This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1086
Commission Regulation (EU) No 1086/2011 of 27 October 2011 amending Annex II to Regulation (EC) No 2160/2003 of the European Parliament and of the Council and Annex I to Commission Regulation (EC) No 2073/2005 as regards salmonella in fresh poultry meat Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas- 27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas- Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas- 27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas- Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 281, 28.10.2011, p. 7–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/11/2011
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R2160 | Sostituzzjoni | anness II PE)PA1 | 01/12/2011 | |
Modifies | 32005R2073 | Żieda | anness I Test | 01/12/2011 | |
Modifies | 32005R2073 | Sostituzzjoni | anness I Test | 01/12/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32011R1086R(01) | (HU) | |||
Corrected by | 32011R1086R(02) | (ET) | |||
Corrected by | 32011R1086R(03) | (PL) | |||
Corrected by | 32011R1086R(04) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV, HR) | |||
Corrected by | 32011R1086R(05) | (PL) | |||
Corrected by | 32011R1086R(06) | (ES) | |||
Corrected by | 32011R1086R(07) | (ES) | |||
Corrected by | 32011R1086R(08) | (ES) | |||
Corrected by | 32011R1086R(09) | (ES) |
28.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1086/2011
tas-27 ta’ Ottubru 2011
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas-Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għandu l-għan li jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi biex tinstab u tiġi kkontrollata s-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji kollha relevanti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni sabiex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li jippreżentaw għas-saħħa pubblika. Dan ir-Regolament ikopri, fost affarijiet oħra, l-adozzjoni ta’ miri għat-tnaqqis tal-prevalenza ta’ żoonożi speċifiċi fil-popolazzjonijiet tal-annimali u l-adozzjoni ta’ regoli li jirrigwardaw negozju fi ħdan l-Unjoni u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ċerti annimali u l-prodotti tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda mira Komunitarja biex titnaqqas il-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u tas-Salmonella typhimurium fil-kappuċċelli u jitneħħa r-Regolament (KE) Nru 1091/2005 (3) jistabbilixxi mira tal-Unjoni għat-tnaqqis ta’ dawk iż-żewġ serotipi tas-Salmonella fil-kappuċċelli. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb tnaqqis fin-numru ta’ qatgħat ta’ kappuċċelli li jibqgħu pożittivi għas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium għal 1 % jew inqas sal-31 ta’ Diċembru 2011. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 tal-20 ta’ Ġunju 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u tas-Salmonella typhimurium fid-dundjani (4) jistabbilixxi mira għall-Unjoni għat-tnaqqis ta’ dawk iż-żewġ sterjotipi ta’ Salmonella fil-qatgħat tad-dundjani. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb tnaqqis fin-numru ta’ qatgħat ta’ dundjani għas-simna li jibqgħu pożittivi għas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium għal 1 % jew inqas sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
(4) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu għall-kontroll taż-żoonożi u aġenti żoonotiċi elenkati fl-Anness I tiegħu. B’mod aktar speċifiku, punt 1 tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula li, sa mit-12 ta’ Diċembru 2010, ċertu laħam frisk tat-tjur mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu ma jistax jitqiegħed fis-suq għall-konsum mill-bnedmin sakemm ma jissodisfax il-kriterju. “Salmonella: assenza f’25 gramma”. Dak ir-Regolament jistipula wkoll regoli dettaljati biex jiġi stabbilit dak il-kriterju, b’mod partikolari, regoli li jispeċifikaw skemi ta’ kampjunar u metodi analitiċi. |
(5) |
