosifavich

Saikovski ValeriYosifovich

Сайкоўскi

Валерый Iосiфавiч

Сайковский Валерий Иосифович

Indirizz: Dipartiment tal-liġi tal-amministrazzjoni tad-distrett ta' Pervomaysky Chornogo K. 5 uffiċċju 417

Tel.: +375 17 2800264

Bħala Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Distrettwali Pervomaiski ta' Minsk, huwa ttratta l-proċess ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu HR "Vyasna", Viċi President tal-FIDH. L-akkuża ppreżentata mill-prosekutur fil-proċess kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Minn Jannar 2012, huwa nħatar Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni fid-Diviżjoni ta' Minsk

4.

Chubkavets Kiril

Chubkovets Kirill

Чубкавец Кiрыл

Чубковец Кирилл

 

Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

Prosekutur tal-Istat li oppona l-appell ta' Ales Byalyatski rigward is-sentenza imposta fuqu mill-Qorti Distrettwali Pervomaiski ta' Minsk minkejja li l-proċess ta' Byalyatski tmexxa b'mod li kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

5.

Khrobastau, Uladzimir Ivanavich

Khrobostov, Vladimir Ivanovich

Хробастаў Уладзiмiр Iванавiч

Хробостов Владимир Иванович

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Huwa ċaħad (bħala mħallef assoċjat) l-appell kontra s-sentenza tal-attivist politiku Vasili Parfenkov. Il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Fl-24 ta' Jannar 2012 huwa ċaħad l-appell ta' Ales Byalyatski rigward is-sentenza imposta fuqu mill-Qorti Distrettwali Pervomaiski ta' Minsk minkejja li l-proċess ta' Byalyatski tmexxa b'mod li kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

6.

Shylko, Alena Mikalaeuna

Shilko, Elena Nikolaevna

(Shilko, Yelena Nikolaevna)

Шылько Алена Мiкалаеўна

Шилько Елена Николаевна

 

Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk

Fl-24 ta' Jannar 2012 huwa ċaħad l-appell ta' Ales Byalyatski rigward is-sentenza imposta fuqu mill-Qorti Distrettwali Pervomaiski ta' Minsk minkejja li l-proċess ta' Byalyatski tmexxa b'mod li kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew mir-repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

7.

Stsiapurka, Uladzimir Mikhailavich

Stepurko, Vladimir Mikhailovich

Сцяпурка Уладзiмiр Мiхайлавiч

Степурко Владимир Михайлович

 

Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk. Huwa ċaħad (bħala prim imħallef) l-appelli kontra s-sentenzi tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Irina Khalip, Sergei Martselev, Pavel Severinets, Dmitri Bondarenko, Dmitri Doronin, Sergei Kazakov, Vladimir Loban, Vitali Matsukevich, Evgeni Sekret u Oleg Fedorkevich. Dawn il-proċessi kienu ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Fl-24 ta' Jannar 2012 huwa ċaħad l-appell ta' Ales Byalyatski rigward is-sentenza imposta fuqu mill-Qorti Distrettwali Pervomaiski ta' Minsk minkejja li l-proċess ta' Byalyatski tmexxa b'mod li kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali.

Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew mir-repressjoni relatata mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.


ANNESS II

Persuni imsemmijin fl-Artikolu 2

Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjonijiet tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid

Pożizzjoni

1.

Barsukou, Aliaksandr Piatrovich

Barsukov, Aleksandr Petrovich

Барсукоў Аляксандр Пятровiч

Барсуков Александр Петрович

 

Kurunell, Kap tal-pulizija ta' Minsk. Mill-ħatra tiegħu bħala kap tal-pulizija ta' Minsk fil-21 ta' Ottubru 2011, kien responsabbli, bħala kmandant, għar-repressjoni ta' madwar 12-il dimostrant paċifiku, li aktar tard ġew ikkundannati għal ksur ta' liġi f'avvenimenti tal-massa. Għal diversi snin huwa kkmanda l-azzjoni tal-pulizija kontra d-dimostrazzjonijiet fit-toroq tal-oppożizzjoni.

2.

