Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0115

    2012/115/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 612) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 52, 24.2.2012, p. 12–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/115/oj

    24.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 52/12


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-10 ta’ Frar 2012

    li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 612)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2012/115/UE)

    Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE jipprovdi li, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri jistgħu jfasslu u jimplimentaw pjan nazzjonali tranżizzjonali li jkopri impjanti ta’ kombustjoni partikolari, li għalihom, il-pjan għandu jkopri emissjonijiet ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi niġġiesa: ossidi tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit u trab. Għat-turbini tal-gass, l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu biss għandhom ikunu koperti mill-pjan.

    (2)

    L-impjanti ta’ kombustjoni koperti mill-pjan nazzjonali tranżizzjonali jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri għal-limitu ta’ emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2010/75/UE għas-sustanzi niġġiesa li huma suġġetti għall-pjan jew, fejn applikabbli, mar-rati ta’ desulfurizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2010/75/UE.

    (3)

    Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni b’mod uniformi tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE, għandhom jiġu adottati regoli ta’ implimentazzjoni.

    (4)

    Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-impjanti ta’ kombustjoni li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali

    Skont id-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali għandhom jinkludu biss impjanti sħaħ ta’ kombustjoni li huma koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE, fejn jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32(1) u r-regoli ta’ aggregazzjoni previsti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/75/UE.

    Artikolu 2

    Il-kontenut tal-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali

    1.   Kull pjan nazzjonali tranżizzjonali għandu jinkludi din l-informazzjoni li ġejja, skont it-Taqsima 2 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni:

    (a)

    lista tal-impjanti ta’ kombustjoni kollha li huma koperti mill-pjan, inkluż l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-karatteristiċi operazzjonali tagħhom;

    (b)

    l-ammont ikkalkulat ta’ emissjonijiet minn kull impjant ta’ kombustjoni individwali għal-limiti massimi ta’ emissjoni għas-snin 2016 u 2019;

    (c)

    tabella li turi l-limiti massimi ta’ emissjoni għal kull waħda mis-sustanzi niġġiesa li huma koperti mill-pjan għas-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u għall-ewwel semestru tas-sena 2020;

    (d)

    id-dettalji tal-kalkolu ta’ dawk il-limiti massimi ta’ emissjoni.

    Barra minn hekk, il-pjan nazzjonali tranżizzjonali għandu jinkludi din l-informazzjoni:

    (a)

    deskrizzjoni ta’ kif l-implimentazzjoni tal-pjan tkun se tiġi mmonitorjata u rrappurtata lill-Kummissjoni;

    (b)

    lista tal-miżuri li għandhom jiġu applikati biex jiġi żgurat li l-impjanti kollha ta’ kombustjoni li huma inklużi fil-pjan ikunu konformi, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2020, mal-valuri ta’ limiti massimi ta’ emissjoni applikabbli stabbiliti fl-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE.

    2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell ipprovdut fit-Tabella A.1 fl-Appendiċi A tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell ipprovdut fit-Tabella B.3 fl-Appendiċi B tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    L-iffissar tal-limiti massimi ta’ emissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali

    1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-limiti massimi ta’ emissjoni għandhom jiġu kkalkulati bil-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    2.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell ipprovdut fit-Tabella B.1 fl-Appendiċi B tal-Anness għal din id-Deċiżjoni biex jippreżentaw il-valuri ta’ limiti massimi ta’ emissjoni u r-rati minimi ta’ desulfurizzazzjoni rilevanti, l-ammont ikkalkulat ta’ emissjonijiet minn kull impjant ta’ kombustjoni għal-limiti massimi ta’ emissjoni għas-sena 2016 u t-total tal-limiti massimi ta’ emissjoni għas-sena 2016.

    Fil-każijiet li ġejjin, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, fil-kolonna tal-mudell intitolata “kummenti”, informazzjoni addizzjonali dwar il-valuri ta’ limiti massimi ta’ emissjoni li ntużaw għall-kalkolu:

    (a)

    fejn ikunu ntużaw il-valuri ta’ limiti massimi ta’ emissjoni msemmija fin-Noti għat-Tabelli C.1 u C.2 fl-Appendiċi C tal-Anness għal din id-Deċiżjoni;

    (b)

    fejn l-impjanti jużaw diversi tipi ta’ karburanti jew ikunu komposti minn taħlita ta’ diversi tipi ta’ impjanti.

    3.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell ipprovdut fit-Tabella B.2 fl-Appendiċi B tal-Anness għal din id-Deċiżjoni biex jippreżentaw il-valuri ta’ limiti massimi ta’ emissjoni u r-rati minimi ta’ desulfurizzazzjoni rilevanti, l-ammont ikkalkulat ta’ emissjonijiet minn kull impjant ta’ kombustjoni għal-limiti massimi ta’ emissjoni għas-sena 2019 u t-total tal-limiti massimi ta’ emissjoni għas-sena 2019.

    Fil-każijiet li ġejjin, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, fil-kolonna tal-mudell intitolata “kummenti”, informazzjoni addizzjonali dwar il-valuri ta’ limiti massimi ta’ emissjoni li ntużaw għall-kalkolu:

    (a)

    fejn ikunu ntużaw il-valuri ta’ limiti massimi ta’ emissjoni msemmija fin-Noti għat-Tabelli D.1 u D.2 fl-Appendiċi D tal-Anness għal din id-Deċiżjoni;

    (b)

    fejn l-impjanti jużaw diversi tipi ta’ karburanti jew ikunu komposti minn taħlita ta’ diversi tipi ta’ impjanti.

    Artikolu 4

    L-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tranżizzjonali

    Skont it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, Stat Membru jista’ jimplimenta l-pjan nazzjonali tranżizzjonali tiegħu fil-każ biss li dan ikun ġie aċċettat mill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Tibdil sussegwenti għall-pjan nazzjonali tranżazzjonali

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu li permezz tiegħu jkun jista’ jiġi identifikat kwalunwe tibdil rilevanti fl-impjanti tal-kombustjoni li huma koperti mill-pjan nazzjonali tranżizzjonali, u li jista’ jaffettwa l-limiti massimi ta’ emissjoni applikabbli.

