Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1336

    Regolament (UE) Nru 1336/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 347, 30.12.2011, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/03/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R0823

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1336/oj

    30.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 347/1


    REGOLAMENT (UE) Nru 1336/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Diċembru 2011

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-proposta leġiżlattiva lill-parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (2), introduċa miżuri kummerċjali eċċezzjonali li jipprevedu aċċess illimitat bla dazju fis-suq tal-Unjoni għal kważi l-prodotti kollha li joriġinaw minn pajjiżi jew minn territorji doganali li jibbenefikaw mill-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 ġie emendat sostanzjalment bosta drabi, u fl-interessi taċ-ċarezza u r-razzjonalità ġie kkodifikat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 (3).

    (2)

    Ġie ffirmat Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, (4) ġie ffirmat u konkluż (5) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

    (3)

    Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta’ April 2008. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (6) ġie ffirmat u konkluż (7) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2010.

    (4)

    Il-ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u l-Ftehimiet Interim jistabbilixxu reġim ta’ kummerċ kuntrattwali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bosnja-Ħerzegovina, u bejn l-Unjoni Ewropea u s-Serbja. Huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1215/2009 jiġi emendat billi jitneħħew il-Bosnja-Ħerzegovina u s-Serbja mil-lista ta’ benefiċjarji ta’ konċessjonijiet tariffarji għall-istess prodotti taħt ir-reġim kontrattwali u billi jiġu aġġustati l-volumi tal-kwota tariffarja globali għal prodotti speċifiċi għal liema ġew mogħtija kwoti tariffarji taħt ir-reġim kuntrattwali. Il-Bosnja-Ħerzegovina u s-Serbja għandhom, madankollu, jibqgħu benefiċjarji tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 sakemm dan ir-Regolament jistipula konċessjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk taħt il-ftehimiet bilaterali.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 jibqa’ l-istrument ewlieni li jirregola r-relazzjonijiet kummerċjali mal-Kosovo (8) Iż-żamma tal-aċċess tal-Kosovo għas-suq tal-Unjoni huwa kruċjali għall-irkupru ekonomiku tal-Kosovo u għar-reġjun kollu. Fl-istess ħin, tali aċċess mhux ser ikollu konsegwenzi negattivi għall-Unjoni Ewropea.

    (6)

    Għal dawk ir-raġunijiet u billi r-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma baqax japplika fil-31 ta’ Diċembru 2010, huwa xieraq li tiġi estiża l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 sal-31 ta’ Diċembru 2015.

    (7)

    Biex tkun żgurata l-konformità tal-Unjoni mal-obbligi internazzjonali tagħha, l-arranġamenti preferenzjali stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom isiru kondizzjonali fuq il-kontinwità jew it-tiġdid tar-rinunzja eżistenti mill-obbligi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) miksuba mill-Unjoni Ewropea.

    (8)

    Sabiex jiġu mħarsal-interessi ekonomiċi tal-operaturi huwa meħtieġ li jiġu stipulati miżuri tranżitorji għall-prodotti li, fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ikunu fi tranżitu jew maħżuna temporanjament ġewwa mħażen doganali jew f’żoni ħielsa.

    (9)

    Biex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi u l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa għall-Annessi I u II wara li jsiru emendi għall-kodiċi ta’ Nomenklatura Magħquda u s-suddiviżjonijiet tat-TARIC, kif ukoll l-aġġustamenti meħtieġa wara l-għoti ta’ preferenzi kummerċjali skont arranġamenti oħrajn bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji msemmija f’dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (10)

    Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sospensjoni tad-dritt għall-benefiċċju minn arranġamenti preferenzjali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-awtentiċità li jagħtu prova li l-prodotti joriġinaw mill-pajjiż jew mit-territorju kkonċernat u jikkorrispondu għad-definizjoni f’dan ir-Regolament, u għas-sospensjoni temporanja, kollha kemm hi jew parzjali, tal-arranġamenti previsti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti s-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (9).

    (11)

    Biex ma jixxekkilx il-kummerċ, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat retroattivament, mill-1 ta Jannar 2011,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1 huwa sostiwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Arranġamenti preferenzjali

    1.   Suġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali stipulati fl-Artikolu 3, il-prodotti li joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo, għajr dawk tal-intestaturi 0102, 0201, 0202, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 1604, 1701, 1702 u 2204 tan-Nomenklatura Magħquda, għandhom jiġu ammessi għal importazzjoni fl-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b’effett ekwivalenti u b’eżenzjoni mid-dazji doganali u imposti b’effett ekwivalenti.

