This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1224
Commission Implementing Regulation (EU) No 1224/2011 of 28 November 2011 for the purposes of Articles 66 to 73 of Council Regulation (EC) No 1186/2009 setting up a Community system of reliefs from customs duty (codification)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2011 tat- 28 ta’ Novembru 2011 għall-finijiet tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali (kodifikazzjoni)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2011 tat- 28 ta’ Novembru 2011 għall-finijiet tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali (kodifikazzjoni)
ĠU L 314, 29.11.2011, p. 14–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 11985IN01/01 | ||||
Repeal | 11994NN01/13/A2 | ||||
Repeal | 12003TN02/19/B | ||||
Repeal | 31983R2289 | ||||
Repeal | 31985R1746 | ||||
Implicit repeal | 31985R3399 | 19/12/2011 | |||
Modifies | 31985R3399 | Revoka parzjali | |||
Repeal | 31992R0735 | ||||
Modifies | 32006R1792 | Revoka parzjali |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32013R0519 | Sostituzzjoni | anness I | 01/07/2013 |
29.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1224/2011
tat-28 ta’ Novembru 2011
għall-finijiet tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazji doganali (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83 tad-29 ta’ Lulju 1983 li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema Komunitarja ta’ arranġamenti mingħajr dazju (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Il-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jniżżel dispożizzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 66 sa 73 tar-Regolament (KEE) Nru 1186/2009.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET ESEGWITI MINN ISTITUZZJONIJIET JEW ORGANIZZAZZJONIJIET
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 2
1. Id-dħul mingħajr dazji ta’ materjal imsemmi f’Artikoli 67 u 68 u tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 għandu jkollu l-obbligazzjonijiet li ġejjin min naħa tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni li lilhom jiġu kunsinjati l-oġġetti:
(a) |
li jibgħatu l-oġġetti msemmija direttament lill-post ta’ destinazzjoni dikjarat; |
(b) |
li jinżamm rendikont tagħhom fl-inventarju tagħha; |
(c) |
li jintużaw esklussivament għall-skopijiet speċifikati fl-Artikoli msemmijin; |
(d) |
li jiffaċilitaw kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jidhrilhom meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għal konċessjoni ta’ dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni huma sodisfatti, jew jibqgħu sodisfatti. |
2. Il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jfornu lill-awtoritajiet kompetenti b’ dikjarazzjoni li tgħid li huwa konxju tal-obbligazzjonijiet varji elenkati fil-paragrafu 1 u tinkludi obbligazzjoni sabiex jikkonforma magħhom.
L-awtoritajiiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li d-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi prodotta għal kull importazzjoni, jew għal diversi importazzjonijiet jew għall-importazzjonijiet kollha esegwiti mill-istituzzjoni jew organiazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti.
Artikolu 3
1. Fejn it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009jiġu applikati, l-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jinsilef, jinkera jew jiġi trasferit oġġett għall-użu ta’ persuni b’diżabilità għandha, mid-data ta’ meta irċeviet l-oġġett, tikkonforma mal-istess obbligazzjonijiet bħal dwak stipulati fl-Artikolu 2.
2. Meta l-istabiliment jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti jkun jinsab fi Stat Membru minbarra dak li fih l-istabiliment li jsellef, jikri jew jitrasferixxi l-oġġetti jkun qiegħed, mat-tluq ta’ dak l-oġġett l-uffiċċju tad-dwana ta’ dak l-Istat Membru tad-dispaċċ għandu joħroġ kopja tal-kopja ta’ kontroll T 5 konformi mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli minn 912a sa 912g fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) sabiex jassigura li dak l-oġġett jintuża billi jintitolah li jkompli jikkwalifika għal dħul mingħajr ħlas tad-drittijiet ta’ importazzjoni.
Għal dan il-għan, il-kopja ta’ kontroll T 5 għandha tinkludi, fil-kaxxa 104 taħt l-intestatura “oħrajn”, waħda mid-daħliet imniżżla fl-Anness I.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandha tapplika mutatis mutandis għas-self, kirja jew trasferiment ta’ partijiet ta’ rikambju jew aċċessorji speċifikament għal oġġetti għall-użu minn persuni b’diżabilità u għal għodda għal manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija tal-oġġetti msemmijin li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikoli 67(2) u 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mad-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 4
1. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta’ oġġett għall-użu tal-għomja skont l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentanti awtorizzati tagħhom, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni.