    2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil sussegwenti fil-pjan li jaffettwa l-limiti massimi ta’ emissjoni applikabbli, skont it-Taqsima 4 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Monitoraġġ tal-konformità, azzjoni ta’ rimedju u rappurtar lill-Kummissjoni

    1.   Għall-finijiet tal-artikolu 32(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit u trab minn kull impjant ta’ kombustjoni li jkun kopert mill-pjan nazzjonali tranżizzjonali, billi jivverifika d-dejta tal-monitoraġġ jew tal-kalkolu tal-operaturi tal-impjanti ta’ kombustjoni.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, diossidu tal-kubrit u trab mill-impjanti ta’ kombustjoni li jkunu koperti mill-pjan nazzjonali tranżizzjonali jkunu limitati għal ammont li jippermetti ż-żamma ta’ konformità mal-limiti massimi ta’ emissjoni. Fejn ikun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi ta’ emissjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu l-emissjonijiet milli jeċċedu dawk il-limiti massimi.

    3.   L-Istati Membri li jimplimentaw pjan nazzjonali tranżizzjonali għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull sena, fi żmien 12-il xahar, id-dejta elenkata fl-Artikolu 72(3) tad-Direttiva 2010/75/UE għal kull wieħed mill-impjanti ta’ kombustjoni kollha li huma inklużi fil-pjan.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.


    ANNESS

    1.   Impjanti ta’ kombustjoni li għandhom jiġu inklużi fil-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali]

    Partijiet mill-impjanti ta’ kombustjoni (eż. unità ta’ kombustjoni individwali waħda jew aktar li jaqsmu ċumnija komuni ma’ unitajiet oħra jew li huma f'sitwazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 29(2) tad-Direttiva 2010/75/UE) ma għandhomx jaqgħu taħt pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] (1).

    Għall-finijiet tat-tieni inċiż, punt (b) tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, impjanti ta’ kombustjoni li jaqgħu taħt dik id-dispożizzjoni jinkludu wkoll impjanti li mhumiex imħaddma minn operatur ta’ raffinerija, iżda jinsabu ġewwa r-raffinerija u jużaw il-fjuwils imsemmija f'dak il-punt.

    L-impjanti ta’ kombustjoni li se jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2010/75/UE rigward impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart fi kwalunkwe ħin matul l-applikazzjoni tal-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] ma għandhomx jiġu inklużi fil-pjan nazzjonali tranżizzjonali.

    2.   Dejta dwar l-impjanti ta’ kombustjoni li għandha tiġi inkluża fil-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali]

    Il-pjan nazzjonali tranżizzjonali għandu jinkludi lista tal-impjanti ta’ kombustjoni kollha li jkopri u d-dejta kollha li tikkonċerna dawn l-impjanti li ntużat sabiex jiġu kkalkolati l-limiti massimi ta’ emissjoni.

    Id-dejta għal kull impjant li għandha tiġi inkluża hija relatata mal-kapaċità termali kklassifikata totali [total rated thermal input], il-fjuwils użati u l-karatteristiċi tat-tħaddim ta’ kull impjant ta’ kombustjoni matul il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali].

    Bħala minimu, id-dejta li ġejja għandha tiġi inkluża fil-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] għal kull wieħed mill-impjanti ta’ kombustjoni li jaqgħu taħtu:

    1.

    L-isem u l-post tal-impjant ta’ kombustjoni (2);

    2.

    Id-data li fiha ngħata l-ewwel permess għall-impjant ta’ kombustjoni;

    3.

    Id-data li fiha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-ewwel permess għall-impjant ta’ kombustjoni flimkien mad-data li fiha l-impjant ta’ kombustjoni tħaddem għall-ewwel darba;

    Nota:

    Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss f'każ li l-impjant ta’ kombustjoni ngħata l-ewwel permess tiegħu wara s-27 ta’ Novembru 2002, iżda li beda jitħaddem mhux aktar tard mis-27 ta’ Novembru 2003.

    4.

    Kull estensjoni b'tal-inqas 50 MW tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni, li tkun seħħet bejn is-27 ta’ Novembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2010 (li tindika l-kapaċità miżjuda f'MW) (3);

    5.

    Il-kapaċità termali kklassifikata totali (MW) ta’ kull impjant ta’ kombustjoni fil-31 ta’ Diċembru 2010;

    6.

    Numru annwali ta’ sigħat ta’ tħaddim (4) ta’ kull impjant ta’ kombustjoni, fuq medja tal-perjodu 2001-2010;

    Nota:

    Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss f'każ fejn jintużaw valuri speċifiċi ta’ limitu tal-emissjonijiet għal impjanti ta’ kombustjoni li jitħaddmu għal inqas minn 1 500 siegħa fis-sena sabiex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni tal-impjant ta’ kombustjoni għal-limitu/i massimu/i tal-emissjonijiet.

    7.

    Sustanzi li jniġġsu li l-impjant ta’ kombustjoni konċernat mhuwiex kopert għalihom mill-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] (jekk ikun hemm) (5).

    8.

    L-ammont annwali ta’ fjuwil użat (TJ/sena), fuq medja tal-perjodu 2001-2010, maqsum f'6 tipi ta’ fjuwils: faħam, linjite, bijomassa, karburanti [fjuwils] solidi oħrajn, fjuwils likwidi, fjuwils gassużi (6);

    9.

    Rata tal-fluss annwali ta’ gassijiet ta’ skart (Nm3/sena), fuq medja tal-perjodu 2001-2010 (7);

    Nota 1:

    Fil-każ ta’ impjanti ta’ kombustjoni li jqabbdu diversi tipi ta’ fjuwils u/jew li jikkonsistu f'diversi tipi ta’ impjanti, trid tiġi pprovduta r-rata tal-fluss ta’ gassijiet ta’ skart għal kull tip ta’ fluwil u/jew għal kull tip ta’ impjant ta’ kombustjoni b'mod separat (8).

    Nota 2:

    Jekk ir-rata tal-fluss ta’ gassijiet ta’ skart hija kkalkolata mill-ammont ta’ fjuwil użat (u mhux ibbażata fuq flussi ta’ gassijiet ta’ skart attwalment immonitorjati), il-fattur (jew il-fatturi, f'każ ta’ diversi tipi ta’ fjuwils jew ta’ impjanti ta’ kombustjoni) użat għall-kalkolu (Nm3/GJ) għandu jiġi rrapportat.