Fir-rigward ta’ laħam frisk tat-tjur, għandha ssir dispożizzjoni sabiex tiżgura li r-regoli dettaljati għall-kriterju tas-Salmonella fil-laħam tat-tjur jirriżultaw f’assigurazzjoni raġonevoli li huwa liberu mis-Salmonella relevanti u li applikazzjoni armonizzata tirriżulta f’kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet simili għat-tqegħid fis-suq. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (5) jistipula kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni li jridu jkunu konformi magħhom l-operaturi tan-negozju tal-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta’ iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. |
(7) |
Fl-interessi tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġu emendati r-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw laħam frisk tat-tjur stabbiliti fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u biex jintroduċi regoli dettaljati tal-kriterju tas-Salmonella fl-Anness I fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005. |
(8) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/636/KE tal-1 ta’ Settembru 2005 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal stħarriġ ta’ referenza dwar il-prevalenza tas-Salmonella spp. fil-qatgħat tal-kappuċċelli tal-Gallus gallus li għandha titwettaq fl-Istati Membri (6), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/662/KE tad-29 ta’ Settembru 2006 li tirrigwarda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal stħarriġ ta’ referenza dwar il-prevalenza tas-Salmonella fid-dundjani li għandha titwettaq fl-Istati Membri (7) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/516/KE tad-19 ta’ Lulju 2007 li għandha x’taqsam mal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni dwar il-prevalenza u r-reżistenza antimikrobika ta’ Campylobacter spp. f’qatgħat tal-kappuċċelli u l-prevalenza ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. f’karkassi tal-kappuċċelli li għandu jitwettaq fl-Istati Membri (8), l-informazzjoni nġabret skont il-prevalenza tas-Salmonella f’qatgħat tal-kappuċċelli, qatgħat tad-dundjani u karkassi tal-kappuċċelli, rispettivament. Dawn ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ, kif ukoll riżultati preliminari tal-ewwel sena ta’ programmi nazzjonali ta’ kontroll tas-Salmonella fil-kappuċċelli (2009) f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 juri li l-prevalenza tas-Salmonella f’qatgħat tal-kappuċċelli u d-dundjani għadha għolja (9). Barra minn hekk, programmi nazzjonali ta’ kontroll tas-Salmonella fid-dundjani f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 biss saru mandatorji mill-2010 ‘l quddiem. L-applikazzjoni tal-kriterju għas-serotipi kollha tas-Salmonella qabel tnaqqis notevoli tal-prevalenza tas-Salmonella f’qatgħat ta’ kappuċċelli u dundjani qabel ma din ġiet murija, tista’ tirriżulta f’impatt ekonomiku sproporzjonat għall-industrija. Il-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Skont ir-Rapport Komunitarju fil-Qosor mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar ix-xejriet u s-sorsi ta’ żoonożi, u aġenti żoonotiċi u tifqigħat li jinġarru fl-ikel fl-Unjoni Ewropea fl-2008 (10), b’mod simili għas-snin ta’ qabel, madwar 80 % tal-każijiet ta’ salmonellosi umana huma kkawżati mis-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium. Il-laħam tat-tjur jibqa’ sors ewlieni ta’ salmonellosi umana. |
(10) |
L-issettjar ta’ kriterju għas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium jipprovdu l-aqwa bilanċ bejn it-tnaqqis ta’ salmonellosi umana attribwita għall-konsum ta’ laħam tat-tjur u l-konsegwenzi ekonomiċi tal-applikazzjoni ta’ dak il-kriterju. Fl-istess ħin, dan jinkoraġġixxi lill-operaturi tan-negozju tal-ikel biex jieħdu miżuri fi stadji preċedenti tal-produzzjoni tat-tjur li jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tas-serotipi kollha tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika. Li wieħed jiffoka fuq dawk iż-żewġ serotipi jkun konsistenti wkoll mal-miri tal-Unjoni stabbiliti għall-produzzjoni primarja tat-tjur. |
(11) |
