This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0064
2012/64/EU: Commission Implementing Decision of 2 February 2012 on the recognition of the RINA SpA (Italian Register of Shipping) as a classification society for inland waterway vessels (notified under document C(2012) 402) Text with EEA relevance
2012/64/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2012 dwar ir-rikonoxximent ta’ RINA s.p.a. (Ir-Reġistru Marittimu Taljan) bħala soċjetà ta’ klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (notifikata bid-dokument numru C(2012) 402) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/64/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2012 dwar ir-rikonoxximent ta’ RINA s.p.a. (Ir-Reġistru Marittimu Taljan) bħala soċjetà ta’ klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (notifikata bid-dokument numru C(2012) 402) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 33, 4.2.2012, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
4.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/6 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Frar 2012
dwar ir-rikonoxximent ta’ RINA s.p.a. (Ir-Reġistru Marittimu Taljan) bħala soċjetà ta’ klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 402)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/64/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 10(1) u l-Parti II tal-Anness VII tagħha,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (2).
Billi:
|
(1) |
Bl-ittra tat-22 ta’ Lulju 2008 l-Italja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ RINA s.p.a (minn issa ’l-quddiem “RINA”) bħala soċjetà ta’ klassifikazzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva. RINA għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Italja. |
|
(2) |
Flimkien mal-applikazzjoni tagħha l-Italja ppreżentat l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa biex ikun aċċertat li ntlaħqu l-kriterji tar-rikonoxximent. |
|
(3) |
Ġiet organizzata seduta fil-laqgħa konġunta tal-esperti mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine (minn issa ’l quddiem “CCNR”) dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’April 2009, li matulha l-awtorità Taljana u RINA taw preżentazzjonijiet. |
|
(4) |
Is-segretarjat tas-CCNR ġie kkonsultat kif imsemmi fil-Parti II il-paragrafu 4 tal-Anness VII għad-Direttiva 2006/87/KE. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-konformità ta’ RINA mal-kriterji fil-Parti I tal-Anness VII għad-Direttiva 2006/87/KE u kkonkludiet li RINA tilħaq dawn il-kriterji. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-soċjetà ta’ klassifikazzjoni RINA għandha tiġi rikonoxxuta skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/87/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istat(i) Membru/i li għandu/għandhom il-passaġġi interni fuq l-ilma kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE u ta-Reġistru Marittimu Taljan, Via Corsica 12, 16128 Genova, l-Italja.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President