    10.

    Kwantità ta’ użu ta’ kubrit permezz ta’ fjuwils solidi indiġeni (9) użati (tunnellati ta’ S/sena), fuq medja tal-perjodu 2001-2010;

    Nota:

    Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss f'każ fejn l-impjant ta’ kombustjoni juża fjuwils solidi indiġeni u fejn tintuża r-rata minima ta’ “desulphurisation” sabiex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni tal-impjant ta’ kombustjoni għal-limitu massimu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit (għall-2016 u/jew għall-2019).

    Fejn impjanti ta’ kombustjoni koperti mill-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] huma turbini tal-gass jew magni tal-gass, il-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] jrid jindika dan b'mod speċifiku.

    3.   Determinazzjoni tal-limiti massimi tal-emissjonijiet

    3.1.   Metodu ta’ kalkolu għall-kontribuzzjonijiet tal-pjanti individwali għal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2016 u l-2019

    3.1.1.   Każ ġenerali

    Sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-emissjonijiet applikabbli għal sustanzi li jniġġsu għas-snin 2016 u 2019, il-kontribuzzjoni ta’ kull impjant ta’ kombustjoni mogħtija f'tunnellati fis-sena (tpa – “tonnes per annum”) għandha tiġi kkalkolata permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

    Kontribuzzjoni għal-limitu (tpa) = Ir-rata tal-fluss ta’ gassijiet ta’ skart (Nm3pa) × ELV (mg/Nm3) × 1,0 × 10–9

    fejn:

    “Ir-rata tal-fluss ta’ gassijiet ta’ skart” hija r-rata ta’ fluss volumetrika ta’ gassijiet ta’ skart mogħtija f'metri kubi fis-sena (Nm3pa), fuq medja tas-snin 2001-2010. Hija mogħtija f'temperatura (273 K) u pressjoni (101,3 kPa) standard, fil-kontenut relevanti ta’ ossiġnu ta’ referenza (jiġifieri, l-istess wieħed bħal dak użat għall-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet (ELV – “valur ta’ limitu tal-emissjonijiet”)) u wara l-korrezzjoni għall-kontenut ta’ fwar tal-ilma;

    L-“ELV” huwa l-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għas-sustanz li tniġġes konċernata mogħti f'mg/Nm3, bis-suppożizzjoni li l-kontenut ta’ ossiġnu skont il-volum fil-gassijiet ta’ skart huwa ta’ 6 % fil-każ ta’ fjuwils solidi, 3 % fil-każ ta’ fjuwils likwidi u gassużi (għal impjanti ta’ kombustjoni għajr turbini tal-gass jew magni tal-gass) u 15 % fil-każ ta’ turbini tal-gass u magni tal-gass.

    Id-dettalji dwar kif jiġu stabbiliti l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2016 u tal-2019 huma pprovduti fit-taqsimiet 3.2 u 3.3.

    3.1.2.   Każ speċifiku ta’ impjanti li jqabbdu diversi tipi ta’ fjuwils u/jew li jikkonsistu f'diversi tipi ta’ pjanti

    L-ekwazzjoni msemmija fit-taqsima 3.1.1 ma tistax tintuża għal impjanti ta’ kombustjoni li qabbdu diversi tipi ta’ fjuwils fil-perjodu 2001-2010 (b'mod simultanju tjew le) jew li jikkonsistu f'diversi tipi ta’ pjanti.

    Dawk l-impjanti ta’ kombustjoni jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u/jew kundizzjonijiet ta’ referenza differenti għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tagħhom għal-limiti massimi tal-emissjonijiet. Għalhekk, għandu jintuża l-metodu li ġej.

    Kontribuzzjoni għal-limitu (tpa) = Σ [Ir-rata tal-fluss ta’ gassijiet ta’ skart (Nm3pa) × ELV (mg/Nm3) × 1,0 × 10–9]

    Din l-ekwazzjoni timplika li, għal kull tip ta’ fjuwil użat fil-perjodu 2001-2010, il-volum annwali medju ta’ gassijiet ta’ skart (Nm3 fis-sena) huwa mmultiplikat bil-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti (li jikkorrispondi għall-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni sħiħ). Imbagħad, ir-riżultati ta’ dawn il-multiplikazzjonijiet jingħaddu għat-tipi kollha ta’ fjuwils użati.

    Għandu jiġi żgurat li, għal kull tip ta’ fjuwil, il-volum ta’ gassijiet ta’ skart u l-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet multiplikati jingħataw fl-istess kontenut ta’ ossiġnu ta’ referenza.

    L-istess approċċ japplika f'każijiet fejn, fil-perjodu 2001-2010, billi jitqies l-Artikolu 29(1) u (2) tad-Direttiva 2010/75/UE, impjant ta’ kombustjoni waħdu kkonsista f'kombinazzjoni ta’ tipi differenti ta’ impjanti. Xi eżempji ta’ turija huma:

    turbina tal-gass waħda jew aktar kombinata(i) ma’ tip wieħed ieħor jew aktar ta’ impjanti ta’ kombustjoni;

    magna tal-gass waħda jew aktar kombinata(i) ma’ tip wieħed ieħor jew aktar ta’ impjanti ta’ kombustjoni.

    3.1.3.   Rata minima ta’ “desulphurisation” (MDR – “Minimum Rate of Desulphurisation”)

    L-ekwazzjoni msemmija fit-taqsima 3.1.1 ma tistax tintuża għal impjanti ta’ kombustjoni li jqabbdu fjuwil solidu indiġenu (10) u li ma jistgħux jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti stabbiliti għad-diossidu tal-kubrit fid-Direttiva 2010/75/UE minħabba l-karatteristiċi ta’ dan il-fjuwil.

    Għal impjanti bħal dawn, il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għal-limitu massimu tal-emissjonijiet applikabbli għad-diossidu tal-kubrit jista' jkun ibbażat fuq l-applikazzjoni tar-rati minimi relevanti ta’ “desulphurisation” (11) minflok fuq il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit.