    2.   Il-prodotti li joriġinaw fl-Albanija, fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro jew fis-Serbja għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament meta indikat hekk. Tali prodotti għandhom ukoll jibbenefikaw minn kwalunkwe konċessjoni stipulata f’dan ir-Regolament li hija aktar favorevoli minn dik prevista taħt ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi.”;

    (2)

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (a) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    konformità mad-definizzjoni ta’ ‘prodotti ta’ oriġini’ kif stipulata fil-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 2, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.”;

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ pajjiż jew territorju mal-paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, id-dritt tal-pajjiż jew it-territorju kkonċernat għall-benefiċċji ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).”;

    (3)

    L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ prodotti tal-‘laħam taċ-ċanga għat-trabi’ definiti fl-Anness II u li joriġinaw fit-territorji doganali tal-Kosovo, għandhom ikunu 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stipulat fit-Tariffi Doganali Komuni, fil-limitu tal-kwota tariffarja annwali ta’ 475 tunellati espressi f’piż ta’ karkassa.

    Kwalunkwe talba għal importazzjonijiet li tkun fil-limiti ta’ din il-kwota għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat ta’ awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tat-territorju esportatur u li jagħti prova li l-prodotti joriġinaw fit-territorju kkonċernat u jikkorrispondu għad-definizzjoni fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).”;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa mħassar;

    (c)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 10, fid-dawl tas-sensittività partikolari tas-swieq agrikoli u tas-sajd, meta l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd jikkawżaw tfixkil serju lis-swieq tal-Unjoni u lill-mekkaniżmi regolatorji tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri xierqa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).”;

    (4)

    L-Artikolu 4 huwa sostiwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 4

    Implimentazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal-‘baby-beef’

    Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwota tarrifarja għall-prodotti ta’ ‘baby-beef’ għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).”;

    (5)

    L-Artikolu 7 huwa sostiwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 7

    Konferiment ta’ setgħat

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7a dwar:

    (a)

    emendi u aġġustamenti tekniċi meħtieġa għall-Annessi I u II wara li saru l-emendi għall-Kodiċi ta’ Nomenklatura Magħquda u s-suddiviżjonijiet tat-TARIC;

    (b)

    aġġustamenti meħtieġa wara l-għoti ta’ ftehimiet kummerċjali skont arranġamenti oħra bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Artikolu 1.”;

    (6)

    Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 7a

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għandha tingħata lill-Kummissjoni sad-data tal-iskadenza ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel dik id-data.

    3.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

    (7)

    L-Artikolu 8 huwa sostiwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 8

    Proċedura ta’ kumitat

    1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 2 u 10, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Implimentazzjoni tal-Balkani tal-Punent. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (*).

    2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(4), il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (**). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 195(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Uniku dwar l-OKS) (***). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    (*)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."

    (**)  ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."

    (***)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”;"

    (8)

    L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    informa lill-Kumitat ta’ Implimentazzjoni għall-Balkani tal-Punent;”;

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(4).”;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa mħassar;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   Mal-għeluq tal-perjodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni provviżorja jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1.”;

    (9)

    Fl-Artikolu 12, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2015.

    Il-preferenzi previsti f’dan ir-Regolament m’għandhomx jibqgħu japplikaw, fl-intier tagħhom jew parti minnhom, f’każ fejn huma ma jkunux permessi minħabba rinunzja mogħtija mill-WTO. Tali waqfien għandu japplika mill-jum li fih ir-rinunzja ma tibqax tgħodd. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien suffiċjenti qabel din id-data, tippubblika notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex tgħarraf lill-operaturi u lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan. In-notifika għandha tispeċifika liema preferenzi stipulati f’dan ir-Regolament m’għadhomx jgħoddu u d-data li minnha ma jibqgħux japplikaw.”;

    (10)

    L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-prodotti li, fl-1 ta’ Jannar 2011, ikunu jew fi tranżitu jew fl-Unjoni, maħżuna temporanjament fi mħażen doganali jew f’żoni ħielsa, u li għalihom qabel din id-data tkun ħarġet prova tal-oriġini kif xieraq mill-Bosnja-Ħerzegovina jew mis-Serbja skont il-Parti I, Titolu IV, Kapitolu 2, Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993, li jistipulaw id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali Komuni (10), għandhom ikomplu jibbenefikaw mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 għal perjodu ta’ erba’ xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SZPUNAR


    (1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ottubru 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2011

    (2)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kap. 02, Vol. 10, p. 218.

    (3)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1.

    (4)  ĠU L 233, 30.8.2008, p. 6.

    (5)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10. Verżjoni kkoreġuta f’ĠU L 233, 30.8.2008, p. 5.

    (6)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 2.

    (7)  ĠU L 28, 30.1.2010, p. 1.

    (8)  Kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti 1244/99.