Putsyla, Uladzimir Ryhoravich

(Putsila, Uladzimir Ryhoravich)

Putsilo, Vladimir Grigorievich

(Putsilo, Vladimir Grigoryevich)

Пуцыла Уладзiмiр Рыгоравiч

(Пуцiла Уладзiмiр Рыгоравiч)

Пуцило Владимир Григорьевич

 

President tal-Qorti tal-Belt ta' Minsk bħala l-aħħar rimedju li jissorvelja s-sentenzi (mgħotija mill-qorti ġenerali u li ġew ikkonfermati mill-qorti tal-appell) fil-każ tal-priġunier politiku rikonoxxut internazzjonalment Pavel Severinets (viċi-president tal-kumitat organizzattiv biex jinħoloq il-partit Kristjan Demokratiku Bjelorussu u l-amministratur tal-kampanja elettorali tal-kandidat presidenzjali għall-2010 Vital Rymashevski) u fil-każ ta' dak li kien priġunier politiku Aleksandr Otroshchenkov (segretarju għall-istampa tal-kandidat presidenzjali għall-2010 Andrei Sannikov). Huwa ċaħad il-kwerela ġudizzjarja kontra dawn is-sentenzi bi ksur ċar tal-Kodiċi ta' Proċedura Penali.

3.

Valchkova, Maryiana Leanidauna

(Valchkova, Maryana Leanidauna)

Volchkova, Marianna Leonidovna

Валчкова Марыяна Леанiдаўна

Волчкова Марианна Леонидовна

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Partizanski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 07, Lelikaw Andrey, 7 ijiem il-ħabs;

b)

2011. 07. 07, Lapatsik Yawhen, piena mhux magħrufa;

c)

2011. 07. 07, Syarheyew Uladzimir, 11-il jum il-ħabs;

d)

2011. 07. 04, Stsepanenka Alyaksandr, 5 ijiem il-ħabs;

e)

2011. 07. 04, Plyuto Tatsyana, 20 unità bażi ta' kuljum (700 000 BLR);

f)

2011. 06. 23, Kanaplyannik Syarhey, 20 unità bażi ta' kuljum (700 000 BLR);

g)

2010. 12. 20, Furman Viktar, 11-il jum il-ħabs;

h)

2010. 12. 20, Astashow Anton, 11-il jum il-ħabs;

i)

2010. 12. 20, Navumava Valyantsina, 11-il jum il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenza ta' priġunerija u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

4.

Reliava, Aksana Anatolyeuna

(Raliava Aksana Anatolyeuna

Relyava, Aksana Anatolieuna

Ralyava, Aksana Anatolieuna)

Reliavo, Oksana Anatolyevna

(Relyavo, Oxana Anatolievna)

Рэлява Аксана Анатольеўна

(Рaлява Аксана Анатольеўна)

Реляво Оксана Анатольевна

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Sovetski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 06. 23, Khalyezin Yuri, 20 unità bażi ta' kuljum (700 000 BLR);

b)

2011. 06. 23, Rutski Alyaksandr, 20 unità bażi ta' kuljum (700 000 BLR);

c)

2011. 03. 28, Ivashkevich Viktar, 10 ijiem il-ħabs;

d)

2010. 12. 21, Asmanaw Arsen, 15-il jum il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Kudlayew Alyaksandr, 30 unità bażi ta' kuljum;

f)

2010. 12. 20, Tryputsin Vitaut, 15-il jum il-ħabs;

g)

2010. 12. 20, Assipenka Andrey, 15-il jum il-ħabs;

h)

2010. 12. 20, Ardabatski Dzyanis, 15-il jum il-ħabs;

i)

2010. 12. 20, Kazlowski Andrey, 15-il jum il-ħabs u 1 050 000 BLR.

Ripetutament imponiet sentenza ta' priġunerija u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

5.