    F'dak il-każ, il-kontribuzzjoni tal-impjant ta’ kombustjoni għal-limitu massimu tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit mogħtija f'tunnellati fis-sena (tpa) għandha tiġi kkalkolata billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

    Kontribuzzjoni għal-limitu massimu tal-SO2 (tpa) = Input tal-kubrit (tpa) × (1 – (MDR/100)) × 2

    fejn:

    “L-input tal-kubrit” huwa l-kwantità annwali ta’ kubrit (S) li jinstab fil-fjuwil solidu indiġenu li ntuża fl-impjant ta’ kombustjoni, mogħtija f'tunnellati fis-sena (tpa), fuq medja tal-perjodu 2001-2010.

    “MDR” hija r-rata minima relevanti ta’ “desulphurisation”, mogħtija f'perċentwal.

    Id-dettalji dwar kif tiġi stabbilita r-rata minima relevanti tad-“desulphurisation” sabiex jiġu kkalkolati l-limiti massimi tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit tal-2016 u l-2019 huma pprovduti fit-taqsimiet 3.2 u 3.3.

    3.2.   Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti u r-rati minimi ta’ “desulphurisation” sabiex jiġu kkalkolati l-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2016

    Skont l-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-limitu/i massimu/i tal-emissjonijiet għas-sena 2016 għandu/hom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti stabbiliti fl-Annessi III sa VII għad-Direttiva 2001/80/KE jew, fejn din tkun applikabbli, fuq il-bażi tar-rata minima ta’ “desulphurisation” stabbilita fl-Anness III għad-Direttiva 2001/80/KE. Għalhekk, il-kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2016 huwa bbażat fuq il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti u fuq l-MDR, li kienu jkunu applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2016 għall-impjant ta’ kombustjoni konċernat skont id-Direttiva 2001/80/KE, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet li ġejjin (12).

    Il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u l-MDR għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni sħiħ fil-31 ta’ Diċembru 2010, it-tip(i) ta’ fjuwils użati u n-numru annwali ta’ sigħat ta’ tħaddim fuq medja tal-perjodu 2001-2010. Fejn l-impjanti ta’ kombustjoni ġew estiżi b'tal-inqas 50 MW fil-perjodu bejn is-27 ta’ Novembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2010, għandhom jiġu applikati r-regoli għall-kalkoli tal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/80/KE.

    Għat-turbini tal-gass kollha inklużi fil-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali], il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti li jikkonċerna l-ossidi tan-nitroġenu huwa dak stabbilit fil-Parti B tal-Anness VI għad-Direttiva 2001/80/KE, irrispettivament mill-Artikolu 2(7)(j) tad-Direttiva 2001/80/KE.

    Minħabba li ma ġew stabbiliti l-ebda valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet fid-Direttiva 2001/80/KE għall-magni tal-gass, il-valur ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għall-ossidi tan-nitroġenu huwa dak stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE.

    Għal impjanti ta’ kombustjoni li kienu qed jużaw tipi differenti ta’ fjuwil fil-perjodu 2001-2010, il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għandhom jiġu elenkati għal kull fjuwil individwali. It-taqsima 3.1.2 tipprovdi dettalji dwar il-metodu li għandu jintuża sabiex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni ta’ kull waħda minn dawk l-impjanti għal-limiti massimi tal-emissjonijiet.

    Id-Direttiva 2001/80/KE tippermetti lil ċerti impjanti ta’ kombustjoni li jitħaddmu għal inqas minn 1 500 siegħa (bħala medja rikorrenti fuq perjodu ta’ 5 snin) sabiex jikkonformaw ma’ valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet inqas stretti. Dawn tal-aħħar jistgħu jintużaw biss għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni ta’ impjant individwali għal-limitu massimu tal-emissjonijiet tal-2016 jekk in-numru medju ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-impjant matul il-perjodu 2001-2010 jkun inqas minn 1 500 siegħa fis-sena.

    Ħarsa ġenerali lejn il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti kif stabbiliti fl-Annessi III sa VII tad-Direttiva 2001/80/KE u tal-MDR relevanti stabbilita fl-Anness III għad-Direttiva 2001/80/KE hija pprovduta fit-Tabelli C.1, C.2 u C.3 fl-Appendiċi Ċ għal dan l-Anness (13).

    3.3.   Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti u r-rati minimi ta’ “desulphurisation” għall-kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2019

    Skont l-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-limiti massimi tal-emissjonijiet għas-sena 2019 għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE jew fejn dawn ikunu applikabbli, ir-rati relevanti ta’ “desulphurisation” stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE. Għalhekk, il-kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2019 huwa bbażat fuq il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti u fuq l-MDR, li jkunu applikabbli fl-1 ta’ Jannar 2019 skont id-Direttiva 2010/75/UE għall-impjant ta’ kombustjoni konċernat

    Il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u l-MDR għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant ta’ kombustjoni sħiħ fil-31 ta’ Diċembru 2010, tat-tip(i) ta’ fjuwil użat u n-numru annwali ta’ sigħat ta’ tħaddim fuq medja tal-perjodu 2001-2010.

    Ħarsa ġenerali lejn il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti kif stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE u tal-MDR relevanti stabbilita fil-Parti 5 tal-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE hija pprovduta fit-Tabelli D.1, D.2 u D.3 fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

    Għal impjanti ta’ kombustjoni li kienu qed jużaw tipi differenti ta’ fjuwil fil-perjodu 2001-2010, il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għandhom jiġu elenkati għal kull fjuwil individwali. It-taqsima 3.1.2 tipprovdi dettalji dwar il-metodu li għandu jintuża sabiex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni ta’ kull waħda minn dawk l-impjanti għal-limiti massimi tal-emissjonijiet.

    Id-Direttiva 2010/75/UE tippermetti lil ċerti impjanti ta’ kombustjoni li jitħaddmu għal inqas minn 1 500 siegħa (bħala medja rikorrenti fuq perjodu ta’ 5 snin) sabiex jikkonformaw ma’ valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet inqas stretti. Dawn tal-aħħar jistgħu jintużaw biss għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni ta’ impjant għal-limitu massimu tal-emissjonijiet tal-2019 jekk in-numru medju ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-impjant matul il-perjodu 2001-2010 jkun inqas minn 1 500 siegħa fis-sena.