Il-pjanijiet ta’ kampjunar għal kriterji oħra dwar is-sikurezza tal-ikel fis-Salmonella ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005. Dawn urew li huma prattiċi għall-użu minn operaturi tan-negozju tal-ikel u għaldaqstant huma wkoll xierqa għal kampjunar tal-laħam frisk tat-tjur. |
(12) |
L-istandard internazzjonali EN/ISO 6579 huwa l-metodu orizzontali għas-sejba ta’ Salmonella spp. fl-ikel u fl-oġġetti tal-għalf tal-annimali. Barra minn hekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistipula standard bħala metodu ta’ referenza għall-kriterji kollha tas-Salmonella. Għaldaqstant, għandu jkun stipulat ukoll bħala metodu ta’ referenza għall-kriterju għal laħam frisk tat-tjur, bla preġudizzji għad-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ metodi alternattivi stipulati f’dak ir-Regolament. Il-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għas-Salmonella jirrakkomanda li huwa xieraq li tintuża l-iskema White-Kaufmann-Le Minor bħala metodu ta’ referenza għas-serotipi. |
(13) |
Il-varjetajiet monofażiċi tas-Salmonella typhimurium fi żmien qasir saru wieħed mis-serotipi ta’ Salmonella l-aktar komuni misjuba f’bosta speċi ta’ annimali u f’iżolati kliniċi mill-bnedmin. Skont l-Opinjoni Xjentifika dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika tal-varjetajiet “tat-tip Salmonella typhimurium” (11), il-varjetajiet monofażiċi tas-Salmonella typhimurium bil-formula antiġenika 1,4,[5],12:i:- huma kkunsidrati bħala varjanti tas-Salmonella typhimurium u evidenza attwali wriet li dawn il-varjetajiet joħolqu riskju għas-saħħa pubblika komparabbli għal dak ta’ varjetajiet oħra tas-Salmonella typhimurium. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet għas-Salmonella typhimurium huma applikabbli għal dawn il-varjetajiet monofażiċi. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jistabbilixxi kriterju tal-iġjene tal-proċess għas-Salmonella f’karkassi tat-tjur tal-kappuċċelli u d-dundjani wara tkessiħ fil-biċċeriji. Il-kriterju ta’ iġjene tal-proċess għandu l-għan li jikkontrolla l-kontaminazzjoni fekali tal-karkassi tat-tjur jekk ġejjin minn qatgħat infettati jew minħabba kontaminazzjoni li tittieħed mill-biċċerija. Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, il-kriterji u l-kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-preżenza tas-Salmonella fil-karkassi tat-tjur għandhom jiġu riveduti fid-dawl tal-bidliet osservati fil-prevalenza tas-Salmonella. Minħabba li l-miri tal-Unjoni stabbiliti għal qatgħat ta’ kappuċċelli fir-Regolament (KE) Nru 646/2007, u għad-dundjani fir-Regolament (KE) Nru 584/2008, għandhom jinkisbu sal-aħħar tal-2011 u tal-2012 rispettivament, in-numru ta’ unitajiet ta’ kampjuni aċċettati biex jaqbżu l-limitu stabbilit għandu jonqos. Il-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u (KE) Nru 2073/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(16) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, punt 1 tal-Parti E jinbidel b’dan li ġej:
“1. |
Mill-1 ta’ Diċembru 2011, il-laħam frisk tat-tjur mill-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fl-Anness I għandu jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku relevanti stipulat fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 (*). |
Artikolu 2
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21.
(4) ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3.
(5) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
(6) ĠU L 228, 3.9.2005, p. 14.
(7) ĠU L 272, 3.10.2006, p. 22.
(8) ĠU L 190, 21.7.2007, p. 25.
(9) www.efsa.europa.eu.
(10) EFSA Journal (2010); 8(1): 1496.
(11) EFSA Journal (2010); 8(10): 1826.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Kapitolu 1, ir-Ringiela 1.28 li ġejja u n-noti 20 u 21 korrispondenti f’qiegħ il-paġna huma miżjuda:
|
(2) |
Fil-Kapitolu 2, ir-Ringiela 2.1.5 u n-nota 10 f’qiegħ il-paġna huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(3) |
Fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 3.2 hija sostitwita b’dan li ġej: “3.2. Kampjunar batterjoloġiku fil-biċċeriji u fi stabbilimenti li jipproduċu l-ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-laħam separat b’mod mekkaniku u l-laħam frisk.