Khvainitskaya, Zhanna Anatolyeuna

(Khvainitskaia, Zhanna Anatolieuna)

Khvoinitskaya, Zhanna Anatolyevna

(Khvoinitskaia, Zhanna Anatolievna)

Хвайнiцкая Жанна Анатольеўна

Хвойницкая Жанна Анатольевна

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Zavodskoi ta' Minsk. Hija immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2010. 12. 20, Makarenka Adam, 6 ijiem il-ħabs;

b)

2010. 12. 20, Bachyla Uladzimir, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

c)

2010. 12. 20, Kukalyew Syarhey,10 ijiem il-ħabs;

d)

2010. 12. 20, Astafyew Alyaksandr,10 ijiem il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Yazerski Raman,10 ijiem il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Sapranyetskaya Darya,10 ijiem il-ħabs;

g)

2010. 12. 20, Aheyeva Iryna,10 ijiem il-ħabs;

h)

2010. 12. 20, Drahun Alyaksandr, 10 ijiem il-ħabs;

i)

2010. 12. 20, Shambalava Tatsyana,10 ijiem il-ħabs;

j)

2010. 12. 20, Dzyemidzyuk Barys, 10 ijiem il-ħabs;

k)

2010. 12. 20, Kassabuka Alyaksandr,10 ijiem il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenza ta' priġunerija u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

6.

Mazouka, Anzhalika Mikhailauna

Mazovka, Anzhelika Mikhailovna

Мазоўка Анжалiка Мiхайлаўна

Мазовка Анжелика Михайловна

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Sovetski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 14, Bussel Alyaksandr, 10 ijiem il-ħabs;

b)

2011. 07. 14, Krukowski Syarhey, 8 ijiem il-ħabs;

c)

2011. 07. 14, Kantsin Yahor, 10 ijiem il-ħabs;

d)

2011. 07. 07, Sukhanossik Vyachaslaw, 8 ijiem il-ħabs;

e)

2010. 12. 21, Nyanakhaw Andrey, 15-il jum il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Myslivets Ihar, 15-il jum il-ħabs;

g)

2010. 12. 20, Vilkin Alyaksey, 12-il jum il-ħabs;

h)

2010. 12. 20, Kharitonaw Paval, 12-il jum il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenza ta' priġunerija kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

7.

Kochyk, Aliaksandr Vasilyevich

(Kochyk, Aliaksandr Vasilievich)

Kochik, Aleksandr Vasilyevich

(Kochik, Alexandr Vasilievich)

Кочык Аляксандр Васiльевiч

Кочик Александр Васильевич

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Partizanski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immulta jew ikkundanna lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 07, Revut Yawhen, 8 ijiem il-ħabs,

b)

2011. 07. 04, Nikitsenka Katsyaryna, 5 ijiem il-ħabs;

c)

2011. 06. 23, Kazak Zmitser, 28 unità bażi ta' kuljum (980 000 BLR);

d)

2010. 12. 20, Dzyezidzenka Dzianis, 12-il jum il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Navumovich Syarhey, 14-il jum il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Kavalenka Wsevalad, 15-il jum il-ħabs;

g)

2010. 12. 20, Tsupa Dzyanis,15-il jum il-ħabs;

h)

2010. 12. 20, Makashyn Syarhey, 10 ijiem il-ħabs;

i)

2010. 12. 20, Zhakhavets Illya, 10 ijiem il-ħabs.

Ripetutament impona sentenza ta' priġunerija u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

8.

Karovina, Natallia Uladzimirauna

(Karovina, Natallya Uladzimirauna)

Korovina, Natalia Vladimirovna

(Korovina, Natalya Vladimirovna)

Каровiна Наталля Уладзiмiраўна

Коровина Наталья Владимировна

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Frunzenski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 06. 30, Tsyareshchanka Uladzimir, 25 unità bażi ta' kuljum (875 000 BLR);

b)

2011. 06. 30, Sytsko Stefan, 10 ijiem il-ħabs;

c)

2011. 06. 30, Arapinovich Alyaksandr, 25 unità bażi ta' kuljum (875 000 BLR);

d)

2011. 06. 30, Yukhnowski Dzyanis, 25 unità bażi ta' kuljum (875 000 BLR);

e)

2011. 06. 30, Sarachuk Yulian, 25 unità bażi ta' kuljum (875 000 BLR);

f)

2011. 06. 23, Shewtsow Syarhey, 8 unitajiet bażi ta' kuljum (280 000 BLR);

g)

2010. 12. 20, Vashkevich Alyaksandr, 10 ijiem il-ħabs;

b)

2010. 12. 20, Myadzvedz Lyeanid, 10 ijiem il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenza ta' priġunerija u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

9.