    3.4.   Kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet

    3.4.1.   Kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2016 u tal-2019

    Għas-snin 2016 u 2019, it-total ta’ limiti massimi tal-emissjonijiet għal kull sustanza li tniġġes għandu jiġi stabbilit billi jingħaddu l-kontribuzzjonijiet ta’ kull impjant individwali għal-limiti massimi tal-emissjonijiet rispettivi:

     

    limitu massimu2016 (tpa) = Σ [kontribuzzjoni tal-impjant individwali għal-limitu massimu tal-2016]

     

    limitu massimu2019 (tpa) = Σ [kontribuzzjoni tal-impjant individwali għal-limitu massimu tal-2019]

    3.4.2.   Kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2017, l-2018 u l-2020

    Il-limiti massimi għas-sena 2017 (limitu massimu2017) għandhom jiġu kkalkolati billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

    Formula

    Il-limiti massimi għas-sena 2018 (limitu massimu2018) għandhom jiġu kkalkolati billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

    Formula

    Il-limiti massimi għall-ewwel simestru tal-2020 (limitu massimu2020) huma nofs il-limiti massimi għall-2019:

    Formula

    4.   Bidliet sussegwenti għall-pjanijiet nazzjonali tranżitorji [tradizzjonali]

    Tal-inqas, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan li ġej:

    (a)

    l-impjanti ta’ kombustjoni li jirrikorru għad-deroga għal tul ta’ ħajja limitat skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2010/75/UE;

    Nota:

    Filwaqt li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet nazzjonali tranżitorji tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013, l-operaturi għandhom sal-1 ta’ Jannar 2014 sabiex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar jekk jixtiqux jirrikorru għad-deroga għal tul ta’ ħajja limitat. Għalhekk, impjant ta’ kombustjoni jista' inizjalment jiġi inkluż fil-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] ppreżentat lill-Kummissjoni qabel ma jkun soġġett għal deroga għal tul ta’ ħajja limitat. Imbagħad, l-impjant ta’ kombustjoni jrid jitneħħa mill-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] ladarba l-awtorità kompetenti tiġi notifikata mill-operatur tal-impjant ta’ kombustjoni bid-deċiżjoni li jirrikorri għad-deroga għal tul ta’ ħajja limitat. Imbagħad, il-kontribuzzjonijiet għal-limitu/i massimu/i tal-emissjonijiet applikabbli għal kull impjant ta’ kombustjoni li jkun jaqa' taħt l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2010/75/UE iridu jitnaqqsu mil-limitu/i massimu/i tal-emissjonijiet kif ikkalkolat fl-aħħar verżjoni aċċettata tal-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] (jew, jekk l-ebda pjan bħal dan ma ġie aċċettat, kif ikkalkolat fl-aħħar verżjoni tal-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] ppreżentat lill-Kummissjoni).

    (b)

    l-impjanti ta’ kombustjoni li huma magħluqa (jiġifieri dawk l-impjanti li ma għadhomx jitħaddmu b'mod definittiv) jew li l-kapaċità termali kklassifikata totali tagħhom tnaqqas għal inqas minn 50 MW;

    (c)

    l-impjanti ta’ kombustjoni li se jibdew jikkoinċineraw l-iskart wara l-31 ta’ Diċembru 2015 u li għaldaqstant ikunu jaqgħu taħt il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2010/75/UE.

    Nota:

    Kif imsemmi fl-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, fejn impjant inkluż fil-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] jkun magħluq jew ma jibqax jaqa' aktar fl-ambitu tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE, dan ma għandux jirriżulta f'żieda fl-emissjonijiet annwali totali mill-impjanti li jifdal koperti mill-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali].

    Għall-finijiet tal-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu li jikkomunikaw lill-Kummissjoni din l-informazzjoni li ġejja minħabba li l-bidliet sussegwenti li jirreferu għalihom ma għandhomx jaffettwaw il-limitu/i massimu/i tal-emissjonijiet applikabbli:

    tnaqqis jew żieda tal-kapaċità termali kklassifikata totali wara l-31 ta’ Diċembru 2010 (għajr tnaqqis għal inqas minn 50 MW);

    tnaqqis jew żieda tan-numru ta’ sigħat ta’ tħaddim wara l-2010;

    bidla fl-użu tal-fjuwil (tip, kwantità) li sseħħ wara l-2010 (għajr bidla għall-inċenerazzjoni ta’ skart, li tkun tikkwalifika lill-impjant bħala impjant ta’ koinċenerazzjoni tal-iskart li tikkaġuna l-esklużjoni tiegħu mill-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali]).

    Il-bidliet li jaffettwaw isem l-impjant (eż. minħabba bidla fl-operatur) għandhom jiġu rrapportati permezz ta’ inventarji tal-emissjonijiet li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(3) ta’ din id-Deċiżjoni u skont l-Artikolu 72(3) tad-Direttiva 2010/75/UE.


    (1)  L-istess regola tapplika rigward l-Artikoli 33, 34 u 35 tad-Direttiva 2010/75/UE. Konsegwentement, parti minn impjant ta’ kombustjoni ma tistax tkun koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 33, 34 jew 35, filwaqt li parti (jew partijiet) oħra ta’ dak l-impjant tkun inkluża fil-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali].

    (2)  Kif ġew irraportati fl-inventarji tal-emissjonijiet mfassla skont id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

    (3)  Din l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti l-valuri ta’ limitu relevanti tal-emissjoni fl-1 ta’ Jannar 2016 kif stabbilit fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/80/KE.

    (4)  “sigħat ta’ tħaddim” tfisser iż-żmien, mogħti f'sigħat, li matulu impjant ta’ kombustjoni, sħiħ jew f'parti minnu, jitħaddem u jarmi emissjonijiet fl-arja, esklużi l-perjodi tal-ftuħ u tal-għeluq.

    (5)  Pereżempju, turbini tal-gass jistgħu jkunu koperti mill-pjan nazzjonali transżitorju rigward l-emissjonijiet tagħhom ta’ NOx biss. Impjanti oħra jistgħu jiġu koperti minn pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali] għal xi sustanza/i li jniġġsu, filwaqt li jkunu soġġetti għal valuri ta’ limitu tal-emissjoni mill-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE għal sustanzi li jniġġsu oħra.