Il-metodi distruttivi u dawk mhux distruttivi ta’ kampjunar, l-għażla tas-siti għall-kampjunar u r-regoli għall-ħażna u t-trasport tal-kampjuni li se jintużaw huma stabbiliti fl-istandard ISO 17604. Għandhom jittieħdu ħames karkassi matul kull sessjoni ta’ kampjunar. Is-siti tal-kampjuni għandhom jintgħażlu billi titqies it-teknoloġija tal-qtil użata f’kull impjant. Waqt il-kampjunar għall-analiżi tal-għadd totali tal-Enterobacteriaceae u l-aerobiċi, għandhom jittieħdu kampjuni minn erba’ siti minn kull karkassa. Erba’ kampjuni ta’ tessuti li jirrappreżentaw total ta’ 20 ċm2 għandhom jinkisbu bil-metodu distruttiv. Meta jintuża l-metodu mhux distruttiv għal dan l-għan, iż-żona ta’ kampjunar għandha tkopri minimu ta’ 100 ċm2 (50 ċm2 għal karkassi ta’ bhejjem li jixtarru żgħar) għal kull sit ta’ kampjunar. Waqt il-kampjunar għal analiżi tas-Salmonella, għandu jintuża metodu ta’ teħid ta’ kampjuni bi sponża barraxa. Għandhom jintgħażlu ż-żoni li l-aktar għandhom ċans li jiġu kkontaminati. Iż-żona totali għat-teħid ta’ kampjunar għandha tkopri minimu ta’ 400 cm2. Meta l-kampjuni jittieħdu mis-siti differenti ta’ kampjunar fuq il-karkassa, dawn għandhom jingħaqdu f’kampjun kompost qabel l-eżaminazzjoni.
Il-biċċeriji għandhom jieħdu kampjuni ta’ karkassi sħaħ tat-tjur bil-ġilda tal-għonq għall-analiżi tas-Salmonella. Stabbilimenti oħra li jipproċessaw laħam frisk tat-tjur għandhom jieħdu kampjuni għall-analiżi tas-Salmonella filwaqt li jagħtu prijorità lil karkassi sħaħ tat-tjur bil-ġilda tal-għonq, jekk disponibbli, iżda jiżguraw li anke porzjonijiet tat-tiġieġ bil-ġilda u/jew porzjonijiet tat-tiġieġ mingħajr ġilda jew b’ammont żgħir ta’ ġilda, u dik l-għażla għandha tkun ibbażata fuq ir-riskju. Il-biċċeriji għandhom jinkludu fil-pjanijiet tagħhom ta’ kampjunar karkassi tat-tjur minn qatgħat bi status tas-Salmonella mhux magħruf jew bi status li hu magħruf li huwa pożittiv għas-Salmonella enteritidis jew is-Salmonella typhimurium. Meta jkun qed isir l-ittestjar kontra l-kriterju tal-iġjene tal-proċess stabbilit fir-Ringiela 2.1.5 tal-Kapitolu 2 għas-Salmonella f’karkassi tat-tjur fil-biċċeriji, għandhom jittieħdu kampjuni aleatorji ta’ġilda tal-għonq minn tal-inqas 15-il karkass tat-tjur wara tkessiħ matul kull sessjoni ta’ kampjunar. Għandha tinkiseb biċċa mill-ġilda tal-għonq ta’ madwar 10 g minn kull karkassa tat-tjur. F’kull okkażjoni, il-kampjuni ta’ ġilda tal-għonq minn tliet karkassi tat-tjur mill-istess merħla ta’ oriġini għandhom jingħaqdu f’kampjun kompost qabel l-eżaminazzjoni sabiex jiffurmaw 5 x 25 g kampjuni finali. Dawn il-kampjuni għandhom jintużaw ukoll biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterju tas-sikurezza tal-ikel stabbilit fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1. Għall-analiżi tas-Salmonella għal-laħam frisk tat-tjur apparti mill-karkassi tat-tjur, għandhom jinġabru ħames kampjuni minn tal-inqas ta’ 25 g tal-istess lott. Il-kampjun meħud mill-porzjonijiet tat-tiġieġ bil-ġilda għandu jinkludi l-ġilda u porzjon irqiq ta’ muskolu tal-wiċċ f’każ li l-ammont ta’ ġilda mhuwiex biżżejjed biex jifforma unità ta’ kampjun. Il-kampjun meħud mill-porzjonijiet tat-tiġieġ mingħajr ġilda jew b’ammont żgħir ta’ ġilda għandu jinkludi porzjon jew porzjonijiet irqaq ta’ muskolu tal-wiċċ miżjuda ma’ kwalunkwe ġilda preżenti biex jagħmel unità suffiċjenti ta’ kampjun. Il-porzjonijiet tal-laħam għandhom jittieħdu b’tali mod li jinkludu kemm jista’ jkun il-wiċċ tal-laħam.