    (9)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    (10)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS I

    KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

    Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li ma għandux għajr valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, billi tkun koperta bil-kodiċijiet tan-NM. Fejn huma indikati l-Kodiċijiet NM ‘ex’, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-Kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

    Nru tal-Ordni

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjonijiet

    Volum tal-kwota fis-sena (1)

    Benefiċjarji

    Rata ta’ dazju

    09.1571

    0301 91 10

    0301 91 90

    0302 11 10

    0302 11 20

    0302 11 80

    0303 21 10

    0303 21 20

    0303 21 80

    0304 19 15

    0304 19 17

    ex 0304 19 18

    ex 0304 19 91

    0304 29 15

    0304 29 17

    ex 0304 29 18

    ex 0304 99 21

    ex 0305 10 00

    ex 0305 30 90

    0305 49 45

    ex 0305 59 80

    ex 0305 69 80

    Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti jew laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u pellets, tajba għall-konsum mill-bniedem

    15-il tunnellata

    it-territorju doganali tal-Kosovo

    0  %

    09.1573

    0301 93 00

    0302 69 11

    0303 79 11

    ex 0304 19 18

    ex 0304 19 91

    ex 0304 29 18

    ex 0304 99 21

    ex 0305 10 00

    ex 0505 30 90

    ex 0305 49 80

    ex 0305 59 80

    ex 0305 69 80

    Karpjun: ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti jew laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u pellets, tajba għall-konsum mill-bniedem

    20 tunnellata

    it-territorju doganali tal-Kosovo

    0  %

    09.1575

    ex 0301 99 80

    0302 69 61

    0303 79 71

    ex 0304 19 39

    ex 0304 19 99

    ex 0304 29 99

    ex 0304 99 99

    ex 0305 10 00

    ex 0305 30 90

    ex 0305 49 80

    ex 0305 59 80

    ex 0305 69 80

    Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti jew laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u pellets, tajba għall-konsum mill-bniedem

    45 tunnellata

    it-territorju doganali tal-Kosovo

    0  %

    09.1577

    ex 0301 99 80

    0302 69 94

    ex 0303 77 00

    ex 0304 19 39

    ex 0304 19 99

    ex 0304 29 99

    ex 0304 99 99

    ex 0305 10 00

    ex 0305 30 90

    ex 0305 49 80

    ex 0305 59 80

    ex 0305 69 80

    Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; mnixxfa; immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti jew laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u pellets, tajba għall-konsum mill-bniedem

    30 tunnellata

    it-territorju doganali tal-Kosovo

    0  %

    09.1515

    ex 2204 21 93

    ex 2204 21 94

    ex 2204 21 95

    ex 2204 21 96

    ex 2204 21 97

    ex 2204 21 98

    ex 2204 29 93

    ex 2204 29 94

    ex 2204 29 95

    ex 2204 29 96

    ex 2204 29 97

    ex 2204 29 98

    Inbid ta’ għeneb frisk, ta’ saħħa alkoħolika reali bil-massa ta’ mhux aktar minn 15 % vol., għajr inbid effervexxenti

    50 000  hl (2)

    L-Albanija (3), il-Bosnja-Ħerzegovina (4), il-Kroazja (5), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (6), il-Montenegro (7), is-Serbja (8) jew it-territorju doganali tal-Kosovo

    Eżenzjoni


    (1)  Volum globali wieħed għal kull kwota tariffarja aċċessibbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji.

    (2)  Il-volum ta’ din il-kwota tariffarja globali għandha titnaqqas jekk il-volumi tal-kwota tal-kwoti tariffarji individwali applikabbli taħt in-Nru tal-ordni 09.1588 għal ċerti nbejjed li joriġinaw fil-Kroazja jiżdiedu.

    (3)  Aċċess għall-inbid li joriġina fl-Albanija għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Albanija. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1512 u 09.1513.

    (4)  Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Bosnja-Ħerzegovina, huwa bil-kundizzjoni li qabel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Bosnja-Ħerzegovina. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1528 u 09.1529.

    (5)  Aċċess għall-inbid li joriġina fil-Kroazja skont din il-kwota tariffarja globali huwa soġġett għall-eżawriment minn qabel tal-kwoti tariffarja individwali pprovduti fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Kroazja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1588 u 09.1589.

    (6)  Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali għall-inbid li joriġina f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, huwa bil-kundizzjoni li qabel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1558 u 09.1559.

    (7)  Aċċess għall-inbid li joriġina fil-Montenegro għal din il-kwota tariffarja globali, hija bil-kundizzjoni li qabel jiskadu l-kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Montenegro. Din il-kwota tariffarja individwali hi miftuħa skont in-Nru tal-ordni 09.1514.

    (8)  Aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mis-Serbja, huwa bil-kundizzjoni li qabel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mas-Serbja. Dawn il-kwoti tariffarji individwali huma miftuħa skont in-Nri tal-ordni 09.1526 u 09.1527.”.


    Top