Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0003

    2012/3/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

    ĠU L 4, 7.1.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/3(1)/oj

    7.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 4/10


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Diċembru 2011

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

    (2012/3/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt is-subintestatura 1a u l-intestatura 4, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument tal-Flessibilità biex, fil-baġit tal-2012, jikkomplementaw il-finanzjament, lil hinn mil-limitu massimu tas-subintestatura 1ata’ EUR 50 miljun lejn il-finanzjament tal-Istrateġija Ewropa 2020, u lil hinn mil-limitu tal-intestatura 4, ta’ EUR 150 miljun lejn il-finanzjament tal-Politika Ewropea tal-Viċinat,:

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, minn hawn ‘il quddiem “il-baġit tal-2012”) l-Istrument ta’ Flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 50 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-subintestatura 1a u ta’ EUR 150 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-intestatura 4.

    Dak l-ammont għandu jintuża sabiex jikkumplimenta l-finanzjament ta’:

    EUR 50 miljungħall-Istrateġija Ewropa 2020 taħt is-subintestatura 1a;

    EUR 150 miljun għall-Politika Ewropea tal-Viċinat taħt l-intestatura 4.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SZPUNAR


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


    Top