Linji gwida aktar dettaljati dwar il-kampjunar tal-karkassi, b’mod partikolari dwar is-siti ta’ kampjunar, jistgħu jiġu inklużi fil-gwidi għal prattiċi tajba msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.
L-operaturi tas-settur tal-ikel ta’ biċċeriji jew stabbilimenti li jipproduċu l-ikkapuljat, it-tlestija tal-laħam jew il-laħam isseparat b’mod mekkaniku jew laħam frisk tat-tjur għandhom jieħdu kampjuni għall-analiżi mikrobijoloġika minn tal-inqas darba fil-ġimgħa. Il-jum tal-kampjunar għandu jinbidel kull ġimgħa sabiex jiġi żgurat li jkun kopert kull jum tal-ġimgħa. Fir-rigward tal-kampjunar tal-ikkapuljat u l-preparazzjonijiet tal-laħam għall-E. coli u analiżi tal-għadd totali ta’ aerobiċi u l-kampjunar tal-karkassi għal analiżi tal-Enterobacteriaceae u tal-għadd totali ta’ aerobiċi, il-frekwenza tista’ titnaqqas għal ittestjar kull ħmistax jekk jinkisbu riżultati sodisfaċenti għal sitt ġimgħat konsekuttivi. Fil-każ ta’ kampjunar għall-analiżi tas-Salmonella tal-ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam, karkassi u laħam frisk tat-tjur, il-frekwenza tista’ titnaqqas għal kull ġimgħatejn jekk jinkisbu riżultati sodisfaċenti għal 30 ġimgħa konsekuttiva. Il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni għas-Salmonella tista’ titnaqqas ukoll jekk hemm programm nazzjonali jew reġjonali fis-seħħ għall-kontroll tas-Salmonella u jekk dan il-programm jinkludi ttestjar li jissostitwixxi l-kampjunar stabbilit f’dan il-paragrafu. Il-frekwenza ta’ kampjunar tista’ titnaqqas iżjed jekk il-programm nazzjonali jew reġjonali għall-kontroll tas-Salmonella juri li l-prevalenza tas-Salmonella hija baxxa f’annimali mixtrija mill-biċċerija. Madankollu, meta jkun ġustifikat fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju u konsegwentement awtorizzat mill-awtorità kompetenti, biċċeriji u stabbilimenti żgħar li jipproduċu l-ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u laħam frisk tat-tjur fi kwantitajiet żgħar jistgħu jkunu eżentati minn dawn il-frekwenzi ta’ kampjunar.” |
(1) Dan il-kriterju għandu japplika għal laħam frisk minn qatgħat għat-tgħammir ta’ Gallus gallus, tiġieġ tal-bajd, kappuċċelli u qatgħat tat-tgħammir u għat-tismin ta’ dundjani.
(2) Fir-rigward tas-Salmonella typhimurium monofażiċi 1,4,[5],12:i:-biss hija inkluża.”
(3) Fejn tinsab is-Salmonella spp., l-iżolati għandhom ikunu serotipjati aktar għas-Salmonella typhimurium u s-Salmonella enteritidis sabiex jivverifikaw konformità mal-kriterju mikrobijoloġiku stabbilit fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1.”