Harbatouski, Yury Aliaksandravich

(Harbatouski, Iury Aliaksandravich)

Gorbatovski, Yuri Aleksandrovich

(Gorbatovski, Iuri Aleksandrovich;

Gorbatovski, Yuriy Alexandrovich)

Гарбатоўскi Юрый Аляксандравiч

Горбатовский Юрий Александрович

Data tat-twelid: 15.05. 1969

Post tat-twelid: Magde-burg

Numru tal-Passaport: MP 2935942

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaiski ta' Minsk. Fl-2010 immulta jew ikkundanna lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2010. 12. 20, Hubskaya Iryna, 10 ijiem il-ħabs;

b)

2010. 12. 20, Kaptsiuh Dzmitry, 10 ijiem il-ħabs;

c)

2010. 12. 20, Mikheyenka Yahor, 12-il jum il-ħabs;

d)

2010. 12. 20, Burbo Andrey, 10 ijiem il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Pushnarova Hanna, 10 ijiem il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Shepuraw Mikita, 15-il jum il-ħabs;

g)

2010. 12. 20, Zadzyarkowski Andrey, 10 ijiem il-ħabs;

h)

2010. 12. 20, Yaromyenkaw Yawhen,10 ijiem il-ħabs.

Ripetutament impona sentenza ta' priġunerija kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

10.

Liushtyk, Siarhei Anatolievich

(Lyushtyk, Siarhey Anatolyevich)

Liushtyk, Sergei Anatolievich

(Lyushtyk, Sergey Anatolyevich)

Люштык Сяргей Анатольевiч

Люштык Сергей Анатольевич

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaiski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immulta jew ikkundanna lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 14, Struy Vitali, 10 unitajiet bażi ta' kuljum (35 000  BLR);

b)

2011. 07. 04, Shalamitski Paval, 10 ijiem il-ħabs;

c)

2010. 12. 20, Sikirytskaya Tatsyana, 10 ijiem il-ħabs;

d)

2010. 12. 20, Dranchuk Yuliya, 13-il jum il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Lapko Mikalay, 12-il jum il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Pramatoraw Vadzim,12-il jum il-ħabs.

Ripetutament impona sentenza ta' priġunerija u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

11.

Yakunchykhin, Aliaksandr Anatolyevich

(Iakunchykhin, Aliaksandr Anatolievich)

Yakunchikhin, Aleksandr Anatolyevich

(Iakunchikhin, Alexandr Anatolievich)

Якунчыхiн Аляксандр Анатольевiч

Якунчихин Александр Анатольевич

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett Ċentrali ta' Minsk. Fl-2010-2011 immulta jew ikkundanna lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs f'dawn il-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 11. 17, Makayew Alyaksandr, 5 ijiem il-ħabs;

b)

2011. 07. 07, Tukay Illya, 12-il jum il-ħabs;

c)

2011. 07. 07, Shapchyts Yawhen, 12-il jum il-ħabs;

d)

2011. 01. 31, Kulakow Lyeanid, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

e)

2010. 12. 21, Yaromyenak Uladzimir, 15-il jum il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Daroshka Alyaksey,12-il jum il-ħabs;

g)

2010. 12. 20, Kakhno Herman, 12-il jum il-ħabs;

h)

2010. 12. 20, Palyakow Vital, 15-il jum il-ħabs.

Ripetutament impona sentenzi ta' ħabs u multi kbar fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

12.

Zapasnik, Maryna Sviataslavauna

Zapasnik, Marina Sviatoslavovna

Запаснiк Марына Святаславаўна

Запасник Марина Святославовна

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Leninski ta' Minsk. Fl-2011 immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 18, Palyakow Vital, 12-il jum il-ħabs.

b)

2011. 07. 07, Marozaw S., għaxart ijiem il-ħabs,

c)

2011. 07. 07, Badrahin Alyaksandr, għaxart ijiem il-ħabs,

d)

2011. 07. 07, Marozova S., għaxart ijiem il-ħabs,

e)

2011. 07. 07, Varabey Alyaksandr, 15-il jum il-ħabs;

f)

2011. 07. 04, Mazurenka Mikita, għaxart ijiem il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenzi ta' ħabs fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

13.