    (6)  Għal impjanti ta’ kombustjoni li, fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu 2001-2010, kienu qed jikkoinċineraw skart (eskluż l-iskart li huwa “bijomassa” skont id-definizzjoni fl-Artikolu 3(31)(b) tad-Direttiva 2010/75/UE u kienu konsegwentement koperti mid-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91)), l-ammont ta’ skart inċinerat matul dak il-perjodu ma għandux ikun inkluż f'dan il-punt.

    (7)  Ara t-taqsima 3.1.1 ta’ dan l-Anness rigward il-kundizzjonijiet ta’ referenza applikabbli.

    (8)  Ara t-taqsima 3.1.2 ta’ dan l-Anness.

    (9)  “fjuwil solidu indiġenu” tfisser fjuwil solidu naturali mqabbad f'impjant ta’ kombustjoni, iddisinjat speċifikament għal dak il-fjuwil u li huwa estratt lokalment.

    (10)  Din tapplika għal impjanti ta’ kombustjoni li kienu qed iqabbdu fjuwil solidu indiġenu fil-perjodu 2001-2010.

    (11)  “rata ta’ desulfurizzazzjoni” tfisser il-porzjon fuq perjodu speċifiku tal-kwantità ta’ kubrit li ma jintremiex fl-arja minn impjant ta’ kombustjoni meta mqabbla mal-kwantità ta’ kubrit li jinstab fil-fjuwil solidu introdott fil-faċilitajiet tal-impjant ta’ kombustjoni u li jintuża fl-impjant matul l-istess perjodu ta’ żmien.

    (12)  Il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għall-kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet mhumiex efettwati mill-inklużjoni ta’ impjant fil-Pjan Nazzjonali ta’ Tnaqqis tal-Emissjonijiet fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2001/80/KE.

    (13)  Din il-ħarsa ġenerali mhijiex dettaljata. B'mod partikolari, ma tkoprix sitwazzjonijiet fejn impjant ta’ kombustjoni ġie estiż b'tal-inqas 50 MW bejn is-27 ta’ Novembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2010, li f'dan il-każ anki l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Annessi III sa VII għad-Direttiva 2001/80/KE huma relevanti (applikazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/80/KE).

    Appendiċi A

    Tabella A.1.

    Mudell għal-lista ta’ impjanti ta’ kombustjoni li għandhom jiġu inklużi fil-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali]

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    G

    H

    Numru

    Isem l-impjant

    Post tal-impjant

    (indirizz)

    Data li fiha ġiet ppreżentata l-applikazzjoni għall-ewwel permess għall-impjant u d-data li fiha l-impjant tħaddem għall-ewwel darba

    JEW

    Data li fiha ngħata l-ewwel permess għall-impjant

    Kull estensjoni b’tal-inqas 50 MW tal-kapaċità termali kklassifikat totali tal-impjant ta’ kombustjoni, li seħħet bejn is-27 ta’ Novembru 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2010

    (estensjoni totali f’MW)

    Kapaċità termali kklassifikat totali fil-31.12.2010

    (MW)

    Numru annwali ta’ sigħat ta’ tħaddim

    (medja tal-2001-2010)

    Sustanza/i li jniġġsu (SO2, NOx, trab) li l-impjant MHUWIEX kopert għalihom mill-pjan nazzjonali tranżitorju [tranżizzjonali]


    A

    I

    J

    K

    L

    M

    Numbru

    Indika jekk l-impjant huwiex turbina tal-gass jew magna tal-gass

    Ammont annwali ta’ fjuwil użat

    (medja tal-2001-2010)

    Rata medja tal-fluss annwali ta’ gassijiet ta’ skart

    (medja tal-2001-2010)

    Kwantità annwali ta’ S fil-fjuwils solidi indiġeni użati li ddaħħlet fl-impjant ta’ kombustjoni

    (medja tal-2001-2010)

    Fattur(i) ta’ konverżjoni użat(i) f’każ li r-rata tal-fluss ta’ gassijiet ta’ skart ġiet ikkalkolata mill-input tal-fjuwil (għal kull tip ta fjuwil)

    (TJ/sena)

    (Nm3/y)

    (tpa)

    (Nm3/GJ)

     

     

    antraċit

    linjite

    bijomassa

    fjuwils solidi oħrajn

    fjuwils likwidi

    fjuwils gassużi

     

     

     

    Appendiċi B

    Tabella B.1.

    Mudell għall-kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2016

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    G

    H

    I

    J

    K

    Numru

    isem

    kontenut ta’ ossiġnu ta’ referenza

    ELV relevanti għall-SO2

    rata’ ta’ “desulphurisation” relevanti

    kontribuzzjoni tal-impjant għal-limitu massimu ta’ SO2 tal-2016

    ELV relevanti għall-NOx

    kontribuzzjoni tal-impjant għal-limitu massimu ta’ NOx tal-2016

    ELV relevanti għat-trab

    kontribuzzjoni tal-impjant għal-limitu massimu ta’ trab tal-2016

    kummenti

    (%)

    (mg/Nm3)

    (fejn applikabbli)

    (tpa)

    (mg/Nm3)

    (tpa)

    (mg/Nm3)

    (tpa)

    (dejta tal-impjant individwali)

    SOMMA

     

     

     

     

    TOTAL TAL-LIMITU MASSIMU TA’ SO2

     

    TOTAL TAL-LIMITU MASSIMU TA’ NOx

     

    TOTAL TAL-LIMITU MASSIMU TA’ trab

     


    Tabella B.2.

    Mudell għall-kalkolu tal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2019

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    G

    H

    I

    J

    K

    Numru

    isem

    kontenut ta’ ossiġnu ta’ referenza

    ELV relevanti għall-SO2

    rata’ ta’ “desulphurisation” relevanti

    kontribuzzjoni tal-impjant għal-limitu massimu ta’ SO2 tal-2019

    ELV relevanti għall-NOx

    kontribuzzjoni tal-impjant għal-limitu massimu ta’ NOx tal-2019

    ELV relevanti għat-trab

    kontribuzzjoni tal-impjant għal-limitu massimu ta’ trab tal-2019

    kummenti

    (%)

    (mg/Nm3)

    (fejn applikabbli)

    (tpa)

    (mg/Nm3)

    (tpa)

    (mg/Nm3)

    (tpa)

    (dejta tal-impjant individwali)

    SOMMA

     

     

     

     

    TOTAL TAL-LIMITU MASSIMU TA’ SO2

     

    TOTAL TAL-LIMITU MASSIMU TA’ NOx

     

    TOTAL TAL-LIMITU MASSIMU TA’ trab

     


    Tabella B.3.