Tali applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn kull tagħrif li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa sabiex jiġi ddtereminat jekk il-kundizzjonijiet stipulati għall-konċessjoni ta’ dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni humiex sodisfatti.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-importazzjoni mingħajr dazji fuq l-importazzjoni tal-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 5
1. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji ta’ oġġett għall użu minn persuni b’diżabilità skont tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 l-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetnenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzzjoni jew organizzazzjoni.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-oġġett imsemmi:
(a) |
id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża tal-oġġett użat mill-fabbrikant, il-klassifikazzjoni tan-nomenklatura magħquda preżunta tagħha u l-karattersitiċi tekniċi oġġettivi li jindika li dan ikun disinjat speċifikament għat-titjib edukattiv, ta’ impjieg jew soċjali ta’ persuni b’diżabilità; |
(b) |
l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk applikabbli, ta’ min ibiegħ; |
(c) |
il-pajjiż ta’ oriġini tal-oġġett; |
(d) |
il-post ta’ destinazzjoni tal-oġġett; |
(e) |
l-użu preċiż li għalih l-oġġett ikun intiż; |
(f) |
il-prezz tal-oġġett jew il-valur tiegħu għal finijiet ta’ dwana; |
(g) |
il-kwantità tal-oġġett msemmi. |
Xhieda dokumentata li tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’l-oġġett għandha tingħata mal-applikazzjoni.
Artikolu 6
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni li lilha jiġu kunsinnati l-oġġetti għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet skont l-Artikolu 5.
Artikolu 7
Awtorizzazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji għandhom jibqgħu validi għal perijodu ta’ sitt xhur.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madankollu, jħejju perijodu itwal fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull każ.
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mad-dħul mingħajr dazji ta’ partijiet ta; rikambju, komponenti, aċċessorji speċifiċi jew għodda taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(2) u l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009
Artikolu 8
Għall-għanijiet tal-Artikolu 67(2) u l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, “aċċessorji speċifiċi” jfisser oġġetti ddiżinjati speċifikatament għall-użu ma’ oġġett speċifiku għall-għan li jtejjeb il-prestazzjoni u l-iskop tiegħu.
Artikolu 9
Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji ta’ partijiet ta’ rikambju, komponenti, aċċessorji speċifiċi jew għodda taħt tal-Artikolu 67(2) jew l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, il-kap tal-istituzzjoni jew organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti, jew rappreżentanti awtorizzati tagħhom, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-iIstat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizzazzjoni.
Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti għall-għan li jiġu determinati l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 67(2) jew fl-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 humiex sodisfatti.
Artikolu 10
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni lil min jiġu kkonsenjati tali oġġetti għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 9.
TITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONI LI JSIRU MINN GĦOMJA U PERSUNI OĦRA B’DIŻABILITA
Artikolu 11
L-Artikoli 4, 8, 9 u 10 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni tal-oġġetti msemmijin tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 impurtati minn persuni għomja nnifishom jew għall-użu tagħhom.
Artikolu 12
Dan li ġej japplika mutatis mutandis għal eżenzjoni minn drittijiet ta’ importazzjoni t’ oġġetti importati minn persuni b’diżabilità nfushom għall-użu tagħhom stess:
(a) |
l-Artikolu 5, 6 u 7 fil-każ ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009, |
(b) |
l-Artikolu 8, 9 u 10 fil-każ ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009. |
Artikolu 13
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu l-applikazzjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 5 issir f’forma simplifikata, fejn din tirreferi għal oġġetti mportati taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 11 u 12.
TITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Ir-Regolament (KEE) Nru 2289/83 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.
(2) ĠU L 220, 11.8.1983, p. 15.