Dubinina, Zhanna Piatrouna

Dubinina, Zhanna Petrovna

Дубiнiна Жанна Пятроўна

Дубинина Жанна Петровна

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Zavodskoi ta' Minsk. Fl-2010 mmultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2010. 12. 20, Hulyak Vital, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

b)

2010. 12. 20, Vaskabovich Lyudmila, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR),

c)

2010. 12. 20, Urywski Alyaksandr, għaxart ijiem il-ħabs;

d)

2010. 12. 20, Stashulyonak Veranika, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

e)

2010. 12. 20, Say Syarhey, għaxart ijiem il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Maksimenka Hastassya, għaxart ijiem il-ħabs;

g)

2010. 12. 20, Nikitarovich Yuliya, għaxart ijiem il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenzi ta' ħabs u multi kbar fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

14.

Krasouskaya, Zinaida Uladzimirauna

(Krasouskaia, Zinaida Uladzimirauna)

Krasovskaya, Zinaida Vladimirovna

(Krasovskaia, Zinaida Vladimirovna)

Красоўская Зiнаiда Уладзiмiраўна

Красовская Зинаида Владимировна

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Leninski ta' Minsk. Fl-2010 mmultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2010. 12. 20, Krawchuk Volha, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

b)

2010. 12. 20, Charukhina Hanna, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

c)

2010. 12. 20, Dubovik Alena, 15-il jum il-ħabs;

d)

2010. 12. 20, Boldzina Alena, 12-il jum il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Syrakvash Andrey, 15-il jum il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Klimko Nastassiya, 12-il jum il-ħabs;

g)

2010. 12. 20, Kuwshinaw Viktar, 15-il jum il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenzi ta' ħabs u multi kbar fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

15.

Hermanovich, Siarhei Mikhailavich

Germanovich, Sergei Mikhailovich

Germanovich, Sergei Mikhailovich

Германовiч Сяргей Мiхайлавiч

Германович Сергей Михайлович

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski ta' Minsk. Fl-2010 mmultat jew ikkundanna lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2010. 12. 20, Sidarevich Katsyaryna, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

b)

2010. 12. 20, Lyskavets Paval, 15-il jum il-ħabs;

c)

2010. 12. 20, Sachylka Syarhey, 15-il jum il-ħabs;

d)

2010. 12. 20, Krawtsow Dzianis, għaxart ijiem il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Vyarbitski Uladzimir, 15-il jum il-ħabs;

f)

2010. 12. 20, Newdakh Maksim, 15-il jum il-ħabs.

Ripetutament sentenzi ta' ħabs u multi kbar fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

16.

Svistunova, Valiantsina Mikalaeuna

(Svistunova, Valyantsina Mikalayeuna)

Svistunova, Valentina Nikolaevna

(Svistunova, Valentina Nikolayevna)

Свiстунова Валянцiна Мiкалаеўна

Свистунова Валентина Николаевна

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk. Fl-2010-2011 immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 21, Bandarenka Volha, għaxart ijiem il-ħabs;

b)

2011. 07. 21, Ruskaya Volha, 11-il jum il-ħabs;

c)

2010. 12. 20, Marchyk Stanislaw, 15-il jum il-ħabs;

d)

2010. 12. 20, Stanchyk Alyaksandr, għaxart ijiem il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Anyankow Syarhey, għaxart ijiem il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenzi ta' ħabs fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

17.

Sheiko, Ina Valerieuna

(Shaiko, Ina Valerieuna

Sheyko, Ina Valerieuna)

Sheyko, Inna Valerievna

(Sheiko, Inna Valeryevna)

Шэйко Iна Валер’еўна

(Шaйко Iна Валер’еўна)

Шейко Инна Валерьевна

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk. Fl-2011 immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 21, Shapavalaw Paval, 12-il jum il-ħabs;

b)

2011. 07. 21, Ivanyuk Yawhen, 12-il jum il-ħabs;

c)

2011. 07. 14, Khadzinski Paval, 25 unità bażi ta' kuljum (875 000 BLR);

d)

2011. 06. 23, Sudnik Andrey, 25 unità bażi ta' kuljum (875 000 BLR);

e)

2011. 06. 23, Yatskow Usevalad, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

f)

2011. 04. 28, Kudlaew Alyaksandr, 50 unità bażi ta' kuljum (1 750 000 BLR).