    Ħarsa ġenerali lejn il-limiti massimi tal-emissjonijiet

    (tunnellati fis-sena)

     

    2016

    2017

    2018

    2019

    2020

    (1 Jan – 30 Ġun)

    SO2

     

     

     

     

     

    NOx

     

     

     

     

     

    trab

     

     

     

     

     

    Appendiċi Ċ

    Tabella C.1.

    Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali għal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2016 għal impjanti ta’ kombustjoni għajr it-turbini tal-gass u l-magni tal-gass

    Sustanzi li jniġġsu

    Tip ta’ fjuwil

    ELV (mg/Nm3)

    50 – 100 MW

    > 100 – 300 MW

    > 300 – 500 MW

    > 500 MW

    SO2

    Solidu

    2 000

    2 000 sa 400 (skala lineari) (Nota 1)

    400

    Likwidu

    1 700

    1 700 sa 400

    (skala lineari)

    400

    Gassuż

    35 inġenerali

    5 għal gass likwifat

    800 għal gass ta’ forn tal-kokk [coke oven] u gass ta’ kalkara tal-funderija [blast furnace]

    NOx

    (Nota 6)

    Solidu

    (Nota 2)

    600

    200

    (Nota 3)

    Likwidu

    450

    400

    Gassuż

    300

    200

    trab

    Solidu

    100

    50 (Nota 4)

    Likwidu

    50 (Nota 5)

    Gassuż

    5 inġenerali

    10 għal gass ta’ kalkara tal-funderija

    50 għal gassijiet tal-industrija tal-azzar li jistgħu jintużaw xi mkien ieħor

    Il-kontenut ta’ ossiġnu ta’ referenza huwa ta’ 6 % għal fjuwils solidi u 3 % għal fjuwils likwidi u gassużi.

    Noti:

    1.

    800 mg/Nm3 għal impjanti b’kapaċità termali kklassifikata aktar minn jew daqs 400 MW, li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    2.

    1 200 mg/Nm3 għal impjanti li fil-perjodu ta’ 12-il xahar li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2001 tħaddmu, u li għadhom jitħaddmu, bi fjuwils solidi li l-kontenut volatili tagħhom huwa ta’ < 10 %

    3.

    450 mg/Nm3 għal impjanti li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    4.

    100 mg/Nm3 għal impjanti li l-liċenzja ta’ kostruzzjoni oriġinali jew, fin-nuqqas ta’ tali proċedura, il-liċenzja ta’ tħaddim oriġinali ngħatatilhom qabel l-1 ta’ Lulju 1987 u li qed iqabbdu fjuwil solidu b’kontenut tas-sħana ta’ inqas minn 5 800 kJ/kg, kontenut ta’ umdità ta’ > 45 % skont il-piż, kontenut kombinat ta’ umdità u rmied ta’ > 60 % skont il-piż u kontenut ta’ ossidu tal-kalċju ta’ > 10 %

    5.

    100 mg/Nm3 għal impjanti b’kapaċità termali kklassifikata ta’ inqas minn 500 MW u li jqabbdu fjuwil likwidu b’kontenut ta’ rmied ta’ > 0,06 %

    6.

    għal impjanti li jinstabu fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, l-Ażores, Madejra jew il-Gżejjer Kanarji japplikaw l-ELV li ġejjin: fjuwils solidi inġenerali: 650 mg/Nm3; fjuwils solidi b’ < 10 % ta’ komposti volatili: 1 300 mg/Nm3; fjuwils likwidi: 450 mg/Nm3; fjuwils gassużi: 350 mg/Nm3

    Tabella C.2.

    Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali għal-limitu massimu tal-emissjonijiet tal-2016 għall-NOx għal turbini tal-gass u magni tal-gass

     

    ELV għall-NOx

    (mg/Nm3)

    Magni tal-gass (li jqabbdu fjuwils gassużi)

    100

    Turbini tal-gass (inklużi Turbini tal-Gass b’Ċiklu Kkombinat (CCGT – “Combined Cycle Gas Turbines”) li jqabbdu l-fjuwils li ġejjin:

    Gass naturali (Nota 1)

    50

    (Noti 2 u 3)

    Fjuwils gassużi għajr il-gass naturali

    120

    Distillati ħfief u medji

    120

    Il-kontenut ta’ ossiġnu ta’ referenza huwa ta’ 15 %.

    Noti:

    1.

    Metan naturali b’mhux aktar minn 20 % (skont il-volum) ta’ inerti u kostitwenti oħra.

    2.

    75 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin (fejn l-effiċjenza tat-turbina tal-gass hija determinata mill-kundizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO):

    turbini tal-gass, użati f’sistemi ta’ sħana u enerġija kombinati li għandhom effiċjenza globali ta’ iktar minn 75 %;

    turbini tal-gass, użati f’impjanti ta’ ċiklu konġunti li għandhom effiċjenza elettrika globali medja annwali ta’ iktar minn 55 %;

    turbini tal-gass għal tħaddim mekkaniku

    3.

    Għal turbini tal-gass ta’ ċiklu wieħed li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji msemmija fin-Nota 2, iżda li għandhom effiċjenza ta’ iktar minn 35 % (bil-kondizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO), l-ELV għandu jkun 50 × η/35 fejn η hija l-effiċjenza tat-turbina tal-gass (bil-kondizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO) mogħtija bħala perċentwal.

    Tabella C.3.