(3) Ara l-Anness II.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
ANNESS I
Intestaturi msemmija fl-Artikolu 3(2)
— |
“Артикул за лицата с увреждания: продължаването на митническите освобождавания подлежи на спазване на член 72, параграф 2, втора алинея от Регламент (ЕО) № 1186/2009”; |
— |
“Objeto para personas minusválidas: se mantiene la franquicia subordinada al respeto del artículo 72, apartado 2, segundo párrafo, del Reglamento (CE) no 1186/2009”; |
— |
“Zboží pro postižené osoby: zachování osvobození za předpokladu splnění podmínek čl. 72 odst. 2 druhého pododstavce nařízení (ES) č. 1186/2009”; |
— |
“Genstand til handicappede personer: Fortsat fritagelse betinget af overholdelse af artikel 72, stk. 2, andet afsnit, i forordning (EF) nr. 1186/2009”; |
— |
“Gegenstand für Behinderte: Weitergewährung der Zollbefreiung abhängig von der Voraussetzung des Artikels 72 Absatz 2 zweiter Unterabsatz der Verordnung (EG) Nr. 1186/2009”; |
— |
“Kaubaartiklid puuetega inimestele: impordimaksudest vabastamise jätkamine, tingimusel et täidetakse määruse (EÜ) nr 1186/2009 artikli 72 lõike 2 teist lõiku”; |
— |
“Αντικείμενα προοριζόμενα για μειονεκτούντα άτομα: Διατήρηση της ατέλειας εξαρτώμενη από την τήρηση του άρθρου 72 παράγραφος 2 δεύτερο εδάφιο του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1186/2009”; |
— |
“Article for the handicapped: continuation of relief subject to compliance with the second subparagraph of Article 72(2) of Regulation (EC) No 1186/2009”; |
— |
“Objet pour personnes handicapées: maintien de la franchise subordonné au respect de l’article 72, paragraphe 2, deuxième alinéa, du règlement (CE) no 1186/2009”; |
— |
“Oggetto per persone disabili: la franchigia è mantenuta a condizione che venga rispettato l’articolo 72, paragrafo 2, secondo comma del regolamento (CE) n. 1186/2009”; |
— |
“Invalīdiem paredzētas preces: atbrīvojuma turpmāka piemērošana atkarīga no atbilstības Regulas (EK) Nr.1186/2009 72. panta 2. punkta otrajai daļai”; |
— |
“Neįgaliesiems skirtas daiktas: atleidimo nuo muitų taikymo pratęsimas laikantis Reglamento (EB) Nr. 1186/2009 72 straipsnio 2 dalies antrosios pastraipos nuostatų”; |
— |
“Áru behozatala fogyatékos személyek számára: a vámmentesség fenntartása az 1186/2009/EK rendelet 72. cikke (2) bekezdésének második albekezdésében foglalt feltételek teljesítése esetén”; |
— |
“Oġġett għal nies b’xi diżabilità: tkomplija ta’ ħelsien mid-dazju suġġett għal osservanza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009”; |
— |
“Voorwerp voor gehandicapten: handhaving van de vrijstelling is afhankelijk van de nakoming van artikel 72, lid 2, tweede alinea van Verordening (EG) nr. 1186/2009”; |
— |
“Artykuł przeznaczony dla osób niepełnosprawnych: kontynuacja zwolnienia z zastrzeżeniem zachowania warunków określonych w art. 72 ust. 2 akapit drugi rozporządzenia (WE) nr 1186/2009”; |
— |
“Objectos destinados às pessoas deficientes: é mantida a franquia desde que seja respeitado o n.o 2, segundo parágrafo do artigo 72.o do Regulamento (CE) n.o 1186/2009”; |
— |
“Articole pentru persoane cu handicap: menținerea scutirii este condiționată de respectarea dispozițiilor articolului 72 alineatul (2) al doilea paragraf din Regulamentul (CE) Nr. 1186/2009”; |
— |
“Tovar pre postihnuté osoby: naďalej oslobodený, ak spĺňa podmienky ustanovené v článku 72 odseku 2 druhom pododseku nariadenia (ES) č. 1186/2009”; |
— |
“Predmet za invalide: ohranitev oprostitve v skladu z drugim pododstavkom člena 72(2) Uredbe (ES) št. 1186/2009”; |
— |
“Vammaisille tarkoitetut tavarat: tullittomuus jatkuu, edellyttäen että asetuksen (EY) N:o 1186/2009 72 artiklan 2 kohdan toisen alakohdan ehtoja noudatetaan”; |
— |
“Föremål för funktionshindrade: Fortsatt tullfrihet under förutsättning att villkoren i artikel 72.2 andra stycket i förordning (EG) nr 1186/2009 uppfylls”. |
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1746/85 |
|
Punt I.18 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni 1985 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3399/85 |
l-Artikolu 1, punt 3 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 735/92 |
|
Punt XIII A.II.4 tal-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni 1994 |
|
Punt 19.B.1 tal-Anness II tal tal-Att tal-Adeżjoni 2003 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 |
punt 11.B.1 tal-Anness biss |
ANNESS III
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 2289/83 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1), frażi tal-bidu |
Artikolu 2(1), frażi tal-bidu |
Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(1)(a) |
Artikolu 2(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 2(1)(b) |
Artikolu 2(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 2(1)(c) |
Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 2(1)(d) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu, frażi tal-bidu |
Artikolu 3(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, lista ta’ daħliet |
Anness I |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
Artikolu 13 |
Artikolu 8 |
Artikolu 14 |
Artikolu 9 |
Artikolu 15 |
Artikolu 10 |
Artikolu 16 |
Artikolu 11 |
Artikolu 17 |
Artikolu 12 |
Artikolu 18 |
Artikolu 13 |
Artikolu 19 |
— |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 20 |
Artikolu 15 |
— |
Anness II |
— |
Anness III |