Ripetutament imponiet sentenzi ta' ħabs u multi kbar fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

18.

Lapo, Liudmila Ivanauna

(Lapo, Lyudmila Ivanauna;

Lapo, Ludmila Ivanauna)

Lappo, Ludmila Ivanovna

(Lappo, Liudmila Ivanovna;

Lappo, Lyudmila Ivanovna)

Лапо Людмiла Iванаўна

Лаппо Людмила Ивановна

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 07, Melyanets Mikalay, għaxart ijiem il-ħabs;

b)

2011. 06. 30, Shastseryk Uladzimir, għaxart ijiem il-ħabs;

c)

2011. 06. 30, Zyakaw Eryk, għaxart ijiem il-ħabs;

d)

2011. 04. 25, Grynman Nastassiya, 25 unità bażi ta' kuljum (875 000 BLR);

e)

2010. 12. 20, Nikishyn Dzmitry,11-il jum il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenzi ta' ħabs u multi kbar fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

19.

Barysionak, Anatol Uladzimiravich

(Barysyonak, Anatol Uladzimiravic)

Borisenok, Anatoli Vladimirovich

(Borisenok, Anatoli Vladimirovich;

Borisionok, Anatoli Vladimirovich;

Borisyonok, Anatoliy Vladimirovich)

Барысёнак Анатоль Уладзiмiравiч

Борисенок Анатолий Владимирович

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immulta jew ikkundanna lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 06. 23, Belush Zmitser, 20 unità bażi ta' kuljum (700 000 BLR);

b)

2010. 12. 20, Zhawnyak Ihar, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

c)

2010. 12. 20, Nyestser Aleh, għaxart ijiem il-ħabs,

d)

2010. 12. 20, Trybushewski Kiryl, għaxart ijiem il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Murashkevich Vyachaslaw, għaxart ijiem il-ħabs.

Ripetutament impona sentenzi ta' ħabs u multi kbar fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

20.

Yuferytsyn, Dzmitry Viktaravich

(Iuferytsyn, Dzmitry Viktaravich)

Yuferitsyn, Dmitri (Dmitry) Viktorovich

(Yuferitsin, Dmitri Viktorovich;

Iuferitsyn, Dmitry Viktorovich)

Юферыцын Дзмiтрый Вiктаравiч

Юферицын Дмитрий Викторович

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Leninski ta' Minsk. Fl-2010 mmulta jew ikkundanna lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal multi u sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2010. 12. 20, Charukhin Kanstantsin, 30 unità bażi ta' kuljum (1 050 000 BLR);

b)

2010. 12. 20, Yarmola Mikalay, 15-il jum il-ħabs;

c)

2010. 12. 20, Halka Dzmitry, għaxart ijiem il-ħabs;

d)

2010. 12. 20, Navumaw Viktar, 12-il jum il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Haldzenka Anatol, għaxar ijiem il-ħabs.

Ripetutament impona sentenzi ta' ħabs u multi kbar fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.

21.

Ziankevich, Valiantsina Mikalaeuna

(Zyankevich, Valyantsina Mikalayeuna)

Zenkevich, Valentina Nikolaevna

Зянькевiч Валянцiна Мiкалаеўна

Зенькевич Валентина Николаевна

 

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta' Leninski ta' Minsk. Fl-2010 mmultat jew ikkundannat lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom għal sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2010. 12. 20, Yarmolaw Yahor, 12-il jum il-ħabs;

b)

2010. 12. 20, Palubok Alyaksandr, 15-il jum il-ħabs;

c)

2010. 12. 20, Mikhalkin Zakhar, għaxart ijiem il-ħabs;

d)

2010. 10. 20, Smalak Syarhey, 15-il jum il-ħabs;

e)

2010. 12. 20, Vassilewski Alyaksandr, 15-il jum il-ħabs.

Ripetutament imponiet sentenzi ta' ħabs fuq dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u minħabba dan iġġorr ir-responsabbiltà għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.


Top