    Rati minimi ta’ “desulphurisation” relevanti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali għal-limitu massimu tal-emissjonijiet tal-2016 għall-SO2 f’każ ta’ impjanti ta’ kombustjoni li jqabbdu fjuwils solidi indiġeni li ma jistgħux jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-SO2 imsemmija fl-Artikolu 30(2) u (3) tad-Direttiva 2010/75/UE minħabba l-karatteristiċi ta’ dan il-fjuwil

    Kapaċità termali kklassifikata totali

    Rata minima ta’ “desulphurisation”

    50 – 100 MW

    60  %

    > 100 – 300 MW

    75  %

    > 300 – 500 MW

    90  %

    > 500 MW

    94 % inġenerali

    92 % għal impjanti fejn jidħol fis-seħħ kuntratt għall-installazzjoni ta’ FGD (“flue-gas desulphurisation”) jew tagħmir ta’ injezzjoni tal-ġir, u x-xogħol fuq l-istallazzjoni tiegħu jkun beda, qabel l-1 ta’ Jannar 2001

    Appendiċi D

    Tabella D.1.

    Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali għal-limiti massimi tal-emissjonijiet tal-2019 għal impjanti ta’ kombustjoni għajr għal turbini tal-gass u magni tal-gass

    Sustanzi li jniġġsu

    Tip ta’ fjuwil

    ELV (mg/Nm3)

    50 - 100 MW

    > 100 - 300 MW

    > 300 - 500 MW

    > 500 MW

    SO2

    Faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn (Nota 1)

    400

    250

    200

    Bijomassa (Nota 1)

    200

    Pit (Nota 1)

    300

    200

    Likwidu

    350

    (Nota 2)

    250

    (Nota 2)

    200

    (Nota 3)

    Gassuż

    35 inġenerali

    5 għal gass likwefatt

    400 għal gassijiet kalorifiċi baxxi minn forn tal-kokk

    200 għal gassijiet kalorifiċi baxxi minn kalkara tal-funderija

    NOx

    Faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn

    300

    (Noti 4 u 5)

    200

    (Nota 5)

    200

    (Nota 6)

    Bijomassa u pit

    300

    (Nota 5)

    250

    (Nota 5)

    200

    (Nota 5)

    200

    (Nota 6)

    Likwidu

    450

    200

    (Noti 5 u 7)

    150

    (Noti 5 u 7)

    150

    (Nota 3)

    Gass naturali (Nota 8)

    100

    Gassijiet oħra

    300

    200

    trab

    Faħam, linjite u fjuwils solidi oħrajn

    30

    25

    20

    Bijomassa u pit

    30

    20

    Likwidu

    30

    25

    20

    Gassuż

    5 inġenerali

    10 għal gass tal-kalkara tal-funderija

    30 għal gassijiet prodotti mill-industrija tal-azzar li jistgħu jintużaw xi mkien ieħor

    Il-kontenut ta’ ossiġnu ta’ referenza huwa ta’ 6 % għal fjuwils solidi u 3 % għal fjuwils likwidi u gassużi.

    Noti:

    1.

    800 mg/Nm3 għal impjanti li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    2.

    850 mg/Nm3 għal impjanti li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    3.

    400 mg/Nm3 għal impjanti li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    4.

    450 mg/Nm3 fil-każ ta’ ta’ kombustjoni ta’ linjite pulverizzat

    5.

    450 mg/Nm3 għal impjanti li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    6.

    450 mg/Nm3 għal impjanti li ngħataw permess qabel l-1 ta’ Lulju 1987 u li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    7.

    450 mg/Nm3 għal impjanti fi stallazzjonijiet kimiċi li jużaw reżidwi ta’ produzzjoni likwida bħala fjuwil mhux kummerċjali għall-konsum proprju

    8.

    Metan naturali b'mhux aktar minn 20 % (skont il-volum) ta’ inerti u kostitwenti oħra.

    Tabella D.2.

    Valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet relevanti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali għal-limitu massimu tal-emissjonijiet tal-2019 għall-NOx għal turbini tal-gass u magni tal-gass

     

    ELV għall-NOx

    (mg/Nm3)

    Magni tal-gass (li jqabbdu fjuwils gassużi)

    100

    Turbini tal-gass (inklużi CCGT) li jqabbdu l-fjuwils li ġejjin:

    Gass naturali (Nota 1)

    50

    (Noti 2, 3 u 4)

    Fjuwils gassużi għajr gass naturali

    120

    (Nota 5)

    Distillati ħfief u medji

    90

    (Nota 5)

    Il-kontenut ta’ ossiġnu ta’ referenza huwa ta’ 15 %.

    Noti:

    1.

    Il-gass naturali huwa metan naturali b'mhux iktar minn 20 % (skont il-volum) ta’ inerti u kostitwenti oħra.

    2.

    75 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin (fejn l-effiċjenza tat-turbina tal-gass hija stabbilita mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija bażi ISO:):

    turbini tal-gass, użati f'sistemi ta’ sħana u enerġija kombinati li għandhom effiċjenza globali ta’ iktar minn 75 %;

    turbini tal-gass, użati f'impjanti ta’ ċiklu konġunti li għandhom effiċjenza elettrika globali medja annwali ta’ iktar minn 55 %;

    turbini tal-gass għal tħaddim mekkaniku

    3.

    Għal turbini tal-gass ta’ ċiklu wieħed li ma jaqgħu taħt ebda waħda mill-kategoriji msemmija fin-Nota 2, iżda li għandhom effiċjenza ta’ iktar minn 35 % (bil-kondizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO), l-ELV għandu jkun 50 × η/35 fejn η hija l-effiċjenza tat-turbina tal-gass (bil-kondizzjonijiet ta’ tagħbija bażi ISO) mogħtija bħala perċentwal.

    4.

    150 mg/Nm3 għal impjanti li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    5.

    200 mg/Nm3 għal impjanti li ma jitħaddmux għal aktar minn 1 500 siegħa fis-sena

    Tabella D.3.

    Rati minimi ta’ “desulphurisation” relevanti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali għal-limitu massimu tal-emissjonijiet tal-2019 għall-SO2 fil-każ ta’ impjanti ta’ kombustjoni li jqabbdu fjuwils solidi indiġeni li ma jistgħux jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għall-SO2 msemmija fl-Artikolu 30(2) u (3) tad-Direttiva 2010/75/UE minħabba l-karatteristiċi ta’ dan il-fjuwil

    Kapaċità termali kklassifikata totali

    Rata minima ta’ “desulphurisation”

    50 – 100 MW

    80  %

    > 100 – 300 MW

    90  %

    > 300 MW

    96 % inġenerali

    95 % għal impjanti li jqabbdu shale bituminuż [oil shale]


    Top